Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Demm fuq il-Verna


ta' Patri Marjanu Vella OFM


Demm fuq il-Verna

(Il-Pjagi ta' San Frangisk t'Assisi)

 

Dahla

Kor

Il-Grajja tas-Salib tibqa' tiggedded

Jum wara jum, fil-hajja tal-bnedmin

igorru l-mewt ta' Kristu go gisimhom

mieghu f'hemda ta' qabar midfunin.

 

Rebha ta' mhabba Mieghu f'Ghid ta' Glorja

iqumu, liebsa s-seher tal-Qawmien,

misteru ta' bla tarf li jisboq sewwa

il-qawwa tat-tifsir li jaghti l-kliem.

 

Lejn il-Verna - Awissu 1224

San Frangisk

Dalwaqt il-festa mbierka ta' Marija

imtellgha fis-smewwiet,

u xewqa lhiha qed tahkimni kollni,

ta' sawm, ta' talb, ta' skiet.

 

Immur ningabar ghal ftit zmien fuq l-Ghojla

tal-Verna, li nhobb jien,

fejn jikbru sigar felhanin, u kelma,

kelma ma' tidwi mkien.

 

Patrijiet

Missier, ghaliex se titlaq

lil dawn l-Ulied Zghar tieghek?

Arana, ahna lesti

nitilghu ilkoll mieghek.

 

San Frangisk

Wahdi, ma' ftit minn hutkom

nitla' l-Gholja tas-skiet,

ningabar wahdi, nitlob

biex nifdi mid-dnubiet

dinja li tilfet rasha

fir-riefnu tal-frughat,

tixxengel bhal se taqa'

fis-sakra tal-bluhat.

 

Xjaten

Mishut! Min qabbdek tidhol

bejn Alla u l-bnedmin,

halliha d-dinja toghxa

bir-rebh tal-midinbin!

 

Nixhtu fuq rasek sahta wara sahta,

bniedem mignun bil-marda tal-qdusija,

ikollok tbati sa narawk titmieghek

fit-tajn moqziez u zieni ta' elf htija.

 

San Frangisk

Qalbi maghfusa bosta,

tittiekel min-nirien

ta' zina w fahx... u donnu

farag ma hawn imkien.

 

Ghaddejja siegha fuqi

ta' wahx u dlamijiet,

harsti tissammar b'tama

fuq l-ikhal tas-smewwiet.

 

Xjaten

Mishut, fejn inti sejjer,

tahrab mix-xoghol, fis-skiet?

Nuruk il-qilla taghna

- duhhan u dlamijiet.

 

San Frangisk

Alla ta' mhabbti, lil din ruhi dghajfa

aghtiha qawwa, farag u mistrieh;

ibghatli 'l San Mikiel biex dawn ix-xjaten

 iregga' fin-nirien u d-dlam tal-qiegh.

 

Ejja Ruffino, ejja, int Leone,

Silvestru u Massew,

Bonizzo, Illuminat, Anglu Tancredi,

nimxu, inhaffu sew.

 

Patrijiet

Missier la tinsiniex, fuq l-Gholja Mqaddsa

ftakar fl-Ulied li rabtu qalbhom mieghek;

fis-skiet u s-sawm itlob ghall-Ordni kollu

u ixhet fuqna lkoll il-barka tieghek.

 

Fuq il-Verna

Kor

Gholja b'quccata mbewsa

mill-fomm hanin tar-rih,

ghamara t'Alla l-Gholi,

gebel ta' sahha, shih.

 

San Frangisk

Hawnhekk f'gabra qaddisa,

naghmel sawma f"gieh il-qaddis Mikiel,

l-Anglu tad-dawl, li razzan, rebah,

xejjen, qtajjiet ta' xjaten qliel.

 

Fuq din il-Gholja wieqfa li tfakkarni

fl-Gholja li fuqha Kristu miet ghalina,

irrid nissieheb mieghu fil-Passjoni

nifhem x'misteru hemm f'Qalbu hanina.

 

Kor

Gholja li tnixxi l-ghasel,

u tqattar il-halib,

fuqek qieghed idellel

is-seher tas-Salib.

 

Frangisk intilef f'talba, wahda w twila,

qieghed jitniehed f'ghafsa ta' tbatija

bhalkieku qed igorr fuq spallejh dghajfa

il-madmad tqil tal-htija.

 

Lejla ta' qamar! Wicc Frangisk qed jixghel

bid-dawl li qed jitliegheb fuq haddejh,

u f'telfa siekta ta' adorazzjoni,

niezel bil-qajla l-qajl' fuq irkobbtejh.

 

San Frangisk

Min Int Alla hanin

u jien, min jiena?

Ahfer htijieti l-kbar,

Alla tal-hniena.

 

Alla tieghi u kollox, dak li Inti,

li kont u tibqa' tul iz-zmien ghalija;

Jien dudu zghir bla hila,

Int il-milja tal-kobor u l-qdusija.

 

Angli

Qaddis. Qaddis. Qaddis.

 

Fil-qalb ta' dan il-Fqajjar

jghammar Alla hanin,

ghazlu, b'regqqa ta' mhabba,

mill-kotra tal-bnedmin.

