Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Fuq il-Muntanja ta' l-Alverna


mill-Liturgija tas-Sighat


Fuq il-Muntanja ta' l-Alverna

(Innu)

 

Ejjew flimkien bil-ghana taghna hlejju

infakkru l-Pjagi mqaddsa, li Missierna

b'imhabba sfiqa garr fuq gismu safi,

     rahan ta' qdusija.

 

Mohhu mitluf fil-qalb ta' Kristu Msallab,

Frangisk hass ruhu msallab fir-ruh tieghu

meta haddejh bid-dmugh kien jibki l-griehi

     ta' Ges twajjeb.

 

Fuq il-muntanja ta' l-Alverna, mohbi

fl-eghrien mudlama, beka il-passjoni

li garrab il-Mulej, b'hekk sthaqqlu l-pjagi

     fuq gismu jilqa'.

 

O xbiha mdemma tal-Feddej li habbna,

kien Alla li naqqaxlek fik il-pjagi,

qabbdilna qalbna b'dik il-hegga helwa

     lejn Kristu Msallab.

 

 

Innu tal-Ufficcju tal-Qari

Missierna San Frangisk t'Assisi fil-ghoti tal-Pjagi Mqaddsa

17 ta' Settembru

Awtur mhux maghruf

 


Din il-poezija hija innu Frangiskan  mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan,  Malta 1980, p 202. Innota li t-titlu mhux moghti mill-awtrur imma  mill-kompilatur ta' dawn il-pagni ta' Poezijiet Frangiskani.

Assisi 7.8.2003


 

Poezija

mill-

Liturgija

tas-Sighat

Proprju

Frangiskan

 

Awtur

mhux maghruf