L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

◄◄|werrej|►►


Isqfijiet Frangiskani Konventwali

F'Malta u Ghawdex taz-Zmien tan-Nofs

1272-1420


kitba ta' Patri Alessandru Bonnici OFMConv


Dahla

F'din il-gabra sejrin naslu sa lejn l-ahhar zmien tas-seklu hmistax, ghalkemm ma kemm l-ebda Isqof wara l-1420. L-Isqfijiet kienu kollha mill-Ordni tal-Minuri, li llum nafuh bhala tal-Frangiskani Konventwali.

 

Hi harsa lejn sitt Frangiskani li kienu tassew Isqfijiet ta' Malta bejn 1272 u 1420. Mhux ilkoll gew fostna. Insemmu wkoll xi ohrajn li kienu gew proposti mir-Re ta' Sqallija, u fil-fatt baqghu ma sarux. Xi storici hasbu li saru tassew, u ghalhekk idahhluhom bhala Isqfijiet ta' Malta. Ghandna wiehed li gie maghzul mill-Papa, u l-Papa, billi gie mgharraf li kien miet, kellu jirtira n-nomina tieghu. Ohrajn issemmew bhala Isqfijiet Frangiskani, u fil-fatt ma kenux minn dan l-Ordni. Lil xi wiehed hasbuh Frangiskan ghax inzerta li kien kemm iehor, Frangiskan tassew, li kien igib l-istess isem, kunjom, u sahansitra bhalu kien ukoll Kardinal. Se jissemmew ilkoll kemm huma. Imma ma ninzlux f'dettalji hlief dwar dawk li kienu Isqfijiet tassew maghzulin ghal Malta mill-Ordni tal-Frangiskani Konventwali. Waqt li jidher li nistghu nserrhu rasna dwar l-ismijiet u z-zmien ta' l-episkopat taghhom, ghadna 'l boghod milli nkunu certi dwar it-taghrif li ghandna tal-hajja taghhom, u b'mod specjali dwar x'ghamlu f'Malta dawk li gew fostna. F'xi kazijiet, id-dokumentazzjoni ma hix soda bizzejjed.

 


Gakbu ta' Malta

I272-1299


L-ewwel Isqof Frangiskan ghal Malta u Ghawdex kien Mons. Gakbu ta' Malta. Kien ghadu zmien meta lanqas il-Frangiskani Konventwali ma kienu jgibu kunjomhom. Kienu jissejhu b'isimhom u bil-post fejn twieldu, bhalma kienu l-Kapuccini sa ftit ilu. Ghall-Frangiskani Konventwali, din l-uzanza bdiet tinqata' fis-seklu erbatax; imma ghad ma hemmx uniformit.

 

Ma konna nafu xejn fuq dan l-Isqof Frangiskan. Fost l-Isqfijiet ta' Malta, Gakbu hu l-ewwel wiehed li nafu b'certezza li kien Malti. Kien maghruf l-isem tieghu, imma lanqas li kien Frangiskan ma konna nafu. It-taghrif iccara dejjem izjed, u llum nafuh ahjar. Lil Eubel, dan l-Isqof kien jinteressah izjed ghax kien ta' l-istess Ordni tieghu. Imma Eubel ma sab xejn x'jurih li kien Frangiskan. Lilna jinteressana izjed ghax Gakbu kien Malti wkoll. Fil-lista tieghu, Eubel qieghdu bejn 1284 u 1279. Imma ma kienx cert mill-bidu ta' l-Episkopat; ghalhekk, qieghed il-kelma "circa": bejn wiehed u iehor u Kulma jaf dwaru, Eubel gabru mill-volum prezzjuz, imma b'hafna inezattezzi, ta' Pius Bonifacius Gams.

