Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Naghtu u niehdu


 ta' Patri Dijonisju Mintoff OFM


Naghtu u niehdu:

riflessjoni poetika dwar il-frazi mit-talba tal-Paci

"Ghax meta naghtu ahna naqilghu"

 

Hija ligi tal-hajja taghna li ahna,

il-hin kollu, niehdu xi haga.

l-ghajxien taghna huwa msejjes fuq dak li taghtina n-natura.

Is-sahha taghna trid l-arja tas-sema.

Il-qamha ta' l-eghlieqi, l-ilma tal-widien.

Ghalhekk ahna ma nistghu naghtu xejn

hlief lilna nfusna.

 

Rigal lejlet tieg

flus lil tallab

ktieb lil student

ward lil marid...

huma biss turija taghna nfusna.

Naraw fis-socjetÓ l-qasma bejn dawk li 'ghandhom'

u dawk li 'm'ghandhomx'.

U nisimghu lil ta' l-ewwel jaghdbu ghax dawk li

m'ghandhomx huma ngrati.

Inhosshom mugugha bl-imgiba ta' dawk li 'm'ghandhomx'.

U bejniethom jghidu: "tmajtu u libbistu -

ara kif hallasni!"

L-ingratitudni hija haga ta' min jistmerra.

Turi kefrija ta' qalb.

Imma l-bicca l-kbira ta' dawk

li jgorru fuq l-ingratitudni

ma jkunux taw lilhom infushom.

Jahsbu li r-rigal, il-ward, il-ktieb jigbed il-hajr.

Meta niehdu xi haga nifirhu

Alla dejjem jaghtina, ghalhekk igibilna l-ferh

U Alla huwa l-aktar qrib taghna

waqt li naghtu lilna nfusna.

 

Meta wiehed jiehu, jifrah.

Imma kif ihobb lil xi hadd, jaghtih turija t'imhabbtu.

Jaghtih lilu nnifsu.

Jekk le, flok ferh igib niket.

Imma l-ikbar niket jasal

meta trid taghti lilek innifsek lil xi hadd.

U dan isabbat il-bieb ma' wiccek.

Dan gara lil Ges¨ wkoll.

 

"Gerusalemm, Gerusalemm int li toqtol il-profeti

u thaggar lil dawk li mibghuta ghandek

kemm-il darba ridt nigbor 'l uliedek flimkien,

bhalma l-qroqqa tigbor taht gwinhajha l-flieles taghha,

u int ma ridtx."

Izda Kristu ghallem ukoll kemm-il darba:

"Aghtu u taqilghu. Jekk tqisu kemm taghtu

Ikun megjus lilkom," (Lq 6, 38).

 

Il-qalb ta' San Frangisk kienet kbira.

Fiha kien hemm paci ghal kulhadd,

Jekk fit-triq jiltaqa' ma' haruf, jersaq imellsu.

Jekk jiltaqa' ma' mgiddem, jghannqu u jbusu.

Jekk jiltaqa' m'ghasfur ighanni mieghu.

Jekk jiltaqa' ma' halliel jaghtih il-hobza li jkollu fil- horga.

 

Lejl wiehed kien ghaddej ma' shabu

taht l-gholjiet ta' l-Appenini.

Ra dawl u hgejjeg ta' torci.

Sema' l-kant, ic-capcip u l-ghajjat.

Kien hemm ghors kbir fil-kastell ta' Montefalco.

Mar u thallat mal-folla ferhana.

Ghanna, capcap u ghajjat.

Ixabbat ma' kolonna

biex jara sewwa.

U minn dak il-gholi, sikket lin-nies

u tkellem fuq il-ferh tas-sema.

Hemmhekk iltaqa' ma' Konti Orlando dei Cattani: "X'naghmlu?" staqsa lil San Frangisk

"biex inzidu l-ferh u nnaqqsu n-niket?"

San Frangisk wiegeb:

"Aghti lilek innifsek"

"Kif nista'?" wiegeb il-Konti.

San Frangisk fissirlu:

"Meta tasal tifhem li ghandek dmir fil-hajja

U taqdih kif jixraq.

Hemm biss jasal il-jum

li taghti l-ferh u tiehu l-hena,

li tizra' l-imhabba u tahsad il-frott taghha."

Il-Konti staghgeb bil-kliem hafif

u mimli gherf ta' San Frangisk.

Ried jaghtih rigal ghall-Ordni tieghu.

Tah bicca mill-gid tieghu:

il-muntanja Alvernja fejn wara ftit snin

San Frangisk ircieva l-pjagi.

 

Nisimghu spiss b'nies li jaghtu lilhom infushom 'l Alla.

Dan ifisser li taw lilhom infushom lil ohrajn.

 

Mulej, thallix

l-aktar infittex li nkun imfarrag

milli nfarrag lil haddiehor jien

ll aktar jifhimni haddiehor

milli nifhem lil haddiehar jien

li aktar inkun mahbub

milli nhobb jien,

ghax meta nahfru

ahna nigu mahfura

meta naghtu

ahna naqilghu.

 

Patri Dijonisju Mintoff OFM

Hal Far: 1976

 


Riflessjoni Poetika mehuda mill-ktieb ta' Dijonisju Mintoff, Hallini Inxerred il-Ferh, Veritas Press, Zabbar, 1976

Assisi 4.7.2003


 

Poezija

ta'

Patri

Dijonisju Mintoff OFM