L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

◄◄|werrej|►►


Profili ta' Patrijiet Frangiskani

Frangiskani Konventwali li ghamlu gieh lil Malta


kitba ta' Patri Arthur Saliba OFMConv



Patri Frangisk Wistin Bonnici

(1723-1802)


Patri Majjistru Bonnici wiehed mill-aqwa figuri li qatt kellhom il-Frangiskani Konventwali f'Malta. Kien teologu ta' hila kbira u mfahhar hafna ghall-gherf tieghu fost il Kleru. L-Inkwizitur Gallarati Scotti jfahhar lil dan il-Frangiskan ghall-ghajnuna kbira li ta lit-tribunal ta' Malta. Kien meqjuz bhala l-ahjar fost il-konsulturi ta' l-Inkwizizzjoni".

 

Twieled il-Belt Valletta fl-14 ta' Marzu 1723. Ghammduh fil-Knisja ta' San Pawl il-Belt u tawh l-isem ta' Frangisk. Dahal zaghzugh mal-Frangiskani Konventwali u ghamel in-novizzjat fi Sqallija. Wara li kien ordnat sacerdot, ha l-Lawrja fis-26 ta' April 1748. Kien Reggent ta' l-istudji fi Trapani, Palermo u fil-kunvent ta' San Frangisk tal-Belt. Ghallem it-Teologija f'Perugia u Assisi. Kien ukoll l-ewwel Professur tat-Teologija Dommatika fl-Universit ta' Malta. Kien habib intimu tal-Gran Mastru De Rohan. Ghal hafna snin, kien Konsultur ta' l-Inkwizizzjoni f'Malta u l-Isqof hatru Ezaminatur Sinodali. Iktar tard inhatar ezaminatur ta' dawk li kienu jidhlu ghall-konkors biex jilhqu Kappillani. Kien ukoll predikatur ta' fama kbira. Fl-1769 ghamel fil-Kattidral ta' Malta id-diskors funebri ta' l-Isqof Bartilmeo Rull. Ghal hafna snin, kien Superjur tal-kunventi tal-Frangiskani f' Malta. Miet f'Hal Luqa fit-25 ta' April 1802 fil-ghomor ta' 79 sena u ndifen fil-knisja ta' San Frangisk il-Belt.

 


Patri Bonaventura Chircop

(1746-1810)


Fil-Manuskritt Galleria Maltese, Dun Frangisk Caruana jghid li l-Majjistru Chircop tela' hafna drabi fuq il-pulpti tal-Katidral ta' l-Imdina u ta' San Gwann u priedka quddiem l-aqwa dinjitari ta' l-Ordni tal-Kavalieri. In-neputijiet tieghu, Dun Salv u Dun Anton Saliba mir-Rabat, taw lill-Kunvent ta' San Frangisk tal-Belt ir-ritratt ta' P.M. Chircop bhala tifkira.

 

Patri Chircop twieled il-belt Valletta fl-22 ta' Novembru 1746 u fil-maghmudija semmewh Claudio. Dahal fl-Ordni Frangiskan fl-1763 u fin-novizzjat tawh l-isem ta' Fra Bonaventura. Studja fil-Kullegg ta' San Bonaventura f'Ruma minfejn ha l-Lawrja fit-13 ta' Mejju 1773. Kien Missjunarju Appostoliku fil-Bulgarija u Vigarju Generali ta' Mons. Ricardini, Isqof ta' Nicopoli. Fis-sena 1778 gie mahtur Reggent ta' l-Istudji f'Palermo u wara fil-Kunvent ta' San Frangisk tal-Belt. Kien Professur tad-Dommatika fl-Universit ta' Malta. L-isqof ghazlu bhala Ezaminatur u Mhallef Sinodali. Kien predikatur taljeb hafna. Superjur tal-Frangiskani Konventwali matul il-migja tal-Francizi f'Malta. Kellu karatru helu u kwiet. Miet mibki minn kulhadd fl-1 ta' Awissu 1810 u ndifen fil-Knisja ta' San Frangisk il-Belt. Kellu 65 sena.