 

Illum, dwar l-Isqof Gakbu, nafu xi ftit izjed. i) Kien ta' l-Ordni tal-Minuri, meta l-Frangiskani kien ghad fadlilhom hafna biex jibdew jinqasmu. Imma, sa ftit snin ilu, il-Provincja tal-Frangiskani Konventwali ta' Sqallija ma qisitux fost l-lsqfijiet li hi tat lill-Knisja ghax ma konna nafu kwazi xejn dwaru. ii) Kien Isqof ta' Malta u Ghawdex bejn 1272 u 1299. iii) Fuq kollox, hu kien Malti ghax igib ma' ismu l-isem ta' art twelidu, skond id-drawwa taz-zmien. Hu Isqof li gie maghzul ghall-gzejjer taghna fi zmien San Bonaventura, li hu t-tieni missier ta' l-Ordni Frangiskan. Hu l-ewwel Frangiskan Malti li nafu bl-isem tieghu. Gie pprezentat ghall-Episkopat ta' Malta mill-"Kapitlu". Din il-kelma ta' tifsira xi ftit incerta ggieghlna nahsbu li l-Kanonci tal-Katidral ipproponew l-isem tieghu lill-Papa, li kien il-Beatu Girgor X. F'dik is-sena 1272, l-Anguvini ta' Sqallija kellhom lil Malta mahkuma minnhom. Ghal din ir-raguni, huma ma kenux qed jiehdu gost b'nominazzjoni ghall-episkopat ta' wiehed li ma jkunux ipproponewh huma quddiem l-Awtorit tal-Knisja, kif jidher li kien gara.

 

Fl-1272, jigifieri fis-sena ta' l-ghaizla ta' l-Isqof Gakbu, ir-Re ta' l-Anguvini, Karlu t'Anjou, ordna lill-Kastellan ta' Malta biex jibqa' jaghti l-appogg tieghu lil dak li kien il-Prokuratur tad-Djocesi, bhallikieku d-djocesi kienet ghadha vakanti. Imma, imbaghad, dan l-Isqof Frangiskan, qabel is-sena 1274, gie rikonoxxut, u sata' jibqa jmexxi lil Malta u Ghawdex, ghalkemm mhux minghajr ostakli.

 

Madankollu, l-Isqof Gakbu ma mietx lejn is-sena 1278. Hu kien ghadu Isqof ta' Malta meta l-gzejjer taghna ghaddew minn taqlib pulitku iehor. Jidher li kien wiehed mill-ftit Isqfijiet li ghexu fid-djocesi. Il-migja fostna tintrabat ukoll mal-fatt li dan il-Frangiskan kien Malti. Fi zmien l-episkopat twil tieghu, Sqallija ghaddiet minn dik il-grajja mdemmgha maghrufa bhala "I Vespri Sicilani". F'Palermo, fl-1282, l-Aragonizi rvellaw kontra l-Anguvini, u xtered hafna demm. Malli r-Re Pietru III ta' Aragona ha f'idejh lil Sqallija, Malta u Ghawdex ukoll, minn taht idejn l-Anguvini, waqghu f'idejn l-Aragonizi. Fl-1295, waqt li s-saltna ta' Aragona tmexxiet mir-Re Alfonso, Sqallija u maghha Malta tmexxew mir-Re Giacomo (li kien jigi hu Alfonso).

 

L-Isqof Gakbu ta' Malta baqa' f'Malta sas-sena 1297, meta r-Re Aragonii kien dig nbidel. Il-gzejjer taghna kienu qed jitmexxew minn Federiku II. Zgur li kien zmien ta' bla paci. Zgur li l-Aragonizi ma riedux li l-Isqof Gakbu jibqa' r-raghaj spiritwali ta' Malta u Ghawdex. Xi nkwiet, li ma nafux x'kien, inqala' bejn l-Isqof u l-mexxejja Aragonizi. Fis-sena 1297, l-Aragonizi hatfu dik l-okkazjoni, u lil dan l-ewwel Isqof Frangiskan eziljawh minn Malta. Imma ma spiccax minn Isqof ta' Malta.

