L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

◄◄|werrej|►►


Frangiskani Minuri (OFM)


Kitba ta' Patri Alessandru Bonnici OFMConv


 

L-Osservanza Regolari fid-Dinja

l-Frangiskani Minuri, minkejja l-fatt li fl-ahhar zmien naqsu sewwa fin-numru, ghadhom jiffurmaw l-akbar Ordni fost il-Frangiskani li jezistu llum. Huma mxerrdin mad-dinja kollha. Issejhu "Osservanti" jew "Frangiskani ta' l-Osservanza Regolari", jew "Zokkolanti". L-eqdem fost l-istorici (bhal Giacomo Oddi, Mariano da Firenze, Bernardino Aquilano, Nicola da Eara, u Luqa Wadding) iqisu lil Paoluccio Trinci minn Foligno bhala dak li, fl-1368, kien il-bidu umli u mhux ufficjali ta' moviment ta' riforma ghall-fatt li gie moghti l-permess li jinqata' mill-Fratelli tal-Komunit, imsejhin ukoll Ordni tal-Minuri jew l-Ordni Frangiskan. Madankollu, movimenti ta' riforma kienu ilhom li bdew specjalment minn zmien San Bonaventura li mexxa l-Ordni bejn l-1257 u l-1274. Wara bosta krizijiet minhabba riformi zbaljati minn dawk li ssejhiu Zeloti. Spiritwali, jew Fraticelli kienet qed tithejja riforma li wara dehret genwina. Wara li xi Fraticelli kienu sahansitra waqghu f'idejn l-inkwizizzjoni u kien hemm min gie kkundannat ghall-mewt, il-Papiet innifishom bdew jghinu r-riforma ta' l-Osservanti. Fost il-Frangiskani, kien hemm kurrent qawwi ta' riforma. Kien hemm sahansitra tigrib ta' soppressjoni ta' l-Ordni ghall-fatt li l-kultura f'dawk li kienu qed jithejjew biex isiru sacerdoti ma kinitx sufficjenti. Il-kotra l-kbira tal-Frangiskani bdew jintefghu fuq il-hajja appostolika bil-predikazzjoni, b'taghlim anki f'universitajiet, u bit-twagqif ta' centri ta' studju. Ohrajn, li ghall-ewwel kienu ftit, imma mbaghad baqghu jizdiedu, hassew li din il-hajja qalb il-poplu u l-uzu tal-mezzi materjali halli l-opri appostolici jkunu jistghu jsiru, kienet qed tbeghedhom mill-faqar kif ghexu San Frangisk fil-bidu ta' l-Ordni tieghu. Il-membri mlahhqin ta' l-Ordni tal-Minuri (li kellhom il-knejjes taghhom imsejhin "Konventwali"), ghenu lil dawk tar-riforma billi tawhom xi eremitaggi. Fil-fatt, ghal aktar minn erbghin sena, huma kienu jidhru mxennqin ghal dik il-hajja li qatghethom mid-dinja. Fl-1415, il-Koncilju ta' Kostanza, lill-Osservanti tahom l-approvazzjoni kanonika (jew ufficjali).

 

L-Osservanti, madankollu baqghu jiddependu ghal hafna snin mill-Ordni tal-Minuri (il-Konventwali ta' llum). Huma tmexxew minn vigarji generali u provincjali ghax il-ministri generali u provincjali kienu dawk tal-Konventwali. Imma, f' dak iz-zmien meta huma kien ghad ma ghandhomx l-indipendenza taghhom, kien hemm b'mod specjali erbgha minnhom li kienu jqisuhom il-kolonni ta' l-Osservanza. Tnejn minnhom kienu hadu l-formazzjoni taghhom fost il-Konventwali. Wiehed kien San Bernardinu ta' Siena (1380-1444) li, wara li dahal fost il-Konventwali u gie ordnat sacerdot, gie moghti l-permess li jghix fost l-Osservanti bhala wiehed minnhom biex  jghinhom fir-riforma mixtiega.

L-iehor kien il-Beatu Albert minn Sarteano. Iz-zewg kolonni l-ohra kienu San Gwann minn Capestrano (1386-1456) u San Gakbu tal-Marche (1394-1476).

