Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Il-Poeta jiftah qalbu ma' San Frangisk


ta' Mons. Pedro Casaldaliga


Il-Poeta jiftah qalbu ma' San Frangisk

 

Missierna Frangisku

kif sejjer fis-sema?

U int, ohtna Kjara,

u l-bqija tal-Gemgha?

 

Hawnhekk, f'din id-dinja

hajjitna fil-hemm;

ghaliex hawn wisq reghba

u mhabba kemm kemm.

 

L-imhabba divina

ma jaf biha hadd;

l-imhabba umana

f'lejl wiehed tintradd.

 

Hawn daqs nofs id-dinja

li qed tmut bil-guh;

l-ohrajn daqskemm jibzghu

gew qishom bla ruh.

 

Teknokrati hafna;

poeti ftit wisq.

Eluf professuri,

l-profeti bla rizq.

 

Firem, dokumenti,

armi u ftehimiet;

dawn jibnu l-Istorja

u jmexxu l-Ibliet.

 

U ommna n-Natura

qed tibki t-tinqis

tal-arja, tal-ilma,

tas-sema... bl-irhis.

 

Il-ward u l-ghasafar

joqtolhom tferfir;

ghax kollox jitmexxa

mil-lpup tat-twerwir.

 

Ftit hawn illi zammu

lil qlubna jixghelu

bil-genn tassew gharef

tal-kliem tal-Vangelu.

 

Is-Sinjura Faqar

li hi ferh bla qies,

issibha fil-kotba

u mhux galb in-nies.

 

Kull triq tiehdok Ruma;

ghal Betlemm hawn ftit;

u dik tal-Kalvarju

taqtaghlna l-aptit.

 

Il-Knisja ommna mqaddsa

xi ftit issewwiet;

izda hawn hafna Kurja

u karizmi wahdiet.

 

Min kien prepotenti

irdoppja t-tizjin;

il-qligh u l-mibeghda

imqabbda f'xulxin.

 

Trattati u patti

u l-gwerer jizdiedu:

ghax zejt mad-demm jibdlu

l-imperjali riedu.

 

Missierna Frangisku

din l-art, issa, gharrquha;

ahjar wahda gdida

minflok ma nibdluha.

 

Meta Ges Kristu

u Ommna Marija

jigu biex jghinuna

nibdlu dil-moghdija

 

irridu minn qalbna

tkun hemm dak il-hin

u Kjara u l-Gemgha

tal-Ahwa henjin.

 

Mons. Pedro Casaldaliga,

Isqof ta' Sao Felix,

fil-Mato Grosso - Brazil


Din il-Poezija dehret fir-rivista, Dawl Frangiskan, ghadd 128, Marzu 1993,

Assisi 6.10.2003


 

Poezija

ta'

Mons.

Pedro Casaldaliga