 

Kif telaq minn Malta, il-Papa Bonifacju VIII laqghu fil-Kurja Rumana, u qieghdu f'servizz marbut ma' l-ghoti ta' l-indulgenzi. Dak kien qmien difficilissmu ghall-Knisja. Imbaghad, fl-1298, miet Mons. Saba Malaspina, l-Isqof ta' Larino, qrib Benevento fl-Italja ta' isfel. Ghalhekk, dan il-Frangiskan Konventwal Malti, fi xjuhitu, intbaghat jamministra lil dik id-djocesi imma baqa' bit-titlu ta' Isqof ta' Malta. Hu miet qabel it-8 ta' Mejju, 1299.

 

Hu importanti li naghmlu kumment fuq dan l-ewwel Frangiskan Konventwal Malti li nafu bih. Ahna ma nafux ghaliex l-Aragonizi ddecidew li jeziljawh minn Malta. Zgur li, ghal Malta wkoll, iz-zmien kien difficli hafna. Federiku II, Re Aragoniz li kien Sqalli aktar mill-Isqallin, fl-1296, iddecieda li ma jaghmel l-ebda ftehim diplomatiku ma' qawwiet ohrajn, lanqas mal-Papa nnifsu, jekk ma jkunx hemm il-kunsens tal-Parlament Sqalli.

 

Sata' gara li l-Isqof Frangiskan ta' Malta dahal fl-inkwiet ma' dan ir-Re, meta gie biex jiddefendi d-drittijiet tal-Knisja, specjalment fi zmien ta' Papa bhalma kien Bonifacju VIII. Dan kien il-Papa li, ftit izjed tard, fl-1302, bil-bolla Unam Sanctum, kiteb b'awtorit dwar is-supremazija tal-Knisja fuq l-Istati Civili.

 

Madankollu, ghalina l-Maltin li nhobbu l-istorja, l-ezilju ta' l-Isqof Gakbu ta' Malta ghandu importanza ohra. Kien hawn min kiteb li "l-Isqof baqa' jkun nieqes ghal perjodi twal hafna" Din l-asserzjoni dwar l-Isgfijiet ta' Malta ma tistax tigi generalizzata. Zgur li l-ewwel Isqof Frangiskan Konventwal, jigifieri Gakbu ta' Malta, kien jghix fit-territorju tad-djocesi tieghu. Li kieku ma kienx hekk, ma kienx ikun jista' jigi eziljat.

 


Enriku ta' Cefal

1334-1341


Enriku kien Frangiskan tal-provincja religjuza ta' Sqallija. Cefalu, fejn twieled, hi belt fi Sqallija. Kien ta' nisel nobbli u maghruf ghall-gherf u l-hajja tajba tieghu. Gie li thallat ma' Francesco ta' Cefal li, fl-1328, kien Provincjal ta' Sqallija, u hu wkoll lahaq Isqof. L-ghazla tieghu bhala Isqof ta' Malta kienet fl-ahhar zmien ta' Papa Gwanni XXII, Papa legittmu ta' Avignon. Wara prezentazzjoni mir-Re Federiku III ta' l-Aragonizi, il-Papa hariglu n-nomina fl-10 ta' Jannar, 1334.

 

Mill-ftit taghrif li ghandna, jidher li l-Isqof Enriku gie f'Malta tassew. Kittieba ta' l-imghoddi dejjem zammew li l-Frangiskani Konventwali dahlu f'Malta, fir-Rabat, fi zmien dan l-Isqof. Ma hix mibnija fuq ix-xejn il-kitba ta' Sparacio li jghid: "Ghandna tradizzjoni ta' l-Ordni u argumenti sodi biex norbtu fuqhom. Ghalhekk, jiena nahseb li l-ewwel wasla tal-Patrijiet Konventwali f'dik il-gzira kienet fis-sena 1334 jew fil-qrib taghha. Enriku ta' Cefalu ntbaghat hemm bhala Isqof. Dan ghex fil-palazz ta' l-Isqof hdejn il-Katidral fil-belt il-qadima: li hi l-Imdina. Kitbiet ta' l-Arkivju Generali ta' l-Ordni fihom l-istess taghrif. Ta' zmien mhux imbieghed mill-mewt ta' dan l-Isqof ghandna dokument tal-Vatikan li jsemmi lil Padre Paolo Papalla bhala Rettur ta' l-Isptar San Frangisk. Dik il-kitba turi prezenza li zgur li tehodna lejn nofs is-seklu erbatax.

