L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

<<|werrej|>>


Il-Kunvent tal-Kapuccini fil-Kalkara



kitba ta' Patri Joe Garzia OFMCap 


L-Ewwel Kunvent tal-Kapuccini f'Malta

 

L-Ewwel Kunvent tal-Frangiskani Minuri Kapuccini f'Malta beda jinbena fl-1589. L-istorici mhux kollha jaqblu fuq din id-data, pero hija l-aktar probabbli. Fl-1687 il-Gran Mastru talab lill-lnginier ta' Ordni, Don Carlos de Grunenbergh biex jissuggerixxi xi post iehor fil-Furjana stess biex jinhatt dak li kien hemm u jista' jerga' jinbena Kunvent gdid ghall-Patrijiet Kapuccni . Ir-raguni kienet li l-Kunvent tal-Furjana, fejn kien u fejn ghadu llum, kien qed iservi ta' ostaku ghalllfortifikazzjonijiet ta' dawk l-inhawi.

 

Is-suggeriment sar lill-Gran Mastru fit-3 ta' Marzu 1687 pero' mbaghad baqa' kollox kif kien. Fl-1732, minhabba xi cirkustanzi ta' nuqqas ta' ftehim bejn il-Kapuccini ta' Sirakuza u dawk ta' Malta, inhass il-bzonn aktar minn qabel, biex l-Ahwa Kapuccini Maltin ma jibqghux jiddependu mill-Provincjal ta' Sirakuza.

 

Biex dan jibda jsehh kien hemm bzonn li barra l-Kunvent tal-Furjana jinbnew tnejn ohra f'Malta. B'hekk beda l-process ghall-bini tal-Kunvent tal-Birgu, (illum jissejjah tal-Kalkara), u dak ta' Ghawdex.

 

It-Tieni Kunvent fuq l-gholja

ta' Santa Margerita

 

Persunaggi li huma ta' min  jiftakarhom u jibqa' jfakkarhom u li hadmu shih ghall-bini tal-Kunvent tal-Kapuccini fil-Kalkara huma diversi.

 

Qabel ma gie deciz li dan it-tieni kunvent tal-Kapuccini jkun mibni vicin is-swar tas-Salvatur u ta' San Alwigi kien hemm il-possibilt li jkun fi tliet postijiet ohra. L-ewwel possibilit kienet li jkun fuq l-gholja ta' Santa Margerita, li llum hija f'Bormla. Dan qed nghiduh ghax l-Isqof Mons. T. Gargallo li kien bena Kunvent u knisja ddedikata lil San Damaso, talab lill-General tal-Kapuccini, il-W.R.P. Pawlu minn Cesena, biex jibghat l-Ahwa Kapuccini f'dan il-Kunvent ta' San Damasu, li dak iz-zmien kien jaghmel mal-Birgu.

 

Din ix-xewqa herqana tal-Isgof Gargallo qatt ma sehhet. Kieku gara dan, il-Kapuccini flok lil-Kalkara kienu jkunu f'Bormla.

 

Il-Kapuccini f'Haz-Zebbug

 

It-tieni post fejn kien sa jinbena l-Kunvent kien wiehed f'Haz-Zebbug, imlaqqam "ta' Skamardi". Il-Gran Mastru De Vilhena ghenhom kemm seta' biex dan jirnexxi. Hallsilhom minn flusu stess xi whud mill-haddiema, tahom 500 skud u silifhom anke xi ghodda biex jistghu jibdew l-attivit pastorali taghhom. Tawhom permess li jibdew juzaw il-kappella tal-Kuncizzjoni li qieghda hdejn il-bieb tar-rahal qabel ma tidhol Haz-Zebbug. B'kollox kienu ngabru wkoll 5375 skud minn diversi benefatturi.

 

L-Istoriku Kapuccin Patri Pelagju jghidilna li Patri Klement Pace minn Bormla, li fl-1738 kien inghata l-kariga ta' President tal-kunvent tal-Birgu waqt li kien qed jinbena mill-W.R. Patri Bonaventura Barberini, Ministru General tal-Kapuccini mar ikompoli jittallab aktar flus f'Hal-Tarxien ghall-bini tal-Kunvent f'Haz-Zebbug. Mieghu kellu lill-Patri Vittor Caruana miz-Zurrieq. Dan fl-1740 kien sar l-ewwel Gwardjan tal-Kunvent tal-Kalkara wara li saret il-Kustodja. Kien wkoll Assistent, President, Missjunarju u Predikatur fid-djalett Sqalli bit-Taljan u l-Malti.

