Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Il-Laqgha ta' San Duminku u San Frangisk


ta' Dun Karm Psaila.


Il-Laqgha ta' San Duminku u San Frangisk

 

Wiccu lejn l-art, ruhu fis-sema mtajra,

   Fil-hemda tad-dr t'Alla, gharkobbtejh

   Kien qed Frangisku jfarrag qalbu: l-hajra

   Ta' gid is-sema tfur minn xfr ghajnejh.

 

Ghalkemm imkebbeb gewwa libsa fqajra,

   Gharfu Duminku, u bilgri resaq lejh;

   U qallu: "Siehbi, mhix ghal, xejn diz-zjajra

   Alla htrna u laqqghana: ahna f'idejh."

 

'Tghannqu u itbewsu: bhala vlegeg taru

   Minn qalb ghal ohra n-nirien ta' l-imhabba

   Siktet il-qilla t'Alla u tghaxxqet Daru.

 

Ghaddew mijiet ta' snin: mill-bewsa mbierka

   Ta' Duminku u Frangisk ghdha titrabba

   Ghaqda f'uliedhom f'hidma wahda mxierka.

 

Dun Karm Psaila

17 ta' Lulju 1912

 


Din il-Poezija dehret fil-Habbr ta' Sant Antnin, Sena 2, nru 7, Lulju 1912, p. 234. Dehret ukoll fil-Gabra ta' Poeija mahruga mit-Tabib Guz Bonnici, Il-Ghana ta' Dun Karm, fi tliet kotba, II -X'emmen il-Poeta, it-tieni harga, Ghadd 2, A.C. Aquilina & Co., Malta 1944, p 11.

Assisi 20.6.2003


 

Poezija

ta'

Dun Karm Psaila