 


Patri Gacint Ciani

(1762-1811)


Kien it-tielet fost il-Frangiskani li kellu l-kattedra tat-Teologija Dommatika fl-Universit wara tluq tal-Gizwiti minn Malta. Patri Majjistru Gacint Ciani kien latinista ta' fama u predikatur tajjeb.

 

Twieled fis-16 ta' Awissu 1762 fil-belt Valletta u fil-maghmudija li saret fl-istess jum fil-Knisja ta' San Duminku, semmewh Rokku. Ta' tmintax-il sena dahal mal-Frangiskani Konventwali u fit-30 ta' Settembru 1780, gie accettat fil-Kunvent ta' San Frangisk il-Belt. Fin-novizzjat ha l-isem ta' Gacint u fl-1781 ghamel il-Professjoni tal-Voti. Is-Superjuri baghtuh jistudja Ruma fil-Kullegg Sistin ta' San Bonaventura. Ha Lawrja fis-Sagra Teologija fit-28 ta' April 1787. Kien Reggent u Direttur ta' l-Istudji f'Marsala (Sqallija) u, wara, Professur fl-Universit ta' Malta, it-tielet Frangiskan li zamm din il-kariga wara tluq tal-Gizwiti minn Malta. Miet fis-19 ta' Awissu 1811 fil-kunvent ta' San Frangisk il-Belt, fl-eta ta' 49 sena.

 


Patri Guzepp Ferroni

(1765-1830)


Kien patri li ghamel gieh lill-Ordni Frangiskan bil-gherf u bit-tmexxija tajba bhala Superjur. Kien ukoll Professur fl-Universit ta' Malta.

 

Twieled fl-1765 fit-belt ta' Foligno (Italja) imma trabba f'Malta. Il-Frangiskani tat-Belt Valletta, accettawh fit-28 ta' Novembru 1780 u sena wara ghamel in-novizzjat. Studja fit-Kullegg Teologiku ta' Urbino fit-Marche l-Italja. Is-Superjuri ghazluh Reggent u Direttur ta' l-Istudji fil-belt ta' Enna fi Sqallija. Fl-1811 kien maghzul biex jghallem fl-Universit ta' Malta, post li zammu sa ma miet. Kien Ezaminatur tal-Kleru u Superjur tat-Frangiskani Konventwali ta' Malta mill-1827 sa l-1830. Miet fit-25 ta' Jannar 1830 fl-ghomor ta' 65 sena. Kellu huh Patri Lawrenz Elija (1770-1845), li kien ukoll gharef u ghamel isem fl-Ordni Karmelitan.

 


Patri Mikelang Axisa

(1764-1847)


Patri Mikelang Axisa hu marbut ma Ghawdex fejn hadem u ghex ghal bosta snin. Kien fundatur ta' zewg fratellanzi: wahda ddedikata lit San Kalogeru ghan-nies tar-Rabat u l-ohra tat-bdiewa ddedikata lil San Sidor. Ha sehem attiv fit-pesta ta' l-1814 u kien benefattur ghal hafna morda. Wara tluq tat-Francizi minn Malta, l-Gvern Ingliz tah twavel ta' l-injam biex ibiddel il-bibien u twiegi kollha tat-kunvent.

 

Twieled il-belt Valletta fit-23 ta' Novembru 1764. Iben Fortunato u Angela Debono, ghammduh fit-knisja ta' San Pawl il-Belt u semmewh Gorg. Kien Iben familja sinjura. Fl-1781 dahal mat-Frangiskani Konventwali u mar jistudja fi Sqallija. Fin-novizzjat tawh l-isem ta' Mikelang. Kien ordnat sacerdot fl-1789 u fl-20 ta'April ta' sena wara, kiseb il-fakolta biex jghallem fl-iskejjel pubblici. Fl-1795 ircieva l-Lawrja fis-Sagra Teologija. Il-genituri tieghu kienu hallsu biex tinbena l-kappella u l-oratorju fil-knisja ta' San Frangisk ta' Ghawdex. Mal-wasla tal-Francizi f'Malta kien Superjur tal-kunvent ta' Ghawdex. Il-Francizi arrestawh fl-4 ta' Settembru 1798 meta pprova jaqsam lejn Ghawdex bil-lejl imma wara helsuh. Ta' kull ghajnuna u zamm fil-kunvent lit-tabib responsabli mill-morda fix-Xaghra, meta kien hemm il-pesta ta' l-1814. Kien ghal bosta snin Gwardjan tal-Kunvent ta' Ghawdex. Fl-ahhar snin ta' hajtu kien rassenjat meta tilef id-dawl ta' ghajnejh. Miet fil-15 ta' April 1847. Kellu 83 sena. Indifen fic-Cimiterju ta' Santa Marija ta' Ghawdex.