 

Minn Haz-Zebbug ghall-Hal Tarxien

 

Dawn iz-zewg patrijiet Kapuccini marru ghand il-Patrizju s-Sur Guzeppi Abela, li kellu zewg zijietu Kapuccini, biex jittalbu xi haga tal-flus ghall-bini tal-Kunvent taghhom f'Haz Zebbug. Skond diversi kittieba storici, li l-kitba taghhom hija bbazata biss fuq tradizzjoni orali, is-Sur Abela wriehom ix-xewqa li flok f'Haz-Zebbug it-tieni Kunvent taghhom jibnuh f'Hal Tarxien: f'"tal-Kejka". Meta kien mgharraf b'dan, il-Kappillan ta' Hal Tarxien, Dun Federiku Abela prim kugin mas-Sur Guzeppi Abela, ma riedx li dan isir. Xi whud biex jikkon-vincuh biex jaccetta dan il-kunvent fil-parroca tieghu, qalulu li l-knisja parrokkjali kienet saret zghira peress li l-popolazzjoni ta' Hal Tarxien kienet kibret. Biex din l-iskuza tispicca, zied in-navati fil-Knisja parrokkjali.

 

Jinbena fil-Madwar tal-Birgu

 

Meta ra dan is-Sur Abela wieghed lill-Patrijiet li flok f'Hal Tarxien kien se jaghtihom bicca art kbira ftit boghod mis-swar tas-salvatur u dak ta' San Alwigi.

 

B'digriet ta' l-inginier u sottokumissarju tal-Kummissjoni tal-Fortifikazzjonijiet tal-Gwerra, Francesco Marandon, lis-Sur Abela kienu dig hadulu xi bicciet mill-proprjet li kellu fil-fewdu mlaqqam "ta' Assieli". Il-Professur Guzeppi Aquilina fid-dizzjunarju tieghu jiktibha "l-Ghassieli" u jghid li hija isem ta' blat hdejn il-Birgu.

 

Fuq art minn dan il-fewdu nbnew parti mill-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera. Il-Kongregazzjoni tal-Gwerra kienet thallas is-somma ta' 239 skudi u 14-il gran lis-Sur Abela u lill-eredii tieghu bhala rikompensa. Fuq din il-parti tal-fewdu hemm z-zewg swar tas-Salvatur u ta' San Alwigi. Dan ta' l-ahhar huwa aktar qrib il-kunvent minn dak tas-Salvatur. Il-bini tal-Kunvent tal-Kapuccini fuq parti minn dan il-fewdu ta' "l-Ghassieli" kien ghalhekk it-raba' u l-ahhar decizjoni wara hafna tahbit u qtigh il-qalb.

 

Meta s-Sur Guzeppi Abela fit-13 ta' Jannar 1736 iffirma l-kuntratt ta' l-ghoti ta' l-art lill-patrijiet, hlas ta' flus ma riedx. Hemm izda zewg kundizzjonijiet. L-ewwel wahda kienet dik li wahda mill-kappelli tal-knisja l-gdida tal-Kapuccini fil-Birgu tkun iddedikata lill-Santa Barbara Vergni u Martri, bhala rispett lejn ommu li kien jisimha Barbara. Il-Patrijiet weghduh li mhux biss kappella tigi ddedikata, kif kien xtaq hu, lill-Santa Barbara, izda l-knisja kollha, kif fil-fatt sar.

 

It-tieni kundizzjoni kienet dik li jekk il-kunvent u l-knisja ma jinbnewx ghal xi raguni, l-art li tahom ghall-bini terga' ssir tieghu.

 

Att ta' Radd il-Hajr lis-Sur Guzeppi Abela

 

Bhala turija ta' rispett, imhabba u radd il-hajr lejn is-Sur Guzeppi Abela, l-Ahwa Kapuccini fl-1754 riedu li jitnaqqax bil-Latin fuq l-irham, bhala tifkira ghal dejjem, dak li kien mohbi f'qalbhom.

 

Il-kliem tal-lapida, maqlub ghall-Malti jghid:

 

L-Art tbiddel il-qaghdiet taghha

dik li kienet xaghrija, l-omm qaddisa Barbara

ghamlitha art tghaddi minnha u ghammiela.

Kienu d-doni ta' Abel li fuqhom hares Alla,

u b'sinjal ta' gid ma' ismu zied l-isem ta' Guzeppi.

Il-Patrijiet Kapuccini lil dan

il-bniedem twajjeb u nobbli f'fehemtu

Guzeppi Abela

ghal dan il-qasam wiesgha moghti lilhom

ghall-bini ta' knisja, kunvent, celel u gnien

li telghu u tlestew bil-ghajnuna

tat-tjieba tal-fidili, b'qalb kollha hajr

qieghdu din it-tifkira fis-sena 1754.

 

L-Ahwa Kapuccini tallum jixtiequ jiffirmaw isimhom taht dan il-kliem t'hawn fuq.

<<|werrej|>>


Mehud minn Dawl Frangiskan, Lehen il-kapuccini Maltin,Ghadd 165, Dicembru 1996, pp 10-11.

Assisi 27.4.2003


Is-Sur

Guzeppi Abela

benefattur

tal-Kapuccini

 

Dahra

tal-Knisja u l-Kunvent tal-Kapuccini fil-Kalkara