|
Qaddisin u Beati Frangiskani |
|
|
|
Beata Angela ta' Foligno (1248-1309) 4 ta’ Jannar Angla twieldet Foligno, l-Italja tan-nofs, fl-1248 fi hdan familja nobbli. F’zghozitha ntelqet wara l-frughat tad-dinja, izda meta sfat armla qassmet il-gid li kellha lill-foqra u xxierket mat-Tielet Ordni Frangiskan. Wara l-konverzjoni kabbret fiha devozzjoni qawwija lejn il-passjoni tal-Mulej u kienet thobb timmedita hafna dwarha. Halliet bosta kitbiet importanti dwar il-hajja spiritwali li sawrulha isem fost il-mistici l-kbar. Mietet fl-4 ta’ Jannar 1309 u tinsab midfuna fil-knisja ta’ San Frangisk ta’ Foligno. Il-qima lejha bhala beata wettaqha l-Papa Klement XI.
Il-Misteru ta’ l-Inkarnazzjoni mill-kitbiet tal-qaddisa
Mill-kitbiet spiritwali tal-Beata hawn tidher silta mill-ahhar ittra taghha li fiha tikteb dwar il-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni.
L-Inkarnazzjoni taghmel fina zewg hwejjeg: l-ewwel timliena bl-imhabba, u t-tieni tizgurana mis-salvazzjoni taghna.
O mhabba li hadd ma jista’ jifhem! O mhabba li mhabba aqwa minnha zgur li m’hemmx! Alla tieghi sar bniedem biex jaghmilni Alla! O mhabba bla qjies! Gibt fix-xejn lilek innifsek biex lili taghmilni xi haga. Dan sar f’dak il-waqt li int ilbist in-natura taghna. Gibt fix-xejn lilek innifsek, mhux ghax min-natura tieghek ta’ Alla naqset xi haga. Dan il-misteru kbir jislitli minn fommi kliem imheggeg. Int, li hadd ma jista’ jhaddnek, sirt bhalna biex tithaddan. Int, li m’intix mahluq, sirt hliqa. Int, spirtu ta’ perfezzjoni bla qjies, hallejt il-bnedmin imissuk.
O Alla, aghmel li jkun jisthoqqli nitfa’ harsti fuq id-daghbien ta’ din l-imhabba mill-izjed ghamiqa li int ridt taqsam maghna permezz ta’ l-Inkarnazzjoni. Aghmel li jkun jisthoqqli, o Alla mhux mahluq, li naghraf l-ghamiq ta’ mhabbtek, li nifhem din l-im]habba tieghek mill-izjed safja li int ridt taqsam maghna xhin, moghni biha, urejtna ’l Ibnek Gesu' Kristu, u Ibnek uriena lilek bhala l-Missier. Aghmel li jkun jisthoqqli, Mulej, li nag]hraf u nifhem l-imhabba bla qjies tieghek ghalina. Aghtini l-qawwa biex nidhol ’il gewwa fl-imhabba herqana u bla qjies tieghek imsiehba ma’ dik l-imhabba bla tarf li biha sa minn dejjem int ghazilt nisel il-bniedem biex dan jithenna bid-dehra tieghek.
Alla ta’ kobor bla qjies, aghmel li jkun jisthoqqli nhaddan id-don li hu oghla minn kull don iehor: l-angli kollha u l-qaddisin ma jsibu ebda hena iegor glief dak li jarawk, igobbuk u jitghaxxqu bid-dehra tieghek. O don li tinsab ’il fuq minn kull don iehor, ghax int l-istess imhabba! O tjieba bla qjies, int ridtna naghrfuk bhala mhabba, u ridtna nhobbu din l-imhabba.
Dawk kollha li jigu quddiemek sa jkunu mhallsin skond l-imhabba li wrew mieghek. Xejn ma jmexxi l-erwieh kontemplattivi lejn l-estasi jekk mhux il-vera mhabba.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
Beata Angela ta' Foligno
|