Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Ra San Frangisk


mill-Liturgija tas-Sighat


Ra San Frangisk

(Innu)

 

Ra San Frangisk fl-irqad f'holma qaddisa

il-ghodod tas-Salib iraxxu d-dija,

u sama' lehen Kristu jghidlu helu:

"Dawn kollha ghalik biex tikseb il-qdusija".

 

U l-armatura tas-Salib Imbierek

nisslet go fih il-kobor tal-qlubija,

imlibbes biha, San Frangisk Missierna

hadha mas-setgha ta' l-infern, qawwija.

 

Il-Ghuda tas-Salib lill-Missier taghna

widdbitu bl-akbar ghozza ghal tliet darbiet

li minn go l-ghana kbir ta' l-Iskrittura

kellu jislet kif jghixu l-Patrijiet.

 

L-Imhabba mhegga lejn Ges Imsallab

il-qalb u l-mohh ta' San Frangisk imliet,

u f'ruhu hass minn qabel it-tifsira

ta' dak li kellu jhoss gewwa s-Smewwiet.

 

U meta ra lil Kristu fuq il-ghuda

imqaddsa tas-Salib mimli bid-dmija,

wagaf bil-qima, u l-Imsallab qallu:

"Imxi mnejn imxejt jien, Frangisku hija".

 

Mexa mit-triq li qallu Kristu Msallab,

gabar il-frott kotrani tal-qdusija,

u l-pjagi mqaddsa li sebbhulu gismu

bidluh f'Ges waqt l-ehrex tat-tbatija.

 

Il-qawwa tas-Salib u l-barka tieghu

jistriehu fuq ir-ruh u fil-qalb taghna,

fuq dan gisimna dghajjef, u jharsuna

mill-qilla ta' l-infern bil-wisq setghana.

 

 

Innu ghat-Tifhir ta' Sbih il-Jum

Missierna San Frangisk t'Assisi fil-ghoti tal-Pjagi Mqaddsa

17 ta' Settembru

Awtur mhux maghruf

 


Din il-poezija hija innu Frangiskan  mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan,  Malta 1980, p 205-206. Innota li t-titlu mhux moghti mill-awtrur imma  mill-kompilatur ta' dawn il-pagni ta' Poezijiet Frangiskani.

Assisi 7.8.2003


 

Poezija

mill-

Liturgija

tas-Sighat,

Proprju

Frangiskan.

 

Awtur

mhux maghruf