 

Ir-riforma, fil-bidu tas-seklu hmistax, kienet diga harget 'il barra mill-Italja, u bdiet tinfirex ma' Franza, Spanja, u l-Portugall. Il-papiet bdew jghinuhom halli ma jdumux jiddependu mill-Konventwali. L-ahjar fost l-Osservanti mexxewhom b'energija, u fethulhom it-triq halli ma jibqghux f'eremitaggi biss. Dawn ghenuhom biex jintefghu izjed fuq l-istudju, u b'hekk ippjanawlhom it-triq ghall-appostolat popolari, ghall-hidma missjunarja, u ghal hafna opri karitattivi. Huma ghenu lill-poplu fqir, li r-reghba tal-ghonja kompliet taghfsu fis-self b'imghaxijiet esagerati. Fil-furja ta' riforma izjed radikali, mill-Osservanti, hargu riformi ohrajn; bosta minnhom bil-mod il-mod, reqghu dahlu fi hdan l-Osservanti. L-Osservanti ma damux ma hassew il-bzonn li, bhall-Konventwali, jintefghu huma wkoll fuq kull xorta ta' appostolat popolari.

 

L-Osservanti, fl-1415, bnew hdejn Foligno l-ewwel kunvent taghhom, li hu dak ta' San Bartolomeo di Marano. L-isforzi biex jerqghu jinghaqdu mal-Konventwali ma rnexxewx. Ghalhekk, il-Papa Leone X, fid-29 ta' Mejju 1517 bl-Ite et vos ghazel li jaghmel definittivament zewg familji awtonomi mill-Ordni kif kien maqsum f'dak iz-zmien. Lill-Osservanti, minbarra li tahom is-setgha li jaghzlu ministru general huma nnifishom u minn fosthom, tahom sahansitra l-precedenza fuq il-Konventwali. Il-qaddisin tal-bidu ta' l-Ordni: bhal San Frangisk innifsu, Sant Antnin ta' Padova, San Bonaventura, il-Beatu Gwanni Duns Skotu u l-ohrajn, bagghu l-patrimonju taz-zewg familji. Izjed tard, mill-Osservanti hargu riformi ohrajn: bhall-Kapuccini (mill-1525), ir-Riformati (1532-1897), ir-Rikolletti (1579-1897), u l-Alkantarini (1563-1897).

 

Fil-Qalba tar-Rabat

Fi imien meta kienu ghadhom jiddependu mill-Konventwali, l-Osservanti dahlu fir-Rabat ta' Malta. Giacomo Hakim, fl-1494, halla bicca art tieghu fir-Rabat lill-Frangiskani ta' l-Osservanza. Il-Kunsill Popolari ntrabat li jibni fuq l-art imhollija knisja u kunvent li jghaddihom lil dak l-Ordni. Tlestew sa l-1500. Dan kien il-bidu tal-knisja u l-kunvent ta' Santa Marija ta' Ges. Il-Maltin mill-Isqalli malajr sejhulha Ta' Giezu. Fl-ewwel nofs tas-seklu sittax, il-knisja reqghet inbniet mill-gdid bi stil gotiku. Imbaghad, fis-seklu sbatax giet moghtija forma barokka. Hi garrbet hsarat kbar bit-terremot ta' l-1693. Ghalhekk, kellha tinbena mill-gdid, imma l-estern taghha ma nbidilx.

 

L-Osservanti dahlu f'zona li fir-Rabat hi centrali. Ghalhekk, huma malajr intefghu fuq hafna hidmiet pastorali. Gie li ghaddew minn zmien difficli, bhalma kien lejn l-ahhar tas-seklu tmintax minhabba n-nuqqas ta' patrijiet li jmexxu l-knisja kif kien mixtieq. Fl-istorja tal-knisja, ghandha sehem kbir il-Fratellanza ta' San Guzepp, li hi wahda mill-eqdem ta' Malta. Din torganizza festa kbira fid-19 ta' Marzu ta' kull sena. Fl-oratorju ta' mal-knisja, hemm meqjuma statwa qadima li, biz-zmien, ghaddiet minn tibdil u saret ta' San Guzepp imsejjah "Ix-Xih"; ma hix ta' gmiel, imma minn dejjem kienet fil-qalb tad-devoti. Il-knisja saret santwarju minn meta, fl-1963, San Guiepp gie inkurunat solennement mill-Arcisgof Gonzi. L-istatwa li tinhareg fil-festa hi dik li nhadmet fi Franza fl-1890, b'disinn tat-Taljan Luigi Fontana. F'din il-knisja giet organizzata ghall-ewwel darba f' Malta l-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Fil-kunvent, kien hemm kemm-il darba zghazagh f'preparazzjoni ghall-hajja Frangiskana. Hu wkoll centru ta' studju. Il-knisja hi ghaziza hafna ghan-nies tar-Rabat. L-attivitajiet pastorali ma jongsu gatt.

