L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

<<|werrej|>>


Patri Felic Sammut OFMConv

1915-1992


kitba ta' P. Arthur Saliba OFM Conv.


Frangiskan u Sacerdoti Veru

Benefattur ta' San Pawl il-Bahar

 

San Pawl il-Bahar ghandu storja antika u grajjietu jmorru `l-boghod fil-qedem, imma kien fl-ahhar seklu li zviluppa f'pajjiz kif nafuh illum. Fis-sena 2005, il-Parrocca tad-Duluri taghlaq mitt sena. Il-patrijiet Frangiskani matul dan iz-zmien dejjem hadmu ghall-gid spiritwali tan-nies ta' San Pawl il-Bahar b'mod specjali zammew b'ghozza t-taghlim taz-zghazagh. Nistghu nghidu li matul is-seklu ghoxrin San Pawl il-Bahar kien benniena ta' vokazzjonijiet religjuzi u sacerdotali.

 

Patri Felic Sammut hu l-ewwel sacerdot u l-ewwel Patri Frangiskan minn San Pawl il-Bahar. Kienet is-sena 1942 u Malta kienet qed tikteb wahda mill-pagni l-izjed tragici ta' l-istorja taghha. Kien zmien it-tieni Gwerra Dinjija (1939-45). Sebah is-Sibt, 25 ta' Lulju u Patri Felic kien ordnat sacerdot fil-Katidral ta' Ghawdex. Wara l-ordinazzjoni telaq lejn Malta bid-dghajsa u wasal San Pawl il-Bahar waqt air-raid. L-ghada habtet il-Festa tad-Duluri patruna ta' San Pawl il-Bahar u Patri Felic iccelebra l-ewwel Quddiesa Solenni. Il-poplu ferah li issa ghandu l-ewwel sacerdot mir-rahal tieghu.

 

Patri Felic Sammut twieled San Pawl il-Bahar fil-31 ta' Dicembru 1915. Iben Salvu u Pawla Stivala, kien is-sitt wiehed fost tmien ulied. Ghammduh l-ghada fil-parrocca tad-Duluri u semmewh Tumas. Ic-ckejken Tumas trabba f'familja Nisranija u ezemplari. Kienu l-genituri tieghu li rabbew fih Sentimenti tassew religuzi.

 

Tumas kien tifel kwiet u bil-ghagal. Ta' spiss kont issibu jghin il-quddiesa ta' l-ewwel li fl-dak iz-zmien kienet issir fl-erbgha u nofs ta' filghodu. Anki fiz-zmien l-Ghid kien johrog mal-Kappillan ghat-tberik tad-djar tan-nies. Minn meta kien ghadu tfajjel ckejken kien jghid, "Jien la nikber nixtieq insir sacerdot".

 

Il-kappillan li mill-ewwel induna li fit-tfajjel Tumas hemm vokazzjoni genwina kien jinkuraggih. Hutu jiftakruh jilghab bl-altar zghir li kien tah bhala rigal il-Kappillan Patri Anton Formosa Kerr (1891-1936). Kien ghadu kif ghalaq ghaxar snin meta mar jghix ghadd iz-zija Katarin. L-altar kien armah fil-kamra tieghu, go fetha fl-imramma tal-hajt, li fid-djar l-antiki kienet tintuza bhala armarju.

 

Kemm kien ikun ferhan jilghab bil-knisja ckejkna. Imbaghad kien joqghod iqaddes, iqarben lil hutu bil-bcejjec ta' l-ostji li kien igib minghand il-fra, jippriedka minn fuq is-siggu, filwaqt li bhas-sacerdot jaghmel is-salib fuqhom biex iberikhom.  Fuq l-altar kellu Santa tal-Qalb ta' Ges. Kien jghaddi hin twil gharkubbtejh fil-ghorfa, iktar biex jitlob mini biex jilghab. Mhux l-ewwel darba li hutu li l-genituri tieghu kienu jsibuh b'rasu gol-knisja, donnu qieghed il-genna, rieqed fil-paci tal-Mulej.

