L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

|werrej|►►


L-Ordni Frangiskani - dahla


Kitba ta' Patri Alessandru Bonnici OFMConv


Il-bidu ta' l-Ordni

Frangisku twieled f'Assisi mina Pietro Bernardone u Donna Pika fil-bidu ta' l-ll82. Hu ghex tfulija hienja u zghozija ferrieha. B'mod mhux mistenni, Alla sejjahlu biex isewwi lill-Knisja tieghu. Imma missieru ma fehmux. Ghalhekk, fl-1206 raddlu lura sahansitra hwejgu u fil-pubbliku nfexx f'talba li fissret ideal ta' hajja. Hu ddikjara x'kien il-programm ta' hajtu meta, quddiem l-Isqof Guido u l-poplu ta' Assisi, stqarr solennement: "Mil-lum 'il quddiem, ma nghidx izjed: "Missieri Pietru Bernardone", imma "Missierna li inti fis-smewwiet". Malli fl-1208 minn jeddhom fittxewh ohrajn, intefghet zerriegha ta' istitut ta' hajja kkonsagrata, u sar l-ewwel pass lejn il-bidu ta' l-Ordni tal-Minuri. Frangisku fassal Regola li ma kinitx hlief siltiet mill-Vangelu. Il-Papa Innocenz III, fl-1209, approvahielu bil-kelma biss.

 

Bla ma ppjana xi twaqqif ta' Ordni, Frangisku sab ruhu l-mexxej ta' moviment ta' riforma, li sejjahlu l-Ordni tal-Minuri. Hu habb il-hajja f'ghaqda ma' Alla fit-talb, imma ried Ordni li jwassal fill-poplu l-messagg ta' Kristu b'kelmiet semplici. Bit-tislima ta' "Paci u Gid", Frangisku ried jghallem lil uliedu li, jekk jghixu fil-paci ma' Alla, fl-imhabba ta' bejniethom u fil-minorit billi ma jitkabbrux, il-gid johrog wahdu ghax isiru strument f'idejn Alla billi jaqdu lill-ohrajn taht il-harsien tal-Knisja. Il-Papa Onorju III, fl-1218, ta lil Frangisku u lill-Ordni tieghu l-ewwel dokument ta' approvazzjoni bil-miktub. Ghadha ma hix l-approvazzjoni ufficjali tar-Regola; imma l-isqfijiet setghu jippermettulhom ixandru 'l Kristu.

 

Xbejba jisimha Klara, minn nisel nobbli, tqanqlet mill-ideal ta' Frangisku, u hu ghenha u harisha. Hu mexxieha biex taghti bidu ghal hajja ta' klawsura fil-faqar u l-penitenza. Dan kien it-Tieni Ordni: id-Dami Fqajrin ta' San Damjan, li llum huma l-Klarissi. Fl-1221, Frangisku fassal u kiteb Regola ghall-ewwel Ordni tieghu. Giet approvata mill-kapitlu generali ta' l-Ordni, izda ma kellhiex l-approvazzjoni tal-Papa. F'dik l-istess sena, hu ta bidu ghall-Ordni ta' l-Ahwa Penitenti, li mbaghad issejhu Terzjarji Frangiskani, u llum Ordni Frangiskan Sekulari. Bil-ghajnuna li tah il-Kardinal Ugolino di Segni (li izjed tard lahaq Papa bl-isem ta' Girgor IX), Frangisku kiteb Regola ohra li l-Papa Onorju III approvahielu fid-29 ta' Novembru 1223. Ghalhekk, tissejjah ir-Regola Bullata ta' l-Ordni tal-Minuri. Kienet is-sena meta, fuq l-gholja ta' Greccio, Frangisku, fil-lejl tal-Milied, migbur ma' ftit minn uliedu u xi rghajja, ifforma presepju haj halli jfakkar l-imhabba ta' Kristu ghalina. Fis-sena ta' wara, fl-1224, fuq l-gholja La Verna, il-Mulej stampalu f'gismu l-istess pjagi tieghu, u b'hekk, minn barra wkoll, hu sar xbiha izjed hajja ta' Kristu msallab. Wara nzul ix-xemx tat-3 ta' Ottubru 1226, San Frangisk miet f'cella ckejkna u fqira (aktarx fuq il-ghatba taghha) tal-kunvent ta' Santa Marija ta' l-Angli, il-knisja maghrufa bhala l-Porzjunkola, taht l-gholja ta' Assisi. Fis-16 ta' Lulju 1228, il-Papa Girgor IX iddikjarah qaddis f Assisi stess fuq il-Colle dell'Inferno: post fejn kienu jitnehhew l-ikkundannati ghall-mewt. Imma, minn dak il-waqt, il-post beda jissejjah Colle del Paradiso: l-Gholja tal-Genna.

