L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

<<|werrej|>>


Il-Frangiskani fid-dinja tal-Komunikazzjoni

CAK - Ic-Centru Animazzjoni u Komunikazzjoni


Kitba ta' Patri Paul Darmanin OFMConv


Proposti godda tat-Tixrid tal-Vangelu

Il-Provincja Maltija tal-Frangiskani Konventwali dahlet fit-tielet millenju bi proposti godda f'dak li ghandu x'jaqsam mat-tixrid tal-Vangelu.  Hija twegiba min-naha tal-Provincja fil-qasam tat-teknologija, tal-midja u l-kultura li d-dinja llum qed tixhet f'wicc il-Kristjanezmu u l-Frangiskanezmu b'mod partikulari. 

 

Il-Provicnja ilha snin twal tahdem fil-qasam tal-medja permezz tad-Dar Editrici Religjon u Hajja.  Izda huwa progett tal-Provincja approvat mill-Kapitlu Provincjali 1999, il-holqien ta' centru bil-ghan li jghaqqad u jwessa' l-ispazji u l-hidmiet fil-qasam ta' l-animazzjoni kulturali religjuza u tal-komunikazzjoni socjali bl-uzu tat-teknologija u metodi ta' taghrif u formazzjoni moghtija skond l-ahhar zviluppi tekonologici ta' l-informatika u l-multimedja.

 

CAK - Ic-Centru Animazzjoni u Komunikazzjoni

Ic-Centru Animazzjoni u Komunikazzjoni (CAK) ghandu bhala skop ewlieni l-animazzjoni pastorali u religjuza permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni socjali ghall-evangelizzazzjoni u l-promozzjoni umana u kulturali. Ic-Centru huwa fi hdan il-Provincja tal-patrijiet Frangiskani Konventwali li mheggin mill-karizma taghhom u bi gbil mal-wirt li hallielhom San Massmiljan M. Kolbe jahdmu fil-qasam tal-komunikazzjoni u l-kultura.

 

Il-bini tac-Centru beda f'Awwissu 2001 u nfetah nhar l-1 ta' Lulju 2003. Fih ihaddan ghadd ta' swali u kmamar marbutin bejniethom ghad li ta' kobor u funzjonalit diversi.

 

Fih wiehed isib: a) ic-Centru Kulturali ghall-animazzjoni religjuza u komunikazzjoni socjali. Minnu, permezz ta' statut specjali sa jitmexxew l-attivitajiet kollha b'rizq it-taghrif u l-formazzjoni multimedjali u l-progetti ta' programmi formattivi skond il-htiega li tinhass minn darba ghal ohra; b) Sala ghal-laqghat u l-kungressi mghammra bl-apparat tat-traduzzjoni simultanja; c) il-Bibljoteka Provincjali; d) sala ohra taht l-art li tista' tintuza' ghal bosta attivitajiet.

 

Ta' min wiehed jaghmel enfansi li fic-Centru ssib il-milja tal-funzjonalit taghha l-Bibljoteka provincjali li tigbor fiha opri antiki u prezzjuzi. Bhalissa din ghadha tokkupa xi kmamar tal-kunvent ta' Birkirkara li izda  biz-zmien dawn saru zghar u ghaldaqstant mhux adekwati ghal gabra ta' kotba bhalma hi dik li tifforma l-Bibljoteka Provincjali. Ic-Centru hu mghammar bil-mezzi kollha mehtiega biex kulhadd, anki persuni bi bzonnijiet specjali, ikun jista' jaghmel uzu minnu.

 

Hemm il-hsieb li c-Centru jhaddan fih ukoll studios ghall-produzzjonijiet radjofonici u televizivi. Barra minn dan, sa jkun hemm hanut minn fejn wiehed jista' jikseb kotba u pubblikazzjonijiet ohra ta' informazzjoni u formazzjoni religjuza adattati ghal kull et u ghal kull livell ta' edukazzjoni.

 

Fl-ahharnett fic-Centru hemm kappella ghall-animazzjoni liturgika mhux biss ta' dawk li jiffrekwentawh imma wkoll ghall-uzu generali tal-popolazzjoni tal-lokal. Fil-kappella sa ssir l-adorazzjoni perpetwa. It-talb u l-kontemplazzjoni huma ghall-Provincja l-mutur biex il-Vangelu jixtered u jkollu l-effett mixtieq.

 

Ic-Centru huwa mmexxi minn Kummissjoni provincjali mahluqa ghal dan il-ghan li biex tahdem tajjeb u b'hila professjonali, ghamlet rabta ta' gemellagg ma' l-Editrice Messaggero ta' Padova.

 

Minghajr ma' qaghad jistenna l-bini jitlesta, ic-CAK dig beda l-hidma tieghu li ntlaqghet tajjeb sew mill-Knisja, sew mill-komunitajiet religjuzi, u sew min-nies ta' Malta. Huwa jippubblika rivista IL-HABBR TA' SANT'ANTNIN, li tohrog kull tliet xhur. Hija rivista antika hafna u wara hafna snin li kienet ilha wieqfa, regghet bdiet tohrog b'format modern u attraenti; hi rivista bil-kulur ta' 48 pagna. In-numru ta' l-abbonati qieghed kull ma jmur jizdied. Kull gimgha c-centru johrog il-fuljett JUM IL-MULEJ bil-liturgija tal-Hadd. Dan ghandu l-iskop li jservi ta' sussidju ghall-animazzjoni ta' l-assemblea fil-jum tal-Hadd u bhalissa ghandu tiratura ta' 20,000 kopja u jilhaq il-parrocci u l-knejjes kollha fid-djocesijiet ta' Malta u Ghawdex li jixtiequ jabbonaw fih.

