Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Tifhir lil Patrijarka Missierna

San Frangisk ta' Assisi


ta' G. Abdilla, Terzjarju Frangiskan


Tifhir lil Patrijarka Missierna

San Frangisk t'Assisi

Fil jum il festa tighu - 4 ta Ottubru 1932

 

0 Giovanni (1) tfajjel ckejken,

Minn t'Assisi int il fjur,

Twelidt inti gewwa stalla

Biex tixxiebah lill Bambin Ges.

 

Guvnott sirt ta' gmiel celesti,

Int kont l-hena tal-hbieb tieghek,

Intkont taghhom id-delizju

Fejn issibhom dejjem mieghek.

 

Qalbek safja u dejjem pura,

Minn ckunitek int urejt,

Ghalkemm, int mal-hbieb ghamilta

Lil Ges qatt ma hallejt.

 

F'holma helwa x'hin kont rieqed,

Vuci 'mqaddsa tkellmet mieghek,

Biex turik ix-xewqa t'Alla

Il-missioni li ried minn tieghek.

 

Il-gid kollu ta' di'dinja,

Wara spallek, int dlonk tfajt,

Halleit hbiebek u 'll-familja

Ruhek 'l Alla int mort tajt.

 

Fit-trieqat int mort tiggerra,

Minn t'Assisi sirt il fqir

Fl-orazzjoni u l-penitenza

Garrabt ruhek u t-tmaqdir.

 

L-istess ilbies li kellek fuqek,

Dlonk int lilu mort nehhejt,

U lill-Isqof ikkunsinajtu

Xkora u habel int xeddejt,

 

Bosta ohrajn inghaqdu mieghek,

Libsu l-libsa u'l-kurdun,

Hawn int waqaft l-Ewwel Ordni

Li kbir hafna kellu ikun.

 

In-nobbli u s-sbejha Klara.

Riedet tinghaqad fl-ordni mieghek,

Imnebbah int bid-dawl tas-sema

Waqqaft it-Tieni Ordni minn tieghek.

 

Il-poplu kollu warajk jiggerra,

Jitolbuk ilkoll ferhana,

Sabiex lilhom int taccetta

Fit Tielet Ordni Frangiskana.

 

Matul hajtek tant qaddisa,

Bosta mirakoli int operajt,

Is-socjet, gbit lejn Kristu

U lis-suppervi umiljajt,

 

Fl-ahhar zmien tal-hajja tieghek,

L'Alvernja int ghazilt ghalik

Serafin deherlek Kristu imsallab

Biex il-Pjagi Huwa jaghtik.

 

Ridt ma dwarek qabel mewtek,

Ir-religjuzi ulied minn tieghek,

U b'sentimenti kbar ta' mhabba

Tajthom l'ahhar barka tieghek.

 

Wara hajja l'aktar qaddisa,

Kristu ried jibaghat ghalik,

U ttajjart bil-pjagi bhalu

Biex fis-sema il-premju itik.

 

Int l-ezempju tal-penitenza,

Inti l-ghaqda tat-tajbin,

Int il-gmiel ta' l'ubbidjenza

Int il-mera tal-fqajrin.

 

0 Frangisku minn t'Assisi,

Hemm fis-sema fejn int qieghed,

Itlob 'l Alla dejjem ghalina

Biex il-genna nigu mieghek.

_____________

(1) Frangisku fil-mghamudija kien moghti l-isem ta' Giovanni.

 

G. Abdilla, Terzjarju Frangiskan

Malta, 1932

 


Dehret f'il-Habbr ta Sant'Antnin ta' Padova, Sena XXII, no. 10, Ottubru 1932, p.205

Assisi 18.6.2003


 

Poezija

ta'

G. Abdilla, Terzjarju Frangiskan