 

Fil-Kapitali l-Gdida ta' Malta

Meta nbniet il-belt Valletta, bhala kapitali gdida ta' Malta, l-Osservanti kienu fost ta' l-ewwel li kellhom kunvent u knisja, bl-istess titlu tar-Rabat: Santa Marija ta' Ges. Il-bidu kien fl-1571. L-art giet moghtija lilhom mill-Gran Mastru Pietro Del Monte. Fundatur jitqies il-Patri Gwannbattista minn Malta, li gie minn Sqallija flimkien ma' sitt patrijiet ohra. Il-knisja tlestiet fl-1575, fuq disinn ta' Glormu Cassar. Saru restawri fiha fi zmien il-Gran Mastru Manoel De Vilhena (1622-1636). F'dak iz-zmien, meta kien hemm hafna movement min-nies li kienu jkunu fiz-zona tal-Port il-Kbir, bosta kienu jitilghu lejn il-Belt minn quddiem il-knisja Ta' Giezu, li tinsab fi triq imtarrga li taghti ghall-port. Ghalhekk, fl-1707, hi kienet maghduda importanti aktar minn diversi knejjes parrokkjali. Billi r-Rabat u l-Birgu, mal-bini tal-belt Valletta, tilfu hafna mill-importanza taghhom, tul is-seklu tmintax din il-knisja ta' l-Osservanti fil-Belt kellha hafna hidmiet pastorali.

 

Kurcifiss, li nhadem mill-fratell taghhom Fra Umile Pintorno minn Petralia (fi Sqallija), gibed hafna devozzjoni u n-nies kotrot f'din il-knisja. Dan inhadem mhux izjed tard mis-sena 1639. Xi rakkont leggendarju ntrabat ma' l-istess origni tieghu. Gie li ntuza f'xi pellegrinagg nazzjonali, bhalma kien wiehed fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. Minn din il-knisja, bdiet tohrog it-tieni purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, wara dik tar-Rabat. Kienet tkun bis-sehem ta' bahhara, ilsiera, u bonavolja. Il-bonavolja (jew "Banavolja") kienu dawk li jmorru jaqdfu minn jeddhom, imma jithallsu, fuq ix-xwieni ta' l-Ordni ta' San Gwann. Mal-bidu tal-knisja, tqanqlet devozzjoni hajja lejn id-Duluri. Fl-1646, twaqqfet fratellanza f'giehha. Illum ukoll,  il-festa devozzjonali f'gieh id-Duluri, fi zmien ir-randan, ghadha tigbed hafna nies li jiehdu sehem fiha b'sens ta' devozzjoni a ta' penitenza.

 

Il-Frangiskani Osservanti, fi zmien il-Kavallieri, intefghu wkoll ghall-hidma fuq ix-xwieni u fis-Sagra Infermerija. Sacerdoti u fratelli ma qatghux mini jassistu lill-morda, lanqas meta dawn kienu milqutin minn flagelli ta' pesta u kolera. Kien hemm anki dawk li, waqt l-assistenza taghhom, iccappsu b'mard li jittiehed u gie li mietu. Minbarra l-hidmiet fost il-poplu, xi wiehed minnhom habat gie maghzul bhala katekist mill-inkwizitur ta' Malta, meta nhass il-bzonn li lil min zbalja fi twemminu jghallmuh il-fidi nisranija.