 

Qaddis. Qaddis. Qaddis.

 

Ghax bih ried jaghti l-farag

lil dawk li tilfu s-sliem;

qawsalla b'seba' doni

mifruxa kullimkien.

 

San Frangisk

Nitkennen haven, f'dal-lejl li diehel sewwa,

f'talba sas-sebh, niftakar fit-tbatija

li hass Ges fil-grajja tal-Passjoni,

l-aktar fit-tliet sighat ta' Agunija.

 

Xjaten

Li kieku kellna s-setgha

nifgawh u neqirduh,

bniedem fqajjar bla sahha

inin bil-ghaks u l-guh.

 

Hemm qawwa fihli tfixkel

f'harstu, f'surtu, mohbija.

Mishut! Dal-bicca bniedem

iggennen bil-qdusija.

 

Il-Pjagi Mqaddsa - 17 ta' Settembru 1224

Ghodwa sabiha ta' Settembru hlejju

tfewwah bir-riha niedja tal-hamrija,

tghannaq u tbewwes ma' din l-Gholja mbierka

li qed titrieghed f telqa ta' qdusija!

 

San Frangisk

Qalbi taqbad u theggeg

b'xewqa li nhobbok - kbira;

irrid kieku nfissirha...

il-kelma, fqira, fqira.

 

Ges, Ges Imsallab

warda minn hdan Marija,

ha nhoss f'dan gismi dghajjef

it-toqol tat-tbatija.

 

Kor

F'daqqa wahda Ges Msallab

gie bi lbies ta' Serafin,

sitt igwienah jostruh kollu

f'harstu s-sliem u wicc hanin;

fuq idejh, riglejh u genbu juri

l-griehi imdemmin.

 

L-Gholja qabdet b'nar tal-Genna,

rawha n-nies mill-fond tal-wied,

qalb Frangisku saret hegga

b'nar ta' mhabba mis-smewwiet:

gismu zzejjen f'daqqa wahda

bl-ghaxqa mqaddsa tal-gerhiet.

 

Angli

Ghageb ta' mhabba kbira!

Frangisku mixhut fl-art,

il-hames pjagi f'gismu

ihammru qishom ward.

 

Iqattar id-demm ahmar

mill-griehi ta' idejh;

iqattar gawhar jilma

mill-griehi ta' riglejh.

 

Minn genbu midrub b'lanza

icarcar id-demm bnin,

Frangisk sar gmiel ta' martri,

sigill tas-Serafin.

 

San Frangisk

Ges midrub,

mabbub...

fuq l-ghuda tas-Salib

Inti l-akbar habib.

 

Int sliem

jisboq kull kliem.

Int kbir

thobb lill-maghkus, lill-fqir.

 

Int ferh,

dirghajn ta' serh.

Int sbuhija,

Haruf maqtul bla htija.

 

Qaddis. Qaddis. Qaddis.

 

Lejn il-Porzjunkola - 30 Settembru 1224

Patrijiet

Ghaliex, Missier, trid tahbi minna l-grajja

tal-hin qaddis f'ghaddejt mal-Kurcifiss?

Aghtina hjiel, ghidilna dak li gara,

kelma nixtiequ biss.

 

San Frangisk

Darabni Ges Msallab

bil-pjagi mqaddsa Tieghu,

bi ktajjen tqal ta' mhabba

issa rabatni mieghu.

 

Jiena dalwaqt se halli din il-Gholja,

intom, uliedi, ibqghu hawn flimkien,

harsuha sewwa, minn hawn fuq irridkom

ixxerrdu Paci w Gid ma' kullimkien.

 

Ghada ninzel, u nitwiezen

fuq id-dah'r hanin ta' hmar;

ma niflahx ninzel b'saqajja,

f'gismi ghandi hruq in-nar.

 

Ghada Leone wahdu jinzel mieghi

u mmorru taht id-dell t'Ommna Marija

fil-knisja ckejkna taghha, li laqghetni

meta bdejt l-Ordni f'hegga ta' zghozija.

 

Patrijiet

Aghtina l-barka tieghek qabel titlaq

minn fuq din l-Gholja li xarrabt bid-dmija;

sigar u blat u skiet se jibqghu xhieda

ta' kif qsamt ma' Ges l-ehrex tbatija.

 

Gheluq

Ma nixef qatt id-demm minn fuq il-Verna,

ghalkemm ghaddew fis-skiet mijiet ta' snin,

ghadu nadif, ihammar haj, jitharrek

b'seher li jafuh biss l-erwieh safjin.

 

U jibqa' jhammar sa ma d-dinja mqallba

tersaq tistrieh fuq sider San Frangisk,

tifhem x'misteru jhaddnu l-pjagi mqaddsa,

kemm jahbu fihom farag, sliem u rizq!

 

Amen.

 

Patri Marjunu Vella OFM

 


Din il-Poezija gie imwassla lil dan is-site minn persuna li thobb lil San Frangisk permezz ta' email nhar 14 ta' Lulju 2003.

Assisi 14.7.2003


 

Poezija

ta'

Patri Marjanu Vella OFM