 

Tumas Sammut kien tfajjel intelligenti u dejjem attent fl-istudju. Ta' et zghira beda jhoss il-vokazzjoni biex isir sacerdot. Ghalhekk fid-9 ta' Ottubru 1929 dahal fl-Ordni tal-Frangiskani Konventwali. Matul dan iz-zmien kompla l-iskola sekondarja fis-seminarju t'Ghawdex. Kien l-aktar student bravu u intelligenti fl-iskola. Dan jixhduh il-premjijiet "l-ewwel fil-klassi" li kien igib, kwazi fis-suggetti kollha. Meta tawh il-libsa Frangiskana ha l-isem ta' Fra Felic. Beda s-sena tan-novozzjat f'Montevago fi Sqallija u fit-8 ta' Dicembru 135 ghamel il-weghda tal-voti. Ghamel sena jistudja f'Palermo, imbaghad kompla l-filosofija fil-kunvent ta' San Frangisk ta' Brescia, fl-Italja. Ftit wara beda t-teologija fil-kulegg ta' San Teodoru, fil-belt ta' Ruma. Fit-8 ta' Dicembru 1938 ghamel il-Professjoni Solenni u wieghed 'l Alla li jghix fil-faqar, fil-kastit u fl-ubbidjenza.

 

F'Gunju ta' l-1940 l-Italja dahlet fil-Gwerra (1939-1945) u Patri Felic kellu jirritorna lejn Malta biex ikompli l-istudji tat-Teologija. Ghadda l-ewwel sena fil-kunvent ta' San Frangisk, ir-Rabat ta' Malta, imbaghad spicca l-kors ta' l-istudji fis-Seminarju ta' Ghawdex fejn kien ordnat sacerdot mill-Isqof ta' dak iz-zmien Mons. Mikiel Gonzi.

 

Patri Felic wettaq il-vokazzjoni tieghu b'dedikazzjoni, b'fedelta u b'imhabba kbira. Matul is-snin li ghex bhala Frangiskan dejjem hadem u ta sehem kbir fill-Provincja Frangiskana Konventwali kemm f'Malta kif ukoll fl-Italja. L-iktar ghal qalbu kien it-taghlim taz-zghazagh. Huwa kien surmast u ghalliem ta' l-istudenti Frangiskani. Ghal hafna snin kien Rettur tal-Kjerici, tan-novizzi u tal-probandi. L-istudenti li kellhom ix-xorti li jkunu fil-mixja tal-formazzjoni taht Patri Felic, baqghu jghozzu l-formazzjoni qaddisa li hadu minn ghandu. Hu kien tassew mera ta' hajja Nisranija ghall-istudenti.

 

Hu wettaq ukoll xoghol ta' responsabbilta fi hdan il-Provincja Maltija tal-Frangiskani Konventwali. Ghal tliet snin kien Segretarju Provincjali (1962-1965). Darbtejn kien Gwardjan fil-kunventi Frangiskani tar-Rabat u ta' San Pawl il-Bahar. Bhala Superjur tal-kunvent kien attent hafna ghall-htigijiet tal-patrijiet hutu. Ta servizz pastorali anki f'diversi postijiet barra minn Malta. Hadem ghal xi zmien fis-Sacro Convento ta' Assisi qrib il-gabar ta' San Frangisk; fil-Basilika ta' Sant'Antnin f'Padova kif ukoll b'sagrificcju kbir fil-Calabria, fl-Italia t'isfel.

 

Patri Felic kien bniedem tat-talb. Dan jixhduh hafna patrijiet. Kien jghaddi sighat shah quddiem Ges Sagramentat, fil-kappella tal-kunvent. Kien bniedem tas-skiet u l-gabra. Kont dejjem tarah b'xi ktieb ta' qari spiritwali f'idejh u ma kien ihalli xejn li setgha jtellfu mill-ghaqda tieghu m'Alla. Hu jibqa' mfakkar ukoll ghad-devozzjoni kbira li kellu lejn il-Madonna u l-qima lejn l-Appostlu Missierna San Pawl.

 

Fis-sena 1951, waqqaf f'Malta l-Milizzja ta' l-Immakulata u hareg l-ewwel numru tal-"Kavalier ta' l-Immakulata" bil-Malti. Kien jippriedka spiss fuq l-Ewkaristija, il-Madonna u San Pawl. Anki fil-kunvent id-diskors tieghu kien generalment ikun fuq suggett spiritwali. Billi kien Pawlin, il-qaddis li tant habb, kien San Pawl. Min qieghed jikteb jiftakar sew, li ta' spiss kont issibu qieghed jaqra l-Ittri ta' San Pawl. Hafna minn dawn l-ittri kien jafhom bl-amment.