 

L-Unjoni Leonjana

Meta fl-1897 saret l-ghaqda bejn ir-riformi Frangiskani, billi kien il-Papa Leone XIII li ghenhom f'dik l-unjoni, huma, flimkien mar-Riformati, ir-Rikolletti, u l-Alkantarini, bdew jissejhu Frangiskani ta' l-Unjoni Leonjana. Imma dan kien ghal zmien gasir ghax l-appellattiv ma kienx ghogobhom. Ghalhekk, l-isem taghhom beda jkun dak ta' Frati Minuri. Dan iktar joqghodiiiiorn ghax it-titlu "Frangiskani" lilhom ma jiddistingwihomx bizzejjed ghall-fatt li hawn Frangiskani ohrajn. F'Malta damu hafna jissejhu Osservanti. Imbaghad, sal-lum, insejhulhom "Ta' Giezu" biex kulhadd jifhem li qed nghidu ghalihom. Ghal hafna zmien, triq li taqbad minn hdejn il-knisja taghhom tar-Rabat, baqghet tissejjah Triq l-Osservanti, sakemm inbidlilha l-isem u saret Triq il-Minuri u mbaghad semplicement Triq il-Patrijiet.

 

Ghalkemm il-prezenza taghhom fil-Belt baqghet tinhass, il-knisja tilfet hafna mill-importanza li kellha fl-imghoddi minn mindu nqata' s-servizz tal-lanec fil-Port il-Kbir. Xejn ma hu komdu li l-anzjani jinzlu lejn knisja li ghandha hafna tarag biex tasal ghaliha. Imma grupp ta' zghazagh, bl-isem ta' Juventus Antoniana, jiltaqghu f'dan il-kunvent, u jorganizzaw bosta attivitajiet. Il-Fratellanza tal-Kurcifiss hi wahda mill-ftit li ghadhom hajjin fil-gzejjer taghna. Fl-1996, fil-kunvent tal-Belt twaqqaf ukoll Istitut Frangiskan bhala centru ta' formazzjoni fuq l-ispirtu tal-fqajjar ta' Assisi.

 

Ma nfethux komunitajiet ohrajn, minbarra t-tnejn imsemmija, tul is-zmien kollu tal-Kavallieri. Imma servizzi f'xi knisja ckejkna kienu jinghataw. Fir-Rabat, huma kienu jaghtu s-servizzi pastorali taghhom fil-knisja ta' Santa Marija ta' Duna, li qieghda fl-istess trig tal-knisja ta' Giezu. Fil-Belt, huma hadmu fil-knisja tal-Port il-Kbir, imsemmija ghall-Madonna ta' Liesse.

 

Fi Tmiem is-Seklu Dsatax:

Tas-Sliema u l-Imgarr (Ghawdex)

Tas-Sliema hu post li fis-seklu dsatax beda jiehu l-istruttura tieghu mix-xejn. Lejn nofs tas-seklu, dik li kienet knisja ckejkna hafna msemmija ghall-Madonna ma kinitx sufficjenti ghall-popolazzjoni. Ghalhekk, fil-qrib taghha, fl-1853, bdiet tinbena knisja gdida, li tlestiet fl-1855, u giet iddedikata lil Marija Kewkba tat-Bahar, imma nsejhulha bil-Latin bit-titlu ta' Stella Maris. Fl-1865, il-knisja giet offruta lill-Frangiskani Minuri; imma huma ma accettawhiex. Fl-1878, dik il-knisja giet iddikjarata parrocca. Hi l-ewwel parrocca mill-erbgha li llum hemm f'din il-belt gdida. Ftit wara, f'post li ghal tas-Sliema tal-lum hu izjed centrali, Dun Pawl Vella, qassis mill-Belt, beda jhabrek biex jibni knisja bil-hsieb li jiddedikaha lil Sidtna Marija tal-Qalb ta' Ges, u li l-poplu kellu jsejhilha semplicement Tas-Sacro Cuor. Il-bini tlesta fl-1881. Dun Pawl Vella malajr halla t-tmexxija tal-knisja. Ghalhekk l-Isqof ta' Malta Mons. Carmelo Scicluna offrieha lill-Frangiskani Minuri.