 

Barra minn dan, permezz ta' l-InForm, sezzjoni ohra fi hdan is-CAK, huwa diga beda jorganizza korsijiet fl-informatika, fil-lingwi u f'bosta suggetti u hiliet ohra interessanti. Hija dejjem kotrana l-partecipazzjoni f' dawn il-korsijiet.

 

CAK Graphics & Multimedia hija sezzjoni importanti hafna fic-centru. Tiehu hsieb tohloq u zzewwaq il-grafika ghar-rivista IL-HABBR TA' SANT'ANTNIN u ghall-fuljett JUM IL-MULEJ. Holqot u ghadha tmexxi l-website tal-Provincja u ta' entitajiet religjuzi ohra, biex ma nsemmux ukoll il-produzzjoni ta' grafika ghall-pubblikazzjoni ta' kotba u ghall-prezentazzjoni ta' programmi televizivi.

 

Din hija holma li qed issir realt. Jalla l-Mulej jaghtina aktar kuragg u sahha biex inkomplu nxerrdu l-Kelma tieghu permezz tal-mezzi meraviljuzi li tana hu stess biex nilhqu lill-bnedmin.

 


 

 

Il-Logo tac-Centru


Il-Logo tac-Centru ghandu sinifikat partikulari li jiddeskrivi l-ghan ewlieni tieghu. Huwa fformat mit-tliet ittri inizjali ta' l-isem tieghu "CAK" u jaghti l-identit viziva lic-centru.. lc-"C" ta' "Centru" hija dinamika u taghti idea ta' moviment li jitlaq minn punt fiss u jkompli hekk kif inhalaq dan ic-centru u bil-ghajnuna ta' Alla jkompli. L-"A" ta' "Animazzjoni" hija soda u fissa sewwa ma' l-art. Hija kwazi maghluqa ghal kollox u dan jaghti idea ta' xi haga mibnija fis-sod. L-animazzjoni hija s-servizz formattiv u informattiv li joffri c-centru li jghin lil min ikun jinbena fuq taghrif u formazzjoni. Il-"K" ta' "Komunikazzjoni" hija maghmula biss miz-zewg idejn li johorgu 'l barra. Dan jaghti sens ta' ftuh u libert. Hija l-komunikazzjoni li permezz taghha ninfethu ghad-dinja biex insiru nafuha u hekk nikkomunikaw maghha bl-ahjar mod.

 


 

Il-Habbar ta' Sant'Antnin


Rivista li harget l-ewwel darba f'Jannar ta' l-1911.

Kisbet popolarita kbira.

Kien fiha artikli ta' l-aqwa kittieba ta' dak iz-zmien.

Ma baqghetx tohrog fl-1966.

Wara 34 sena regghet bdiet tohrog b'format modern, bil-kulur u b'hafna artikli interessanti.

Flimkien mal-harga ta' Dicembru tohrog ukoll il-Kalendarju Antonjan.

Jigu stampati 1000 kopja.

Huma aktar minn 350 l-abbonati devoti tal-Qaddis ta' Padova.

 


Jum il-Mulej


Sussidju ghal-Liturgija ta' nhar ta' Hadd.

Fih il-qari kollu u t-talb tal-quddiesa.

Fih il-kalendarju liturgiku tal-gimgha li jkun imiss.

Fih talbiet u riflessjonijiet attwali.

Imzejjen bi stampi u ritratti sbieh.

Fih tifsira kompluta ta' tema kateketika (is-sagramenti, il-kmandamenti u dan l-ahhar id-doni u l-frott ta' l-Ispirtu s-Santo).

Fih informazzjoni u taghrif dwar il-qaddisin, il-parrocci ta' Malta u Ghawdex, kotba x'wiehed jaqra u tifsir liturgiku.

 


CAK Graphics & Multimedia


Tanima l-hajja spirtwali tal-bniedem ta' Ilum bil-kliem, bil-kulur u bid-dehra.

Toffri servizz ta' grafika, setting, fotografija, siti Internet...

Tipproduci: kotba, rivisti, kartolini, santi, brochures, posters...

 


InForm


Korsijiet ta' filghaxija ghall adulti (computer, Internet, flower arrangement, kitarra, ganutell, korsijiet biblici...).

Skola tal-lingwi fis-sajf ghat-tfal tal-Form 1 u 2 (Malti, Ingliz, Taljan, Franciz, Germaniz u Spanjol).

Ghalliema kwalifikati.

Klassiiiet attrezzati ghall-kumdit ta' l-istudenti u bl-arja kundizzjonat.

 

<<|werrej|>>


Dan l-artiklu deher fir-rivista ilHabbar ta' Sant'Antnin, nru. 12 -Ottubru 2003, p.21-23.

Assisi 16.10.2003


Ic-Centru Animazzjoni u Komunik-

azzjoni (CAK) ghandu bhala skop ewlieni

l-animazzjoni pastorali

u religjuza permezz

tal-mezzi

tal-komunik-

azzjoni socjali ghall-evangelizz-

azzjoni u l-promozzjoni umana

u kulturali.