 

Ulied San Frangisk f'Malta

Dan il-qaddis li naghtuh l-oghla gieh meta nsejhulu "Kristu iehor", inhass hafna fi grajjiet il-hajja kkonsagrata ta' Malta. Ghandna fostna:

 

1) lit-tliet familji li jiffurmaw l-ewwel Ordni: dak tal-Minuri; dawn huma l-Frangiskani Minuri, Konventwali, u Kapuccini;

 

2) lit-tieni Ordni: il-Klarissi: sorijiet f'hajja ta' klawsura;

 

3) Tliet kongregazzjonijiet ta' Terzjarji Regolari Femminili, li huma: Frangiskani Missjunarji ta' Marija, Frangiskani Missjunarji tal-Qalb bla Tebgha ta' Marija, u Frangiskani tal-Qalb ta' Ges; u

 

4) l-istitut sekulari tal-Familja Zghira Frangiskana.

 

Lejn dawn jersqu dawk il-lajci li jhaddnu lill-Ordni Frangiskan Sekulari. Ilkoll huma wlied San Frangisk. Ghal dawk ta' l-ewwel Ordni, hemm l-istess regola li tghaqqadhom, imma t-tlieta ghandhom l-kostituzzjonijiet taghhom li jaghzluhom minn xulxin, u kull familja hija Ordni bl-awtonomija tieghu.

 

L-Ordni li twaqqaf fl-l208 minn San Frangisk innifsu ssejjah maz-zmien Penitenti ta' Assisi, Frati tal-Komunit, u Ordni tal-Minuri. Meta l-Ordni kien ghadu haga wahda, il-Papa Innocenz IV, fl-1250, sejjah konventwali lill-knejjes taghhom. Madankollu, ghal hafna zmien, sas-sena 1415, baqghu jissejhu semplicement Minuri, jew Frangiskani, jew Ordni ta' San Frangisk. Il-hajja taghhom ma rabtithom ma' l-ebda post u ma' l-ebda gens. Waqt li jghixu hajja ta' ahwa flimkien, bla ma qatt ma jitkabbru, l-Ordni nnifsu jghinhom jizviluppaw il-karizmi partikulari taghhom f'ubbidjenza lejn il-Knisja u lejn is-superjuri taghhom (li ma jsejhulhomx prijuri, imma gwardjani, jew ministri provincjali jew generali). Huma jwasslu lil Kristu b'taghlimhom u fuq kollox b'hajjithom fil-hidma ghas-servizz tal-Knisja b'xhieda tal-messagg ta' mhabba u ta' paci.

 

Din id-dahla toqghod ghal kull wiehed mit-tmien istituti Frangiskani ta' hajja kkonsagrata f'Malta li ser nitkellmu dwarhom fil-pagni li gejjin.

 

|werrej|►►


Taghrif migbur minn Alexander Bonnici, L-Istituti ta' Hajja Kkonsagrata, Kullana Kulturali, 11, Pin, Malta 2000.

Assisi 16.4.2003


 

Bla ma ppjana

xi twaqqif

ta' Ordni, Frangisku sab ruhu

l-mexxej

ta' moviment ta' riforma,

li sejjahlu

l-Ordni

tal-Minuri.