 

F'dik l-istess sena 1881, huma marru f'dar li giet mislufa lilhom. Imma malajr beda l-bini tal-kunvent li tlesta fl-1884. Fi zmien qasir, il-knisja giet imkabbra. Kibret il-popolazzjoni wkoll. Ghalhekk, l-Isqof Mawru Caruana, Fl-1918, iddikjaraha parrocca. Il-knisja regghet tkabbret, u x-xoghol tat-tkabbir tlesta fl-1936. Tul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-knisja flimkien mal-kunvent garrbet xi hsarat. L-istatwa titulari, mahduma fl-1881 minn Glormu Darmanin fl-ahhar ta' hajtu. fis-sena 1949 giet ipprofanata b'serq u xi hsarat, imma malajr saret riparazzjoni, u d-devozzjoni kibret. Din hi knisja importanti ghall-Frangiskani Minuri ghax huma bis-sahha taghha dahlu f'wiehed mill-postijiet l-izjed kbar ta' Malta. Huma, mill-1950, ghandhom f'idejhom il-kappella Ges Habib. Maghha ghandhom dar ghad-duttrina bl-isem ta' Santa Marija Goretti. Dan il-post, mill-1974, gie jaghmel parti mill-parrocca gdida tal-Karmelitani fil-Balluta. Imma l-kappella baqghet f'idejn il-Frangiskani. Fl-1994, infetah centru pastorali ma' din il-kappella.

 

Rajna li fl-1897 erba' riformi Frangiskani gew maghqudin flimkien. Sentejn biss wara, dak li kien sar l-Ordni tal-Frangiskani Minuri ta' l-Unjoni Leonjana, dahal f'Ghawdex. Il-post kien l-Imgarr; il-knisja kienet iddedikata lil Sant'Antnin. F'dak il-kunvent ta' Ghawdex, kemm-il darba gew imrawmin vokazzjonijiet godda ghall-hajja Frangiskana.

 

L-Izvilupp ta' wara l-Gwerra

Fis-snin ta' wara l-gwerra, wiehed mill-poeti tajbin kien Patri Marjan Vella. Ghal hafna snin, il-Frangiskani Minuri ppubblikaw ir-rivista l-Anglu tal-Paci u ghadhom johorgu Lehen l-Art Imqaddsa u ohra bl-isem Spirtu u Hajja.

 

Fl-1947, beda l-progett ta' knisja u kunvent fil-Hamrun. Il-fundatur kien Patri Tarcisju Xerri. Imma l-bidu kien difficli hafna. Huma bdew b'garaxx fi Triq Lord Byron; dan gie ittrasformat f' kappella. L-art mehtiega giet akkwistata b'diffikultajiet kbar. Problema ohra kienet il-hlas taghha. Kellu jsir hafna self ta' flus. Imma, fl-1951, beda x-xoghol tal-pedamenti. Imbaghad, fl-1952, tqieghdet l-ewwel gebla. Billi l-kostruzzjoni baqghet sejra, il-knisja tlestiet u setghet tinfetah ghall-pubbliku fit-30 ta' Ottubru 1954. Malajr deher kemm kienet mehtiega. Hi knisja ffrekwentata hafna. Il-patrijiet huma mahbubin min-nies. Fil-gzejjer taghna, din kienet l-ewwel knisja li huma ddedikaw lil San Frangisk.

 

Fl-1957, sar progett ta' opra li ghal Malta kienet utli hafna. Din hi d-Dar ta' l-Irtiri li ssemmiet Porziuncola. Il-post hu Bahar ic-Caghaq. Hi dar ta' l-irtiri li bhalha ma kienx hawn. Aktar ma bdiet titfittex minn komunitajiet religjuzi u anki minn ghaqdiet ta' lajci aktar beda jinhass kemm kien mehtieg li tigi mmodernizzata. Fil-fatt, fl-1994, saret fiha trasformazzjoni kbira. Hemm 35 kamra bil-bzonnijiet kollha, tliet swali, u wahda kbira ghall-konferenzi, u zewg kappelli. Hi f'pozizzjoni ideali qrib il-bahar, u f'ambjent ta' sbubija naturali. Gie li l-post intuza anki ghal laqghat internazzjonali. F'idejn dawn il-patrijiet Frangiskani giet moghtija knisja fil-qrib iddedikata lil San Gwann. Mhux 'il boghod wisq, fl-1995, bnew knisja mdaqqsa ddedikata lill-Madonna ta' l-Angli. Hi ghal rasha, u qieghda f'zona li bdiet tizviluppa fl-ahhar tas-seklu ghoxrin. Fiha jsiru ghadd ta' hidmiet pastorali. B'xebh mad-Dar Porziuncola, inbniet opra fl-Imgarr ta' Ghawdex. Billi din id-dar ta' l-irtiri hi marbuta mal-knisja ta' Sant'Antnin, issemmiet Dar Padova.

