L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

◄◄|werrej|►►


Il-Familja Zghira Frangiskana


Kitba ta' Patri Alessandru Bonnici OFMConv


 

Il-Frangiskani Lajci b'Karizma

l-Familja Zghira Frangiskana hi istitut Sekulari ghal dawk ix-xebbiet li jibqghu jghixu ta' lajci fid-dinja. Tissejjah "familja" ghax fil-membri ssaltan l-imhabba lejn xulxin. L-imhabba hi l-istess hajja taghha, u taghmilha dak li hi. Tissejjah "zghira", mhux ghax huma ftit fin-numru; fil-fatt, hi thaddan numru sabih ta' xebbiet ikkonsagrati lil Alla fid-dinja, u naraw li huma minn kull kategorija tas-socjet. Imma hi "zghira" ghax il-membri jghixu fl-umilt: jigifieri, ma jitkabbrux. Tissejjah "Frangiskana" ghax spuntat mis-sigra kbira tal-Frangiskanizmu. Bhal San Frangisk, huma jghixu twemminhom b'impenn, bis-semplicit, b'imhabba lejn Alla u lejn kull bniedem. F'hajjithom, il-ferh jimlielhom il-qalb taghhom.

 

Huma jikkonsagraw hajjithom lil Alla bil-vot tal-kastit, imma, ghalkemm celibi huma ma jirrinunzjawx ghall-imhabba ghax f'isem Kristu jersqu lejn kulhadd. Jaghmlu l-vot tal-faqar billi fid-dinja jghixu minghajr lussu bla bzonn u b'generozit lejn min jistenna minghandhom xi ghajnuna. Huma jghixu l-vot ta' l-ubbidjenza billi josservaw il-kostituzzjonijiet taghhom, b'ghajnejhom merfughin lejn Marija li laqghet b'responsabilt dak li Alla ried minghandha.

 

Il-fundatur hu Patri Irineo Mazzotti, tal-Frangiskani Minuri, li bdiehom fi Brescia fl-Italja ta' Fuq fl-1929. L-ewwel wahda li bdiet tghix din l-esperjenza kienet Vincenza Stroppa. L-istitut Sekulari baqa' jikber, u xtered ma' l-Italja kollha. Il-membri jipprofessaw ir-regola ta' l-Ordni Frangiskan Sekular. Hu wiehed mill-ewwel istituti sekulari li gie moghti l-approvazzjoni pontificja. Din giet moghtija fl-1983, mill-Papa Gwanni-Pawlu II. Dan l-istitut hu fergha mis-sigra tal-familja kbira ta' l-Ordni tal-Minuri. Il-fundatur miet f' Saiano fit-28 ta' Mejju 1976.

 

Messagg li jinghata minn Malta wkoll

Meta miet il-fundatur, dan l-istitut sekulari hareg mill-Italja, u tnissel fil-gzejjer taghna wkoll. Fostna, l-akbar mertu hu ta' Patri Serafin Vella ofm. Meta, fl-1950, hu kien mastru tan-novizzi fil-kunvent ta' Sant' Antnin ta' l-Imgarr ta' Ghawdex, hu gabar u ghaqqad l-ewwel grupp ta' xebbiet li gew maghzula minn fost dawk li kien jafhom ghax kien konfessur jew direttur spiritwali taghhom. Ftit snin wara, P. Serafin gie trasferit ghall-kunvent tat-Belt. Imma, xorta wahda, skond il-possibiltajiet tieghu hu baqa' jiehu hsieb il-Familja Zghira Frangiskana li kien welled f'Ghawdex.

 

L-istess Patri Serafin, bil-ghajnuna ta' P. Tarcisju Xerri, stinka biex jifforma grupp iehor ta' din il-familja Frangiskana fil-kunvent ta' San Frangisk, il-Hamrun. L-ewwel laqghat kienu jsiru ghand is-sorijiet Frangiskani Missjunarji tal-Qalb bla Tebgha ta' Marija (ta' l-Egittu) fil-Hamrun stess jew ghand is-sorijiet Frangiskani Missjunarji ta' Marija f'Hal Balzan (is-Sorijiet il-Bojod). Imma l-ewwel professjoni tax-xbejbiet li haddnu dan l-istitut sekulari saret fil-knisja tas-sorijiet Klarissi f'San Giljan.

 

L-ewwel xbejbiet Maltin kienu mill-Belt, il-Hamrun, ir-Rabat, il-Gzira, u Tas-Sliema. Illum f'Malta l-laqghat aktarx li jsiru fid-dar Frate Francesco ta' Birkirkara, fi Triq Mannarino. Laqghat ohrajn ghadhom isiru fil-kunvent Sant'Antnin ta' Ghawdex.

 

Xi ghoxrin xebba kkonsagraw hajjithom lil Alla bhala Frangiskani u jibqghu fid-dinja jghinu f'hidmiet pastorali f'ghadd ta' parrocci. Insibuhom l-izjed jghallmu l-katekizmu u ddedikati ghall-hidmiet ta' assistenza socjali. Bhala Frangiskani, huma wkoll b'hajjithom ihabbru l-messagg ta' paci u gid.

 

◄◄|werrej|►►


Taghrif migbur minn Alexander Bonnici, L-Istituti ta' Hajja Kkonsagrata, Kullana Kulturali,11, Pin, Malta 2000. pp 203-4.

Assisi 18.4.2003


 

L-Istitut

Sekulari

Il-Familja Zghira Frangiskana

wasal fil-Hamrun Malta

fl-1950