Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Talba lil San Frangisk t'Assisi


ta' Guz Chetcuti


Talb lil San Frangisk t'Assisi *

 

San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. F'gieh il-pjagi

Ta' Kristu Msallab, aghtiha int l-ghajnuna mqaddsa tieghek

Biex tintrafa' mill-jasar tal-materjalizmu li qed jahkimha.

 

San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. Mibeghda, vjolenza,

Gwerer xterdu ma' l-erbat irjieh. Inti trid tkun sabiex Tehlisna minn dis-sahta ta' vizzji u ta' hazen.

 

San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. Fik sa minn ckunitek

Trabbiet imhabba kbira fid-dawl ta' Kristu. Aghzel li din

L-imhabba tixghel fil-qlub tal-gnus,

Fejn hemm il-firda nissel il-ghaqda,

Fejn hemm il-glied izra' l-Paci.

 

San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. Nobbli fi kliemek

U f'ghemilek, habbejt lill-fqir, habbejt liz-zghir,

Chadt il-gid u l-ghana w ilbist l-ilbies tal-faqar, Arfaghna mill-mizerja ta' l-ispirtu li ruhna tinsab fiha.

 

San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. Dwew f'mohhok

Il-kelmiet tal-Kurcifiss ta' San Damjan: Sewwi l-Knisja Tieghi!

Il-lum nitolbok: Sewwi d-dinja taghna !

 

San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. Il-habel li thazzimt bih

Dawru ma' qaddna ha jsahhahna fil-Fidi u naghrfu ngarrbu

B'rieda shiha l-penitenza ta' dnubna.

 

San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok. L-istess kif ghamilt

Fuq il-gholja ta' Greccjo mal-bdiewa u mar-raghajja fqajrin

Aghmel Int li l-bniedem f'kull pass li jaghmel,

Ihoss il-prezenza ta' Kristu.

 

San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok.

Dak li b'lehen il-Mulej sejjaht u tlabt,

Int li bil-hames griehi ta' Kristu ssallabt,

Isma' talbna, aghtina l-glorja tal-genna,

id-dawl tax-xemx divina.

 

San Frangisk, id-dinja ghandha bzonnok.

Kif int imxejt wara l-Imghallem u rbaht,

Ghallimna kif ghandna nimxu wara l-vangelu ta' Kristu,

il-Vangelu tal-Verit.

 

Guz Chetcuti

Malta

 


* Meta Patri Dijonisju Mintoff OFM waqqaf il- Laboratorju tal-Paci f'Hal Far xtaq lil poeta jiktiblu b'tifkira din il-poezija Dehret fil-Ktieb ta' Guz Chetcuti, Kittieba hbiebi, Grajja Awtobijografika tal-Letteratura Maltija, Malta 2002.

Assisi 18.6.2003


 

Poezija

ta'

Guz Chetcuti