 

Il-Frangiskani Minuri fethu wkoll Dar Gubbio f'Santa Venera. Din hi dar ta' kenn ghaz-zghazagh li minhabba xi problemi ma jistghux jghixu mal-familja taghhom; huma jintlaqghu f'dik id-dar sakemm isibu tarf il-problema taghhom. F'dak il-post, il-patrijiet jaghtu wkoll ghajnuniet lir-romol u l-ghomja.

 

F1-1981, dawn il-Frangiskani akkwistaw dar fi Triq Mannarino f'Birkirkara, u tawha l-isem ta' Frate Francesco. Tintuza bhala dar tat-talb u jsiru fiha xi servizzi pastorali specjalment fost iz-zghazagh. Jista' jissemma wkoll l-Appostolat tal-Bahar. FI-1958, huma hadu f'idejhom knisja msejha Ta' Cejlu, il-Marsa, u din saret ic-centru ta' l-Appostolat tal-Bahar. Imbaghad, fl-1962 dan ic-centru ttiehed fil-knisja ta' Liesse. il-Belt, mal-Port il-Kbir. Imma l-knisja Ta' Cejlu baqghet f'idejhom, u jsir hafna gid fost il-haddiema ta' l-Enemalta.

 

Laboratorju tal-Paci

Post li, ghall-hidma tieghu, hu uniku nsibuh f'dak li ssejjah il-Laboratorju tal-Paci "Papa Gwanni XXIII". L-ideatur kien Patri Dijonisju Mintoff. Beda b'sagrificcji kbar f'Hal Far fit-25 ta' Marzu 1971, billi wiehed mill-hangars militari tat-Tieni Gwerra Dinjija nbidel f'laboratorju tal-paci. Kien gie inawgurat ufficjalment minn Guzeppi Roncalli, hu l-Papa Gwanni XXIII. Il-hangar sar kappella, u anki post ghal-laqghat u t-talb. Iservi wkoll ta' dar u fih jigu organizzati anki seminars. Kull xahar, mil-Laboratorju, jippubblikaw ir-rivista It-Tieqa. Imma jigu stampati wkoll bosta fuljetti. Regolarment isir programm fuq ir-Radju ta' Malta Nazzjonali bl-isem Infittxu dak li Jghaqqadna. Issir ukoll il-kompetizzjoni ghall-Premju tat-Tjubija; din issir kull sena biex jigu ppremjati tifel jew tifla li jkunu dehru l-ahjar fost dawk li ghenu 'l min kien fil-bzonn. Fil-Laboratorju tal-Paci, xi artisti kbar hallew xi tifkira taghhom: midalja, inkwadru, jew xi skultura. Fost l-ohrajn, l-artist Josef Kalleya, fl-1979, offra ghoxrin bicca pittura tieghu. L-artist Anton Agius irregala statwa artistika ta' San Frangisk, li Aldo Moro, il-politiku maghruf ta' l-Italja, u anki vittma tat-terrorizmu, talab quddiemha. Ghalkemm dan il-post ma hux nibdi b'inizjattiva provincjali, xorta wahda hu ta' gieh ghal dan l-ordni.

 