 

B'kitbiet ta' l-Arkivju ta' Messina f'idejh, Cagliola kiteb: "L-Isqof Enriku ta' Cefal mexxa u habb il-merhla tieghu bhala raghaj tassew. Bid-dmugh f'ghajnejhom, huma taw xhieda ta' mhabbtu, meta miet f'Malta fis-sena 1341. Gie midfun fil-knisja katidrali". Cagliola kiteb fl-1644. Ghalhekk, hu nnifsu ra b'ghajnejh dak il-Katidral ghax ghex f'Malta, u mexxa t-tliet kunventi ta' zmienu. Kien ukoll wiehed mill-konsulturi ta' l-Inkizizzjoni ta' Malta. Ghalhekk, f'dak il-kaz, jidher li ghandna noqoghdu fuq il-kelma tieghu.

 


Nikola Bonet

1342-1343


Is-successur ta' Enriku ta' Cefal kien Frangiskan iehor, bl-isem ta' Nikola Bonet. Nosservaw li jgib il-kunjom tal-familja. Isejhulu Spanjol jew Sqalli. Imma minn manuskritt tas-seklu erbatax jidher li hu Franciz. Twieled lejn 1380 f'Tours u kien fil-kunvent Frangiskan ta' dik il-belt. Dan ifisser ahjar il-fatt li kien stmat hafna mir-Re ta' Franza ghall-gherf tieghu. Hu kiseb il-magisteru fit-Teologija mill-Universit ta' Parigi. Kien wiehed mid-dixxipli tal-Beatu Gwanni Duns Skotu. Halla xi kitbiet manuskritti, li juru li l-akbar hila tieghu kienet fl-ispekulazzjoni filosofika. Kien wiehed mid-disgha-u-ghoxrin majjistru ta' l-Universit ta' Parigi, li r-Re ta' Franza fdalhom F'idejhom l-ezami, tal-kitba Visio Beatifica tal-Papa Gwanni XXII. Fl-1338, Benedittu XII, Papa legittmu ta' Avignon (1334-1342), fdalu f'idejh delegazzjoni difficli qalb it-Tartari. Hu mar flimkien ma' tliet Frangiskani ohra. Fis-seklu tlettax, it-Tartari kienu invadew ir-Russja taht it-tmexxija tal-Mongoli u, izjed tard, inhakmu mill-Ottomani u d-Duki ta' Moska. Bonet, wara ftit zmien, raga' lura u wassal ir-relazzjoni tieghu fil-Kurja Pontificja ta' Avignon.

 

Klement VI, Papa iehor ta' Avignon (1342-1352), fl-ewwel sena tieghu, fis-27 ta' Novembru, 1342, hareg ghal Nikola Bonet in-nomina ghall-episkopat ta' Malta. L-arkivju tal-Knisja, li kienu jezistu f'Malta, kellhom taghrif dwar in-nomina tieghu. L-Isqof Bonet, gharef tassew, issejjah ukoll Doctor Proficuus, (Gharef li dejjem jaggorna ruhu). Hu qatt ma tkabbar bil-gherf tieghu. Kien ukoll ta' karit kbira mal-foqra. Id-dhul tieghu kien iqassmu kwazi kollu fost dawk li kienu fil-bzonn.

 

Il-kittieba ta' l-imghoddi jikkupjaw wiehed fuq l-iehor, u jghidulna li Bonet dam Isqof ta' Malta sas-sena 1360. Ma ghandna l-ebda hjiel ta' hidma jew ta' prezenza tieghu fi gziritna, u zgur li miet qabel is-27 ta' Ottubru, 1343. Dan ifisser li hu ma damx lanqas sena bhala Isqof ta' Malta.