 


Patri Gannbattista Pace

(1755-1832)


Maghruf ghall-hidma ta' karita li wettaq qalb hutu l-patrijiet matul zmien l-Imbokk kontra l-Francizi. Hafna kienu l-opri sbieh li ghamel biex zejjen il-knisja ta' San Frangisk tar-Rabat. Patri Pace ta hajja gdida lill-knisja tal-Frangikani tar-Rabat. Fiz-zmien li kien Superjur, il-festa tal-Madonna tas-Sahha bdiet issir b'solennita kbira.

 

Twieled f'Hal Luqa fis-7 ta' Mejju 1755. Iben Giovanni u Roza u fil-maghmudija li saret l-ghada semmewh Frangisk. Ta' wiehed u ghoxrin sena dahal mal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tar-Rabat. Ghamel in-novizzjat fi Sqallija u fil-Professjoni tal-voti biddel ismu u ha Fra Gannbattista. Kien ordnat sacerdot fl-1783. Fil-hidma bhala sacerdot, is-superjuri tawh jiehu hsieb l-edukazzjoni ta' l-istudenti. Ghal tnax-il sena kien surmast tan-novizzi. Mal-wasla ta' Napuljun kien ghadu kemm sar Gwardjan tal-Kunvent tar-Rabat. Ha hsieb b'imhabba kbira l-patrijiet hutu li b'ordni tal-Francizi, kollha spiccaw ir-Rabat ta' Malta, tant li biex idur bihom ghamel self ta' mitt skud. Kien ghal bosta snin Superjur tal-kunvent tar-Rabat (1798-1803, 1804-10, 1812-14, 1817-20). Kien ukoll Gwardjan tal-kunvent tal-belt Valletta fis-snin 1822-25. Miet ir-Rabat fil-25 ta'April 1832 fl-et ta' 76 sena u jinsab midfun taht l-altar maggur.

 


Patri Guzepp Micallef

(1746-1819)


Patri Majjistru Micallef kien maghruf ghall-hidma tieghu qalb dawk li kienu batuti, mhux biss meta kien fil-missjoni ta' Istanbul u tar-Rumanija, imma anki fost in nies fqar ta' Malta. Hadem ukoll qalb l-ilsiera Maltin fit-Turkija u kien ta' ghajnuna ghal hafna familji li kellhom lil xi hadd fil-jasar.

 

Twieled f'Birkirkara fl-1746. Studja fil-Kunvent ta' San Frangisk il-belt Valletta u kien ordnat sacerdot fl-1765. Ghal hmistax-il sena kien Missjunarju f' Kostantiriopli (Istanbul) fit-Turkija u fl-1791 gie nnominat Prefett Apostoliku u Ministru Provincjal ta' l-Orjent. Bhala vera patrijott Malti, matul l-irvell kontra l-Francizi kien kappillan militari tal-battaljun ta' Birkirkara mmexxi minn Vincenzo Borg "Brared". Kien darbtejn Gwardjan tal-kunvent tal-belt Valletta fis-snin 1787-1790 u 18061808. Miet fis-6 ta' Ottubru 1819 fl-ghomor ta' 73 sena.

 


Patri Vincent Gatt

(1752-1812)


Missjunarju u Prefett Apostoliku fir-Rumanija. Kien iddekorat mill-Gvern Awstrijak talli ghen suldati Awstrijaci fit-Turkija jirritornaw lejn pajjizzhom.

