L-Immakulata Kuncizzjoni - Poezija

 

<<|werrej|>> 


Nifirhu fil-Festa tieghek


ta' Patri Dumink Bonello OFMConv


 

Wasal mill-gdid, l-Ghid tieghek, O Marija,

Hieni l-Immakulat Koncepiment.

Bil-ferh ifuru l-qlub gheziez ta' wliedek,

Tifhir lilek f'kull hin u f'kull mument!

 

Jixraq li festi kbar flimkien naghmlulek

Ghaliex mad-dinja kollha qed infakkru

Il-Mija u Hamsin Sena minn tad-Domma,

Unur, li lilek bih inkomplu nkabbru.

 

Kemm ferah bik il-Papa Piju Disgha!

U mieghek ferhu wkoll f'kull post l-Insara

X'hin din il-verita' dwarek ixxandret,

Hekk kull mahluq seta' l-gmiel tieghek jara.

 

U bir-ragun kull ruh, wara l-proklamazzjoni,

B'herqa akbar talbet, marret thares lejk.

Mad-dinja kollha kif iddur l-Insara

Hassewhom aktar qribek, anzi hdejk.

 

F'dawn is-snin kollha li ghaddew minn fuqna,

Inti xerridt bil-qabda grazzji kbar

U lilna wkoll harist, Ommi Marija,

Bla ebda ghazla ghent lill-ghonja, l-fqar.

 

Kull hajr naghtuk, ghax dan tassew jixraqlek

U jnissel fina l-ferh fil-festa tieghek;

Berikna minn hemm fuq, minn dik il-glorja

U zommna lkoll maghquda dejjem mieghek.

 

Biex meta l-Iben tieghek isejhilna

Hemm ahna nigu hdejk biex ingawduk;

Hemm fuq flimkien maghquda b'ferh tas-sema

Nibqghu mal-Qaddisin hienja nfahhruk.

 

Rabat - Ghawdex

21 ta' Novembru 2004


Din il-poezija waslet ghandna bil-posta minghand l-awtur.

Valletta: 2.12.2004


Domma ta'

l-Immakulata

Kuncizzjoni

150 Sena

1854-2004

 

Talba ta'

San Frangisk

lil Marija

 

Qaddisa Vergni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt ohra bhalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar gholi

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis taghna

Gesù Kristu,

Int

l-gharusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.