 


Antonju

1370-1371


Kienu ghaddew sebgha-u-ghoxrin sena mill-mewt ta' l-Isqof Bonet meta Antonju gie maghzul bhala Isqof ta' Malta. Kien, ghal xi zmien, Arcisqof titulari ta' Tessalonika, fil-Grecja. Ma nafux kemm kien ilu Arcisqof meta, fid-19 ta' Awissu, 1370, gie trasferit ghad-djocesi ta' Malta. Lejn Malta, hu ma resaq qatt. Fil-25 ta' Awissu, 1370, il-Papa Urbanu V ghafas mieghu li xtaq minghandu hidma missjunarja fil-Georgja: art li ghandha jmissu maghha l-Bahar l-Iswed u l-Kawkasu. Gie moghti l-istruzzjonijiet biex jiehu mieghu hamsa-u-ghoxrin religjuz ta' l-Ordni tal-Minuri li kellhom jingabru minn gnus differenti. Imma l-Isqof Antonju ma sehhlux jintafa' fuq dak il-progett missjunarju. Fit-3 ta' Settembru, 1371, Antonju kien dig miet. Il-mewt tieghu grat fil-belt ta' Genova. Antonju kien Frangiskan li l-Knisja kellha fiducja fih. Imma l-Papa li ghollieh ghad-dinjit ta' Isqof ma kellux f'mohhu li Antonju jigi Malta.

 

Kien jissemma fost il-kittieba ta' l-imghoddi li, fl-1393, gie maghzul ghal Malta l-Frangiskan Gwanni De Pino (jew De Pi). Fil-fatt kien gie propost tassew mir-Re Martin ta' Sqallija, imma l-konferma ma giet qatt. Wara li gie ssikkat hafna, il-Papa Bonifacju IX accetta li jaghmel lil De Pino bhala Isqof, imma mhux ghal Malta. Hu gie nnominat Isqof, fl-1 ta' Ottubru, 1401, ghal Agrigento fi Sqallija.

 

Isemmu bhala Frangiskan lil Mawru Cal, li kellu tassew in-nomina papali ta' Isqof ghal Malta fl-4 ta' Lulju, 1393. Imma hu la kien Frangiskan u lanqas Malti. Kien mill-Ordni Benedittin.

 

Fil-bidu tas-sena 1393, hemm ukoll in-nomina ta' Nikola Papalla minn Papa Bonifacju IX ghas-Sede ta' Malta. Imma l-Papa gie mgharraf falzament li Papalla kien miet, u ghalhekk ghamel lil haddiehor.

 


Indri Pace

1408-1409


Indri Pace, jew De Pace, m'ghandu l-ebda rabta ma' Malta hlief li, ghal zmien gair, hu kellu t-titlu ta' Isqof tad-djocesi.

 

Twieled fi Sciacca fi Sqallija lejn nofs is-seklu erbatax, u dahal fost il-Frangiskani Konventwali ta' dik il-gzira. Kien ta' mgiba nobbli, gharef, u predikatur tajjeb. Fl-1386, insibuh Provincjal ta' Napli, u fl-1390 ta' Sqallija. Cagliola ma sab xejn dwaru fl-arkivji ta' Malta ta' zmienu. Illum, anki xi taghrif dwaru li hu gabar minn Rocco Pirri ma nistghux. norbtu fuqu. Ghalhekk, Sparacio, bir-ragun lil dak it-taghrif isejjahlu leggendarju. Il-provincjalat ta' Pace fi Sqallija kien wiehed bi problemi. Ghalhekk, Bonifacju IX, fl-1397, ordnalu li jhalli minn dak l-ufficcju.

