Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Skiet il-Verna


mill-Liturgija tas-Sighat


Skiet il-Verna

(Innu)

 

Skiet il-Verna jerga' jfakkar

ta' Ges¨ l-ehrex tbatija,

dawl ta' fidwa minn fuq l-Gholja

jeqred l-ghajb mishut tal-htija:

Frangisk jishar f'talba twila

mas-Salib, f'hemda lejlija.

 

Fuq din l-Gholja f'ghar imwarrab

kien jitbieghed mill-bnedmin

ghal xi zmien, u fqir minn kollox,

f'sawm jghaddi jiem henjin:

ma kienx jorqod, spiss jitniehed

ghad-dnubiet tal-midinbin.

 

F'hemda sfiqa wahdu jitlob

mohhu jitla' 'l fuq 'l fuq,

jahseb sewwa f'Ges¨ Msallab

qalbu mgarrba bl-akbar hrug:

f'xewqa lhiha li tbatija

tas-Salib isehhlu jduq.

 

F'daqqa wahda r-Re mis-Sema

gie b'ilbies ta' serafin,

sitt igwienah jostruh kollu

f'harstu s-sliem u wicc hanin

minn idejh, riglejh imsammra,

juri l-griehi imdemmin.

 

Il-qaddej ra l-Feddej tieghu,

darba jbati, illum rebbieh,

kollu umli, kollu tjieba,

jarmi dawl tassew sabih:

fehem Frangisk id-dehra kbira,

hass is-seher tal-mistrieh.

 

L-Gholja qabdet b'nar tal-Genna

rawha n-nies mill-fond tal-wied,

qalb Frangisku saret hegga

b'nar ta' mhabba mis-Smewwiet:

gismu zzejjen f'daqqa wahda

bl-ghaxqa mqaddsa tal-gerhiet.

 

Innu ta' l-Ghasar

Missierna San Frangisk t'Assisi fil-ghoti tal-Pjagi Mqaddsa

17 ta' Settembru

Awtur mhux maghruf

 


Din il-poezija hija innu Frangiskan  mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan,  Malta 1980, p 208-209. Innota li t-titlu mhux moghti mill-awtrur imma  mill-kompilatur ta' dawn il-pagni ta' Poezijiet Frangiskani.

Assisi 7.8.2003


 

Poezija

mill-

Liturgija

tas-Sighat,

Proprju

Frangiskan.

 

Awtur

mhux maghruf