Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Frangisku ghadmek jiehu l-hajja


ta' Fr Thomas Calleja OFMConv.


Frangisku ghadmek jiehu l-hajja

 

Waqghet il-hemda, ghabu l-hsejjes,

u jien hawn, migbur fuq qabrek,

o Qaddis Frangisku.

Fis-skiet, fil-gabra

b'ghajnejja fissi jharsu 'l fuq

lejn dik il-hagra fejn qed tistrieh

marbuta tajjeb b'cinturin ta' l-azzar,

bejn zewg gradilji; wahda taht u l-ohra fuq.

Gol-vojt tal-hagra, ghalkemm mohbija

mill-ghajn, hemm l-urna tal-metal

u go fiha kaxxa ohra, trasparenti tal-plexiglas

bl-ghadam qaddis tieghek

niexef qoxqox mizmum fiha.

 

Frangisk, Missier,

b'ghajnejn tal-gisem m'jien nara xejn.

izda, bl-ghajnejn tar-ruh narak.

Iva, narak tiehu l-hajja mill-gdid!

Bhal dak in-nhar meta id il-Mulej

giet fuq il-profeta u haditu f'nofs il-wied

mizghud b'ghadam niexef qoxqox,

u talbu jhabbar:

Ejja rih mill-erbat itruf,

Ejja onfoh fuq dan l-ghadam

ha jerga' jiehu l-hajja.

U r-rih gie!

u r-ruh dahlet f'dak l-ghadam,

u l-ghadam ha l-hajja mill-gdid!

 

Hekk qed narak illum,

Qaddis Frangisku.

Bhal dak l-ghadam gol-wied

ghadmek niexef narah jitharrek,

bhal donnu, biex jerga'

jitlibbes mill-gdid bin-nervi,

jimtela' bil-laham,

jinkesa bil-gilda

... jerga' jiehu r-ruh!

U terga' ghall-hajja mill-gdid!

Iva, int issir ruh hajja

fija u f'huti:

imsejhin biex nimxu

fuq il-passi tieghek

biex nergghu naghtu r-ruh

lir-Regula u l-Hajja

u nghixu llum mill-gdid il-Vangelu

bla xejn taghna, fis-safa,

miftuha biex inwettqu biss

dak li jrid Alla fl-ubbidjenza.

 

O Frangisku, illum ghadmek

qed narah jerga' jiehu l-hajja

fija u f'huti

biex kif ghamilt int

inqarrbu 'l Kristu lejn il-bniedem ta' llum,

u l-bniedem lejn Alla l-hanin,

biex isaltan is-sliem fl-art u fil-qlub,

u biex bhalek nixtiequ mill-gdid

lill-kull bniedem il-Paci u Gid.

 

Dak ghadmek illum narah

jerga' jiehu il-hajja

fija u f'huti

biex bhalek nghollu lehinna fit-tifhir

lil Dak li hu Qaddis, Qawwi u Kbir;

li jaghmel hwejjeg tal-ghageb.

Dak, li int Frangisku sejjahtlu:

Tjieba, kull Tjieba, kollu kemm hu Tjieba!

Biex bi kliemna, b'ghemilna u b'hajjitna

nergghu nghannqu lill-imgiddem

u nhobbu lil kulhadd u lil Dak li int

Frangisku sirt tixbah u mieghu twahhad,

Halli nstqarruh ahna wkoll bhala:

l-Imhabba, Gherf, UmiltÓ, Sabar,

Sbuhija u Gmiel, Hena, Ferh u Sliem.

Difensur, Qawwa bla bidu u bla tmiem.

 

Dak ghadmek illum narah

jiehu mill-gdid ir-ruh

fija u f'huti:

biex nergghu niskopru l-ilwien

fil-holqien u d-dinja ta' madwarna;

biex nergghu nibdew naraw

is-sbuhija u l-gmiel li halaq il-Hallieq,

biex mieghek nghannu l-Ghanja

flimkien ma' hutna x-Xemx u l-Qamar,

mal-Kwiekeb, ir-Rih, l-Ilma, in-Nar,

ma' ommna u ohtna l-Art li ttina l-ghejxien.

Biex bhalek, o Frangisku

nimmansaw l-ilpup feroci ta' zmienna

u nharsu l-hrief safja u gwejdin

u nghannu mal-ghasafar li jtiru henjin!

 

Dak ghadmek illum narah

jiehu mill-gdid il-hajja

fija u f'huti:

biex insiru ahna kif kont int

Ghodda tal-Paci!

Biex inheggu l-imhabba

fejn hemm il-mibgheda u l-firda;

biex inferrxu l-mahfra

fejn hemm il-htija u d-dnub;

biex indahhalu il-fidi;

fejn hemm id-dubju,

Biex fejn hemm il-qtigh il-qalb,

nqawwu t-tama;

u fejn hemm id-dlam tal-hazen, l-injoranza

nixeghlu d-dawl;

u nxerredu l-ferh fejn hemm in-niket.

U biex ma nifittxux izjed

li nkunu mfarrga, mifhuma jew mahbuba

imma li nfarrgu, nifhmu, inhobbu

lil haddiehor ahna, ghaziz Frangisk

kif ghamilt int bl-ghemil mill-qalb

u nghozzuhom ilkoll fit-talb.

 

Frangisku, id-dinja illum

ghandha bzonn ghodda bhal dawn!

Ejja, Rih ta' Alla mill-erbat itruf!

Onfoh bil-qawwa fuq dan l-ghadam

mizmum b'tant ghozza minna,

ulied Frangisku.

 

Onfoh, Ruh Qaddis,

Mulej. li taghti l-hajja

biex dan l-ghadam illum

jiehu mill-gdid il-hajja

fija u f'huti

tal-familja Frangiskana:

halli n-nies tara fija u f'huti

dak li rat fi Frangisk

halli taghraf li ahna tassew Ahwa Zghar

mhux tant ghax nilbzu coqqa griza,

jew kannella, skur jew car,

mhux ghax inrabbtu habel bl-ghoqod

ma' hziemna jew ghax bil-qorq f'riglejna...

imma ghax tara u temmen

li ghandna fina r-ruh tieghek, Qaddis Missier!

Ghax tarana ninhabbu bejnietna,

u nghozzu lil xulxin kif xtqatna int!

Ghax tarana nghixu bil-ferh

u bit-tbissima dak li weghedna!

Ghax nghixu l-Vangelu ferhana

u bhal Kristu iehor tarana.

 

O qaddis Frangisku

wasalt biex inhalli lil qabrek

ghax qed jaghmel il-hin.

Dak li l-lejla rajt

f'dil-hemda u f'das-skiet

mhux le holma sabiha

lanqas thammim tal-mohh.

Imma ghadmek tabilhaqq qed jiehu r-ruh

fil-hajja tieghi u ta' huti

biex tkompli tghix fina

f'kull waqt u f'kull hin

illum.

 

Fr Thomas Calleja

Assisi - 30 ta' Lulju 2003

 


Assisi 7.8.2003



 

Poezija

ta'

Fr Thomas Calleja OFMConv