 

Patri Majjistru Vincent Gatt kien minn Hal Lija u twieled fl-1752. Dahal mal-Frangiskani Konventwali fil-kunvent tar-Rabat. Studja fil-Kullegg Missjunarju ta'Assisi u kien ordnat sacerdot fit-18 ta' Mejju 1777. Ghamel xi zmien Malta u fl-1782 mar fil-Missjoni ta' Kostantinopli (Istanbul) fit-Turkija, fejn kien ukoll kappillan. Kien matul dan is-zmien li ghen hafna suldati prigunieri Awstrijaci jirritornaw lejn pajjizhom. Fl-1790 is-Superjuri baghtuh kappillan f' Jassi fil-Moldavja (Rumanija). Xtaq jirritorna Malta imma fuq rakkomandazzjoni ta' l-Imperatur ta' l-Awstrija lill-Kardinal Borgia, fit-12 ta' Marzu 1799 gie nnominat Prefett Apostoliku tal-Moldavja. Din in-nomina giet ikkonfermata minn Papa Piju VI. Dam tlett snin Superjur tal-Missjoni u fl-1802 gie lura Malta. Miet fil-Kunvent ta' San Frangisk tal-belt Valletta fit-8 ta' Frar 1812 fl-ghomor ta' 60 sena.

 


Patri Vincenz Sammut

(1765-1831)


Professur tat-Teologija Morali. Kien Superjur ta' hila tal-Frangiskani ta' Malta.

 

Twieled fl-1765 fil-Belt Valletta. Dahal mal-Frangiskani Konventwali u kien accettat fil-kunvent tal-Belt Valletta fit-28 ta' Novembru 1780. Kien Reggent ta' l-Istudji u Professur tat-Teologija Morali fil-kulleggi ta' l-Ordni Frangiskan u fis-Seminarju. Fiz-zmien difficli ta' wara l-Imblokk kontra l-Francizi, kien ghal tnax-il sena Superjur fejn gab halja gdida fil-kunventi u mexxa 'l quddiem il-hajja komunitarja tal-patrijiet. Kien ukoll Gwardjan il-Belt Valletta. Fl-1822 sar Kummissarju Generali u reggha mexxa ghal sitt snin il-kunventi ta' Malta. Miet fl-10 ta' Ottubru 1831 fil-ghomor ta' 66 sena.

 


Patri Guzepp Anton Schembri

(1772-1845)


Superjur tal-Frangiskani f'Malta, Professur tat-Teologija Dommatika u Predikatur ta' fama. Fis-sena 1819 meta kien Kummissarju Provincjali, fuq xewqa tal-Gvern Ingliz, il-kunventi ta' Malta infirdu darba ghal dejjem minn dawk ta' Sqallija.

 

Patri Majjistru Schembri twieled fl-1772 fil-belt Valletta. Dahal mal-Patrijiet Frangiskani Konventwali u mar jistudja f'Catanja. Kien Ordnat Sacerdot fil-5 ta' Ottubru 1795. Wara tluq il-Francizi minn Malta kompla l-istudji ghad-dottorat u fit-3 ta' Dicembru 1806 ircieva l-Lawrja fis-Sagra Teologija. Ghal bosta snin kien Gwardjan tal-Kunvent tal-belt Valletta u Kummissarju Generali (Superjur) tal-Kunventi tal-Frangiskani f' dawn il-gaejjer. Kien jghallem it-Teologija Dommatika fil-kulleggi ta' l-Ordni Frangiskan fl-Italja u f'Malta. Predikatur tajjeb u mfittex fil-knejjes ta' Malta u ta' Sgallija. Miet fit-15 ta' Settembru 1845 fil-ghomor ta' 73 sena.

 


Fra Publju Cardona

(1749-1843)


Fratell religjuz ta' hajja qaddisa u Missjunarju fit-Turkija. Habb l-Ordni Frangiskan u kien ta' ezempju u ta' gid ghall-poplu.

