L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

<<|werrej|>>


Il-GIFRA

x'inhi?


 kitba ta' Br Eric Vella OFMCap


Zghazagh Frangiskani

Kien propju Ottubru ta' l-1994 li fir-rivista Dawl Frangiskan deher ghall-ewwel darba artiklu taht it-titlu Fergha Zghazagh Frangiskani. Minn dak inhar lil hawn f'kull harga ta` din ir-rivista din il-pagna baqghet tinzamm minn dan il-grupp. Illum il-gurnata f`din il-pagna ma ghadniex insibu l-kliem Zghazagh Frangiskani, izda fuq nett tal-pagna wiehed jista' jinnota il-kelma GiFra. U fuq dan li nixtieq inwassal f'dawn il-ftit kliem... x'inhi l-GiFra?

 

II-kelma GiFra hija diminuttiv ta' Giovent Francescana (Zghazagh Frangiskani), u jaghmel parti mill-Ordni Frangiskan Sekulari (OFS). Il-GiFra taf il-bidu taghha fl-Italja fl-1948 fi hdan l-Ordni tal-Minuri, fejn wara ftit ta' snin zghazagh taht id-direzzjoni tal-Patrijiet Kapuccini nghataw dan l-isem ukoll. Dan sehh ukoll min-naha tal-Patrijiet Konventwali. Illum l-Gifra hija mifruxa ma` diversi pajjizi madwar id-dinja, fosthom Malta. II-fraternit tal-Gifra fil-Floriana giet imwaqqfa fl-1994 u tiltaqa' darbtejn fil-gimgha: nhar ta` Tnejn u nhar ta` Hamis fit-8.OOpm, fic-Centru Kultura Frangiskana hdejn il-kunvent tal-Patrijiet Kapuccini Floriana.

 

Fl-ewwel kapitlu ta' l-istatut ta' din il-fraternit tal-Floriana jaghti stampa cara ta' x'inhuma Zghazagh Frangiskani:

 

Iz-Zghazagh Frangiskani hija ghaqda ta' zghazagh li jhossuhom imqanqlin mill-Ispirtu s-Santu biex jghixu hajja nisranija fid-dawl tal-messagg ta' San Frangisk t'Assisi, fi hdan il-Familja Frangiskana. B'din l-ghazla, iz-zghazagh jghixu l-hajja Frangiskana waqt li jibqghu lajci jikbru fis-sejha taghhom (Nru 1).

 

Il-Fraternit Zghazagh Frangiskani toffri fi spirtu ta` qadi l-mezzi biex il-membri taghha jikbru bhala bnedmin, bhala Nsara u bhala Frangiskani. B'dan il-mod, il-moviment jghin biex il-karizma tal-Missier Serafiku tkun tinhass sew fil-hajja u fil-missjoni tal-Knisja (Nru 4).

 

Matul dawn l-ahhar hdax-il sena hafna zghazagh sabu fil-Gifra l-ambjent adatt fejn kibru fil-hajja nisranija taghhom. Tajjeb wiehed isemmi li fost dawn iz-zghazagh kien hemm min haddan il-Hajja Religjuza u sacerdotali. Nixtieq ukoll nghid grazzi lil kull min ta' s-sehem tieghu/taghha fi hdan il-grupp matul dawn is-snin li ghaddew.

 

Bhalissa hemm jattendu madwar ghoxrin membru li jigu minn postijiet differenti ta` Malta. Jalla l-Mulej ikompli jbierek din l-Ghaqda biex fuq l-ezempju ta' missierna San Frangisk aktar zghazagh ikomplu jfittxu f'din l-ghamla ta' hajja r-rieda tal-Missier fil-hajja taghhom.

 

Ghalhekk jekk int zaghzugh/a bejn it-tmintax u t-tletin sena li tixtieq tibda din il-mixja Frangiskana zgur li ha ssib bieb miftuh li jilqghek.

 

Ghal aktar informazzjoni nistiednek izzur il-web-site taghna www.gifrafloriana.com jew iccempel lil Br Eric Vella OFMCap fuq 2122 5525 jew 2123 4949.

 

<<|werrej|>>


Mehud mir-Rivista Dawl Frangiskan, Lehen il-Kapuccini Maltin, ghadd 250, Mejju 2005, 14.

Valletta: 3.5.2005


 

II-kelma GiFra hija diminuttiv

ta' Giovent Francescana (Zghazagh Frangiskani), u jaghmel parti

mill-Ordni Frangiskan Sekulari (OFS).