Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Lil San Frangisk t'Assisi


 ta' Patri Edmund Teuma OFMConv.


Lil San Frangisk t'Assisi

 

Inhobbok, San Frangisk, ghax int sejjahtli

Sa minn ckuniti biex warajk nintelaq,

U b’ruhi w b’gismi nimxi qisni aghma

                        Fuq l-atar tieghek.

 

Rajtek tithabbeb mal-holqien tad-dinja:

Smajtek tipprietka lill-ghasafar kollha,

Lanqas stmellejtu lil-lebbruz imnigges;

                        Bistu fuq gbinu.

 

Bniedem taf thobb, u ridt is-sliem isaltan

Sa truf id-dinja. Sliem u rizq ridt tizra’

Fejn kien hemm biss mibeghda, ghira, hjiena,

                        Bejn Gvern u Knisja.

 

Inhobbok, San Frangisk, ghax bniedem umli,

’Il kulhadd thaddan – fqir jonkella ghani;

Inti  bhal bieba li, miftuha berah,

                        Tilqa’ ’l min jghaddi.

 

Inhobbok, San Frangisk, Qaddis mill-akbar,

Naf li trid tifdi zminijietna mharbta,

Ghax naf li ghadek thobb il-holqien kollu –

                        Xbiehet min halqu.

 

Izda fuq kollox, ja Missier, inhobbok

Ghax int poeta, u xrar il-poezija

Tellghuk fuq il-muntanja w ghamlu minnek

                        Xbiehet l-Imsallab.

 

Patri Edmund Teuma OFMConv.

Padova, l-Italja - 4 ta' Ottubru 1972

 


Din il-Poezija gie imwassla lil dan is-site permezz ta' l-Awtur innifsu  permezz ta'  email nhar 17 ta' Lulju 2003. Dehret wkoll fil-gurnal: In-Nazzjon Taghna, tat-Tnejn 4 ta' Ottubru 1976.

Assisi 18.7.2003


 

Poezija

ta'

Patri Edmund Teuma OFMConv.