 

Pace kien wiehed li mexa 'il quddiem ghaliex ghen lill-mexxejja civili ta' zmienu, u tahom l-appogg tieghu. Opra wahda nafu li kiteb. Sejhilha De Bono Regimine Principis: titlu li jfisser: "Kif Kap Civili jmexxi tajjeb". L-Aragonizi kellhom stima tieghu. Ghalhekk, narawh bhala Kappillan Maggur tar-Re Martin iz-Zghir. Kemm-il darba, hu kien ukoll l-Ambaxxatur tar-Re, quddiem xi awtoritajiet ohrajn. Fost l-ohrajn, Martin iz-Zghir, fl-1398, baghtu f'ismu ghand Martin l-Anzjan, Re ta' Aragona. F'isem Martin ta' Sqallija, Indri thabat biex ippropona nomina ta' Kardinal quddiem il-Papa ta' Avignon.

 

Xi storici jahsbu li, f'Ottubru 1398, Pace gie nnominat ghall-episkopat ta' Malta. Imma ma nafux b'certezza li l-ghazla tieghu giet esegwita. Fl-ambizzjoni tieghu, hu wasal fejn ried meta r-Re Martin raga' haseb fih. Ahna certi mill-prezentazzjoni tar-Re, fl-1408, quddiem il-Papa Girgor XII, ghall-episkopat ta' Malta. L-Isqof Mawru Cal kien ghadu kif gie trasferit ghas-sede ta' Katanja.

 

L-Isqof Frangiskan Indri Pace qatt ma gie Malta. Barra minn hekk, wara ftit xhur, fl-1409, hu gie trasferit ghas-sede ta' Katanja. Imma ma kellux hajja twila ghax miet fl-1411.

 

Skond xi kittieba ta' l-imghoddi, Mikiel de Letrs kien Frangiskan Konventwal iehor li fl-1408 gie maghzul ghad-djocesi ta' Malta bhala Isqof. Imma ma nafux, la jekk kienx Frangiskan u lanqas jekk sarx Isqof ta' Malta jew ta' x'imkien iehor.

 


Gwanni Ximenes

1418-1420


Gwanni Ximenes hu l-ahhar Frangiskan Konventwal li gie mgholli ghad-dinjit ta' Isqof ta' Malta. Kien Spanjol mill-gzira ta' Mallorca. Ir-rabta tieghu ma' Malta bdiet minn snin qabel. Id-djocesi ma kenitx immexxija tajjeb. Ghalhekk, it-Re Martin ta' Sqallija pproponieh biex jigi f'Malta bhala amministratur tad-djocesi. Ghalkemm jidher li f'dak iz-zmien kien hawn Isqof fil-post, ir-raghaj tad-djocesi ma kienx qed jissodisfa. F'dak iz-zmien, Ximenes kien il-konfessur tar-Re Ismu jidher ta' sikwit fil-ghamla latina. Ghalhekk, jissejjah Joannes Eximius.

 

Kien membru tal-provincja frangiskana ta' Sqallija. Minbarra li kellu l-magisteru fit-teologija, hu kien predikatur mill-ahjar.

 

Wara l-mewt ta' l-Isqof Dumunikan Indri, Martin, Re Aragoniz, ipprezenta lil dan l-Ispanjol quddiem il-Papa Martin V ghall-episkopat ta' Malta. Il-Papa laqa' dik il-proposta. In-nomina ta' l-episkopat hargitlu fis-16 ta' Marzu, 1418. Ir-Re ried li Ximenes juri l-apprezzament tieghu ghal dik l-ghazla billi jhallas summa ta' flus. Ximenes accetta li jhallasha, imma bin-nifs. lmbaghad, fis-7 ta' Mejju, 1418, il-Papa tah is-setgha li jfittex lil xi Isqof Kattoliku, ikun min ikun, halli jikkonsagrah Isqof. Ma nafu xejn dwar xi hidmiet tieghu bhala Isqof. Imma l-fatt li, tmien snin qabel l-ghazla tieghu, hu kien amministratur tad-djocesi, iqieghlna nahsbu li n-nomina tieghu ghal Malta ma kenitx titlu biss. Ghalhekk, jidher li Ximenes hu Isqof li, lic-ckejkna djocesi ta' Malta, kien jafha direttament. Il-bzonn li jghix fiha kien ta' importanza kbira f'dak iz-zmien, specjalment minhabba l-fatt li kien hawn hafna x'isir. Id-datazzjoni preciza tal-mewt tieghu mu nafuhiex. lmma jidher li hu miet wara xi sentejn, fis-sena 1420.