Hidma Missjunarja Kbira

l-Frangiskani Minuri hu l-akbar Ordni missjunarju tal-Knisja kattolika, b'numru ta' kardinali, u hafna arcisqfijiet u isqfljiet. Il-Maltin ukoll taw u ghadhom jaghtu s-sehem taghhom. Missjoni ghaziza hi dik ta' l-Art Imqaddsa. Il-Kustodja ta' l-Art Imgaddsa kienet twaqqfet fl-1217, u l-maghruf Fra Elia ta' Cortona kien l-ewwel ministru provincjal taghha. Baqghet f'idejn il-Frangiskani Konventwali sa l-1434 meta l-Papa Ewgenju IV ordna li tigi mghoddija lill-Osservanti. Il-Konventwali ma baqghux izommu hlief il-kunvent u s-santwarju tac-Cenaklu; imma, minn dan ukoll, huma gew maqlughin 'il barra fl-1551. Nigu ghal Malta, u nghidu li, fl-1636, twaqqaf il-kummissarjat ta' l-Art Imqaddsa, bis-sede tieghu fil-Belt. L-iskop kien li jixxerred taghrif fuq dik il-missjoni, u jingabru xi ghajnuniet. Xi patri Malti kien ikun sikwit fil-komunita ta' l-Art Imqaddsa. Tigi ppubblikata r-rivista L-Art Imqaddsa, u hareg ukoll xi ktieb li jghin lill-pellegrini. Bil-kollaborazzjoni ta' l-isqfijiet, isir gbir fil-knejjes kollha ghal din il-missjoni. Jigu organizzati mill-Frangiskani Minuri anki pellegrinaggi. Isiru korsijiet ta' specjalizzazzjoni fl-Art Imqaddsa stess. Fost il-Frangiskani Minuri ta' Gerusalemm, insibu wkoll xi Malti.

 

Missjoni difficli li llum l-Ordni tal-Frangiskani Minuri, mill-1992, fdaha f'idejn il-Maltin hi dik tal-Libja. Iz-zmien hu wiehed difficli. Ghal zmien qasir, fl-ahhar snin wiehed mill-patrijiet Maltin kien gie issekwestrat. Ir-relazzjonijiet mal-Gvern tjiebu xi ftit, ghalkemm mal-Misilmin ma tantx tkun taf fejn int. Patri Silvestru Carmel Magro gie maghzul bhala vigarju appostoliku ta' Bengasi, u mgholli ghad-dinjita ta' isqof. Il-knisja ta' San Frangisk ta' Tripli hi l-unika wahda li fi zmienna hi miftuha ghall-pubbliku. L-ewwel missjunarju Frangiskan Malti fil-Libja kien Patri Lwigi Danjel Debono (1785-1854).

 

Fl-1958, il-Frangiskani Minuri Maltin dahiu fl-Amerka Centrali. Kienu fil-Gwatemala, El Salvador, u l-Honduras. Imma, illum baqghu fil-Honduras biss, u hemm il-Maltin jahdmu flimkien ma' huthom religjuzi Nord-Amerikani. Insibuhom f'sitt idjar religjuzi ta' dan il-pajjiz li hu l-ifqar wiehed ta' l-Amerka Centrali. Wiehed minnhom, Patri Diegu Vella, fil-fjur ta' hajtu, miet f'incident tat-traffiku, fi zmien meta kien qed jorganizza l-"campesinos" fi "trade unions" halli jkunu jafu kif ikollhom jeddijiethom irrispettati. Dawn il-Frangiskani huma mitfughin f'xoghol pastorali fil-parrocci ta' rhula ckejknin li huma f'postijiet difficli hafna biex jintlahqu. Minbarra l-hidma bhala sacerdoti, huma jkollhom jahdmu fil-kamp socjali u karitattiv ukoll. Bil-ghajnuniet li jircievu, huma bnew knejjes, centri ta' sahha, djar, u skejjel. Ghenu wkoll fil-hidma agrikola lin-nies tal-post biex dawn itejbu l-qaghda ekonomika taghhom. Barra minn hekk, il-messagg nisrani twassal ukoll permezz tax-xandir. Minn Malta jaslulhom hafna ghajnuniet. Dawn gie li jkunu mehtiega b'mod specjali fi zmien meta l-missjoni tintlaqat minn xi dizgrazzji naturali kbar, kif kien gara fis-sena 1998.

