Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Salm Frangiskan


ta' Edmund Teuma OFMConv.


Salm Frangiskan

 

Mulej irrid inqimek *

     Ghax bhalek fejn insib?

 

Int biss, Mulej, il-hajja, int biss il-bieb, *

     Int biss it-triq u l-fasla ta' hajjitna.

 

Tant thobbna *

     Li hlaqtna minghajr ma kellek bzon'na.

 

Aghtina widen, ja Missier, *

     Ismaghna halli tghinna:

 

Ahsilna minn kull tebgha; *

     Ahfrilna kull nuqqas,

 

Ilqaghna gewwa hdanek:

     fik biss nistriehu.

 

Araw xi hlew t'ilwienfil-ward tal-gonna: *

     Infahhru 'l Alla maghhom!

 

Isimghu I-ghanjiet jghaxxqu ta' l-aghsafar: *

     Infahhru 'l Alla maghhom!

 

Araw ix-xemx, xhin tbewwes l-ilmijiet ta' fuq ix-xefaq: *      Infahhru 'l Alla maghha!

 

Araw il-kwiekeb ta' bil-lejl u l-qamar, *

     Infahhru 'I Alla maghhom!

 

Insebbhu lill-Mulej, hallieq ta' kollox, *

     Nizzuhhajr talli halaqna

 

Edmund Teuma OFMConv.

Malta, 1926

 


Dehret fil-ktieb ta' Edmund Teuma, Meta Nimrah, gabra bikrija ta' Poezijiet, Veritas Press, 1972, p.65. 

Assisi 18.6.2003


 

Poezija

ta'

Edmund Teuma OFMConv.