 

Twieled fl-1749. Kien ghadu zaghzugh meta dahal mal-Frangiskani Konventwali tal-belt Valletta. Bhala fratell religjuz, wettaq kull xoghol b'imhabba kbira. Kien sagristan, purtinar, kok, cerkatur tal-hobz u missjunarju. Fl-1791 mar fil-Missjoni li l-Frangiskani ghandhom f'Pera ta' Kostantinopli (Istanbul) fit-Turkija. Bhala missjunarju kien ta' ghajnuna kbira tas-Superjur tal-post, li f'dak iz-zmien kien il-Patri Majjistru Guzepp Micallef OFMConv. Mal-wasla tal-Francizi kien fil-komunit ta' San Frangisk il-Belt Valletta. Ha hsieb li tingarr is-sagristija tal-Belt lejn it-Rabat u biex ma ssirx iktar hsara u serq, talab biex titqieghed f'mahzen fil-kunvent ta' Santu Wistin sa kemm jispicca l-Imblokk. Kellu karattru helu u twajjeb ma kulhadd. Miet mimli bil-ghomor fl-eta 94 sena fis-6 ta' Ottubru 1843, u gie midfun fil-knisja ta' San Frangisk il-belt Valletta.

 


Patri Frangisk Arkanglu Falzon

(1774-1798)


Patri Majjistru Falzon miet f'Ruma, ftit granet qabel il-wasla tal-Francizi f'Malta. Okkupa diversi karigi fl-Ordni Frangiskan u ghamel gieh lil art twelidu u l-Provincja tal-Frangiskani f'Malta.

 

Twieled it-Rabat ta' Malta fit-13 ta' Lulju 1744. Iben Gannmari u Rosa Pace. Fil-maghmudija li saret fil-Knisja ta' San Pawl ir-Rabat, semmewh Frangisku. Dahal mal-Frangiskani Konventwali u gie accettat mill-kunvent tar-Rabat fit-30 ta' Novembru 1768. Ghamel in-novizzjat F'Nicosia, Sqallija. Studja fit-Kullegg Universitarju ta' San Bonaventura f Ruma, imwaqqaf minn Papa Sistu V. Fit-22 ta' Settembru 1770, kien ordnat Sacerdot fil-Bazilka tal-Lateran ta' Ruma, mill-Patrijarka Mons. Francesco Mattei. Ircieva l-Lawrja dottorali fit-13 ta' Mejju 1773 u beda jissejjah Majjistru fis-Sagra Teologija. Is-Superjuri ghazluh bhala Surmast tan-novizzi f'Assisi u fl-1789 il-Ministru General ta' l-Ordni Frangiskan, ghazlu Rettur tal-Penitenzerija ta' Loretu fil-Marche (1789-1796). Din il-kariga kien ikkonfermat fiha ghal tlett darbiet fuq xulxin: Miet meta kien Gwardjan fil-kunvent ta' Santi Apostoli f'Ruma, fit-3 ta' Mejju 1798. Kellu 54 sena.

◄◄|werrej|►►


Taghrif mehud mill-ktieb ta' Patri Arthur Saliba OFMConv, Zmien il-Francizi f'Malta u l-Frangiskani Konventwali (1798-1800), Religjon u Hajja, Storja 29, Rabat Malta, 2000.

Assisi 21.4.2003


Kitba ta'

Patri Arthur

Saliba

OFMConv.

dwar:

 

1. Patri Frangisk Wistin Bonnici (1723-1802)

 

2.Patri Bonaventura

Chircop

1746-1810

 

3.Patri Gacint Ciani

1762-1811

 

4.Patri Guzepp Ferroni

1765-1830

 

5.Patri Mikelang Axisa

1746-1847

 

6.Patri Gann

Battista Pace

1755.1832

 

7. Patri Guzepp Micallef

1746-1819

 

8.Patri Vincenz Gatt

1752-1812

 

9.Patri Vincenz Sammut

1765-1831

 

10. Patri Guzepp Anton Schembri

1772-1845

 

11. Fra Publju Cardona

1749-1843

 

12. Patri Frangisk Arkanglu Falzon

1774-1798