 

Dwar il-kumplament tas-seklu hmistax, inkiteb: "Kien hemm Sqallin ohra li saru isgfijiet... imma l-ebda wiehed ta' l-Ordni tal-Minuri. lmbaghad, fl-1501, Uditur tas-Sagra Rota ta' Ruma kien igawdi r-renti ta' din is-Sede".

 

Hawn, ghalhekk, jidher quddiem ghajnejna Cagliola li, bhala l-ahhar Isqof Frangiskan ta' Malta, isemmi lil Pietru de Foix li, fis-6 ta' Lulju, 1489, meta kien dig Kardinal, gie maghzul ghad-djocesi. L-ewwelnett, Pietru de Foix ma kienx verament Isqof ta' Malta, ghax il-Papa Frangiskan Konventwal Sistu IV, fl-1476, kien ghazlu bhala Kardinal Djaknu. F'dak iz-zmien, il-Kardinali Djakni ma kenux Isqfijiet. Ghalhekk Eubel isemmih, imma jghid ghalih li kien Amministratur biss tad-djocesi. Barra minn hekk, ma kienx Frangiskan.

 

Ghaliex hasbuh Frangiskan? Fil-fatt, kien hawn tassew Kardinal Frangiskan bl-isem ta' Pietru de Foix. Imma dan kien jigi z-ziju ta' dak li kien l-amministratur tad-djocesi ta' Malta. Il-Frangiskan ghex snin qabel. Kien gie maghzul bhala Kardinal mill-Antipapa Gwanni XXIII. Imbaghad, meta x-xizma l-kbira tal-Punent intemmet, hu qieghed lilu nnifsu taht il-Papa legittmu li kien Martin V, u dan ikkonfermah bhala Kardinal fl-1417. Gie mbaghad maghzul bhala Isqof ta' Albano, u miet fit-13 ta' Dicembru, 1464: madwar 25 sena qabel ma neputih gie maghzul bhala Amministratur ghal Malta.

 

Din il-gabra tal-hafna Isqfijiet Frangiskani li saru jew ma sarux ghac-ckejkna Malta turu li l-kittieba ta' l-istorja, bl-izbalji taghhom ukoll, lemhu hafna rabbet bejn l-Ordni Frangiskan u Malta. Ir-rabtiet kienu izjed ckejknin minn qeghluna nahsbu l-ahjar kittieba ta' mijiet ta' snin ilu. Fost dawk li saru tassew bhala Isqfijiet, x'uhud gew verament fi gziritna, u l-Maltin beda jkollhom izjed x'iressaqhom lejn il-messagg Frangiskan ta' paci u gid li jghaqqadna bejnietna u jressagna lejn Kristu

 

◄◄|werrej|►►


Taghrif mehud mill-ktieb ta' Patri Alessandru Bonnici OFMConv, Storja ta' Malta fi Grajjiet il-Knisja, Religjon u Hajja, Storja 24, Rabat Malta, 1996.

Assisi 21.4.2003


Kitba ta'

Patri Alessandru Bonnici

OFMConv.

dwar:

 

1. Gakbu

ta' Malta

I272-1299

Malti.

 

2.Enriku

ta' Cefal

1334-1341

Sqalli.

 

3.Nikola Bonet

1342-1343

Franciz.

 

4.Antonju

1370-1371

Taljan.

 

5.Indri Pace

1408-1409

Sqalli.

 

6.Gwanni Ximenes

1418-1420

Spanjol.