 

Is-silta mill-Atti ta' l-Appostli dwar in-Nawfragju f'Malta ta' l-Appostlu Missierna San Pawl, kienet wisq ghaziza ghal Patri Felic. Billi kien storiku, ppublika diversi artikli u kotba. Imma l-ktieb tieghu li ghamel hafna success hu "San Pawl f'Malta" (Edizzjoni Religjon u Hajja). Dan il-ktieb li tieghu saret traduzzjoni bl-Ingliz, ghadu jinbiegh sa fi zmienna u waslet biex issir is-sitt edizzjoni. B'kollox inbieghu madwar l-ghaxart elef kopja.

 

Patri Felic kien ilu sentejn migbur fid-Dar tal-Kleru 'Christus Sacerdos' ta' Birkirkara. Fid-9 ta' Awwissu 1992, fil-Knisja Parrokkjali tad-Duluri ccelebra l-Gublew tad-Deheb, gheluq il-50 sena mill Jum ta' l-Ordinazzjoni Sacerdotali tieghu. Ftit iktar minn xahar wara kien mehud b'urgenza fl-Isptar San Luqa. L-ghada, l-14 ta' Settembru 1992, Patri Felic halla dan il-wied ta' dmugh u mar igawdi lil Alla li sejjahlu fl-ghamara ta' dejjem. Kellu 77 sena. Il-funeral sar fil-15 ta' Settembru, festa liturgika tad-Duluri u ccelebrant principali kien Patri Baskal Magro, Frangiskan Konventwal u neputi tieghu. Gie midfun fil-Kappela tac-cimiterju ta' San Pawl il-Bahar. In-nies giet bi hgarha biex taghtih l-ahhar tislima. Kulhadd radd hajr 'l Alla tal-hajja qaddisa ta' Patri Felic Sammut. Il-Provincja Maltija tal-Frangiskani Konventwali "tilfet iben kbir u ghaziz hafna ghaliex, fl-umilt tieghu, huwa halla wirt kbir ghalina". Dan qalu fl-ittra cirkulari lill-patrijiet, Patri Alfred Calleja, Ministru Provincjali.

 

San Pawl il-Bahar u Patri Felic jibqghu maghqudin haga wahda matul iz-zminijiet. Sewwa kiteb Patri Joe Cilia OFMConv. fir-rivista `PAVLUS' tas-sena 1993 li "jekk il-Markiza Anna Bugeja tista' tigi meqjusa bhala dik li tat hajja lir-rahal taghna, billi ghaqqditu f'komunita permezz tal-bini tal-knisja Parrokkjali, Patri Felic Sammut jista' jitqies bhala l-arkitett ewlieni tal-hidma civika u kulturali ta' San Pawl il-Bahar." Patri Felic hadem kontinwament ghall-gid u l-progress ta' San Pawl il-Bahar.

 

Ta' dan kollu San Pawl il-Bahar hu rikonoxxenti lejh. Infatti fl-1972 il-Kunsill Civiku tal-lokali ta' l-ewwel medalja "Gieh lil min Haqqu" lil Patri Felic. Dan l-ahhar ukoll giet imsemmija triq li tfakkar fill-Patri Felic bhala poeta u storiku. Fit-13 ta' Frar 2001 saret Cerimonja ta' l-Ghoti ta' l-Isem ta' l-Iskola Primarja ta' san Pawl il-bahar ghad unur ta' Patri Felic Sammut.

<<|werrej|>>


Mehud mir-Rivista Il-Habbr ta' Sant'Antnin, nru. 4 - Ottubru 2001, 14-16.

Assisi 14.7.2003


Patri

Felic Sammut

OFM Conv

1915-1992

Benefattur

ta'

San Pawl

il-Bahar

l-ktieb tieghu li ghamel hafna success hu "San Pawl f'Malta"  

Dan il-ktieb

li tieghu

saret traduzzjoni bl-Ingliz, ghadu jinbiegh sa

fi zmienna u waslet biex issir is-sitt edizzjoni. B'kollox inbieghu madwar

l-ghaxart elef kopja.