 

Lil dawn il-Frangiskani Maltin, nsibuhom ukoll f'artijiet ohrajn li ma humiex missjunarji. Fil-Kanada, huma kellhom f'idejhom f'Toronto l-parrocca ta' San Pawl ghal madwar hamsin sena. Kienet l-unika parrocca tal-Maltin fl-Amerka. Imma, fis-sena 1999, huma telquha f'idejn is-Socjet Missjunarja ta' San Pawl. Fil-Kanada stess, il-Frangiskani ghad ghandhom f'idejhom dar ckejkna hafna f'Port Colborne msemmija ghal Santa Tereza, u ohra f'Toronto bi knisja f'gieh San Karlu Borromeo. Lill-Maltin, insibuhom ukoll f'zewg komunitajiet ta' l-Awstralja f'Fulham u Adelaide. Il-hidma taghhom inhasset hafna f'Londra, specjalment f'assistenza lill-Maltin emigrati hemm u lill-morda li jintbaghtu minn Malta. Huma jiehdu hsieb il-Maltese Mission u s-Saint Boniface Mission. Lil xi whud mill-Maltin, gie li nsibuhom jghallmu anki fl-Ateneo Pontificio Sant'Antonio ta' Ruma.

 

Il-Messagg ta' Paci u Gid

L-Frangiskani Minuri ta' Malta, ghal izjed minn tliet mitt sena, kienu jiddependu mill-provincja religjuza ta' Sqallija. L-Inglizi ghamlu minn kollox biex lir-religjuzi jagtghulhom dawn ir-rabbet. Fil-fatt, fl-1819, bdiet tinhall din ir-rabta billi, sa l-1839, huma tmexxew minn Patri Malti bhala delegat generali. Fl-1839 kienet saret l-erezzjoni tal-kustodja. L-istess delegat generali, li kien Patri Salv-Anton Vassallo, kien gie mahtur bhala kustodju. Il-kustodja ssemmiet ghal San Gwann Battista. Huma damn kustodja sa l-1914, meta twaqqfet il-Provincja ta' Malta, li ssemmiet ghal San Pawl Appostlu. L-ewwel ministru provincjal kien Patri Anton M. Cesal.

 

Il-Frangiskani Minuri li hallew isem tajjeb ghall-hajja qaddisa taghhom kienu hafna. Imma l-izjed wiehed li baqa' jissemma fost il-Maltin kien Fra Diegu Bonanno (18311902). Dan iddedika hajtu halli jerfa' tfajliet mit-tajn tal-htija u sar il-fundatur ta' istitut fil-Hamrun biex, bl-appogg tas-sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesu, jiehu hsieb ta' bosta tfal bi problemi fil-familji taghhom. Malta ftakret fih, mhux biss bil-bijografiji li hargitlu, imma wkoll b'monument fic-centre tal-Hamrun, u anki b'bolla postali li fakkritu bhala benefattur ta' Malta.

 

Isem iehor ta' importanza jintrabat mat-Tielet Ordni Frangiskan. Fil-fatt, fost l-Ordnijiet Frangiskani, it-terz'ordni li f'Malta kien marbut maghhom kien l-izjed numeruzi u 1-izjed organizzat. Fost it-terzjarji Frangiskani, l-izjed wiehed li hu maghruf igur li hu l-Beatu Nazju Falzon (1813-1865). Hu jinstab midfun fil-knisja taghhom tal-Belt. Illum, it-terz'ordni jissejjah OFS: Ordni Frangiskan Sekulari, u l-assistenti tat-tliet Ordnijiet jahdmu flimkien ghax l-Ordni Frangiskan Sekulari hu wiehed.

 

Il-Frangiskani Minuri jaghtu hafna ghajnuniet lis-sorijiet, specjalment Frangiskani. B'inizjattiva taghhom, twaqqaf f'Malta wkoll l-istitut sekulari li jissejjah il-Familja Zghira Frangiskana.

 

Dawn il-Frangiskani Minuri, bhal fl-imghoddi, illum ukoll ghadhom iwasslu lil Kristu b'messagg ta' paci u ta' gid fost il-poplu nisrani ta' kull kategorija.

◄◄|werrej|►►


Taghrif migbur minn Alexander Bonnici, L-Istituti ta' Hajja Kkonsagrata, Kullana Kulturali,11, Pin, Malta 2000, pp.53-61.

Assisi 19.4.2003


l-Ewwel Frangiskani Minuri

waslu 

fir-Rabat Malta

fl-1494

 

Fra Diego

Bonanno OFM

1831-1902

 

Patri Silvestru Magro

waqt il-Konsagrazzjoni

tieghu bhala isqof

 

San Frangisk

xoghol ta' Anton Agius fil-Laboratorju tal-Paci

f'Hal Far