Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Il-Fqajjar ta' Assisi

u l-Kobor tat-Terz'Ordni


ta' Fra Guzepp Sciberras, Terzjarju Frangiskan.


Il-Fqajjar ta' Assisi

u l-Kobor tat-Terz'Ordni

 

Min huwa dal-ghazeb li nara jiggerrra

Got-toroq t'Assisi bla ebda mistrieh?

Imlibbes l-ixkejjer, u b'habel imhazzem

U hafi u xuxa, ha xbieha ta' xih?

 

Maghdur bit-tbaitija, jitrejjaq b'xi loqma

Tal-hobz li jiddobba minghand il-girien,

Imrezzah fix-xtiewi bil-bard u ksieh ahrax,

Fis-sjuf mahruq dejjem bix-xmux narah jien!

 

Jiggerra f'pajjizi minn banda ghal ohra

Ixandar u jghallem it-triq tal-virt¨

B'imhabba ta' l-Angli, bi hrara tal-genna,

Lill-proxxmu lejh jigbed ghall-hdan ta' Ges¨!

 

Hawn nisma' min jghidli: Min huwa dal-Fqajjar

li xtehet f'dil-hajja ta' harxa tbatija...?

Hass rasu dal-bniedem, jew qieghed jitbellah,

ghal liema raguni jinsab fil-mohqrija...?

 

Isimghu u tghallmu, u ghozzu ghemilu,

Dan huwa FRANGISKU MISSIERNA l-ghaziz,

Lill-foqra mar qassam il-gid li akwista,

Ta ruhu 'l Gran Alla, sar l-akbar Qaddis.

 

Mid-dinja dlonk tbieghed u 'l daru fis halla,

U hajtu mar jghaddi fis-skiet go l-gherien,

Ighakkes il-gismu bis-sawm u swat ahrax

fit-talb lill-Kbir Alla jghaddih kien iz-zmien.

 

X'uhud zammewh b'iblah u ddiehqu b'ghemilu,

U minnu jaharbu bdew dawn il-hajnin,

Ohrajn li ghogbithom il-bixkla minn tieghu

Fis lejh dawn ingibdu ghax raw l'hu hanin.

 

Hallew fis id-dinja, warajh bilgri marru

U libsu l-ixkora li tixbah lil tieghu,

U b'Fidi imqaddsa, u b'faqar ta' l-ghageb,

Intghalqu goc-celel ighijxu lkoll mieghu.

 

B'dal-mod kellu bidu dan l-Ordni imqaddes

Li hu l-ewwel wiehed li gie iffurmat.

Ma qalb dak il-Fqajjar tal-hiemda Assisi,

B'dan kollu li ghamel ghad le kkalkulat!

 

Fadallu kien hawna xoghol wisq izjed x'jaghmel

Ghalhekk narah jiena tant jahdem bil-hrara,

U b'ferh minn tal-genna dik qalbu mimlija

Lejh jigbed b'ghemilu il-qalb minn ta' Klara.

 

U dina ix-xbejba hekk umli u qaddisa

Imzejna bid-doni ta' l-oghna virt¨

Imlibbsa ta' Soru mill-Fqajjar Frangisku,

Tat ruhha ghal dejjem lil Kristu Ges¨.

 

Imhajra minn Klara xbejbiet ohrajn bhalha

Ihallu lid-dinja u maghha fis-skiet,

Imorru jintghalqu ilkoll f'Monasteru

Ighixu bhal ahwa, fil-paci u l-kwiet.

 

Imwaqqaf hawn jigi  dan l-Ordni imqaddes

it-Tieni li ghamel Frangisku l-ghaziz,

Oh! x'hena mar garrab il-Fqajjar Missierna

Kemm bierek fis 'l Alla ghal hsieb hekk qaddis.

 

Ma kienx kuntent ghadu il-Kbir Patrijarka

Bla ghadd xtaq uliedu li jkunu maz-zmien,

Sew sewwa bhal kwiekeb li hemm f'wicc is-sema

Hekk riedhom imxerrda mad-dinja; u hekk kien.

 

Kif darba kien miexi minn triq go Gogiano

Iltaqa' ma' ragel li kien habib tieghu

Lukkesju kien jismu, ma' martu kien dana,

Sellmulu, sellmilhom, b'dal-mod tkellmu mieghu:

 

"La x-xorti laqqghetna irridu taghtina

Taghlima mehtiega sabiha minn tieghek,

U xtaqna bil-bosta li zzommna b'uliedek,

Biex fl-ahhar il-genna ingawdu t-tnejn mieghek."

 

"Dan nahseb kont jiena" - wegibhom Frangisku,

"U minni l-Gran Alla irid dan ikun."

Taghlima mar tahom biex dawn iharsuha,

Libbishom ic-coqqa, hazzimhom b'kurdun.

 

Hekk huti gie mwaqqaf narah it-TERZ'ORDNI

Fih bilgri inkitbu nies l-izjed zelanti,

U nies ta' kull ghamla, kemm foqra u sinjuri,

Ta' gens ta' kull razza, sa l-akbar renjanti.

 

U glorja specjali ta' dan it-Terz'Ordni

Hi biss dik il-gabra bla ghadd ta' Rejiet,

Ta' Duki u Markizi u nies ghanja bhalhom,

Prelati illustri, u bosta Papiet.

 

Min jista' jsib tarfhom il-kbar Kardinali,

U l-ghadd minn ta' R

gejjen, ta' kbar Princpijiet!

Ghiduli min jghoddhom l-ulied ta' Frangisku!

Xi nghidu allura ghal dawk l-Isqfijiet...!

 

Insibu b'uliedu fl-istima kbar hafna

Bhal Carlo Alberto u De Pimodan,

Marija Clotilde u San Ludoviku,

'Ma x'hin qatt nispicca jekk nibda nghid dan?

 

Famuzi insibu Terzjarji miktuba

Lil Tasso u Petrarca, Poeti mill-kbar,

Sa l-akbar Poeta tad-dinja Allighieri,

it-tlieta libsuha l-libsa ta' fqar!

 

Insibu miktuba b'ulied ta' Frangisku,

Nies kbar minn tal-Muzka ta' hila wisq kbira,

Bhal m'huma Paisiello, bhal m'hu Palestrina,

U tant ohrajn bhalhom bla mghandhom tifkira.

 

Inkompli insibu fost hutna Terzjarji

Nies l-izjed illustri Pitturi mill-kbar,

Bhal m'hu Mikelanglu, Cimabue u Giotto,

U dak Leonardo, flimkien m'ohrajn zghar.

 

Insibu fost hutna ulied dak il-Fqajjar

Lil kbir Kristof˛ro, Terzjarju ukoll,

U mieghu lil Volta u 'l dak Galileo,

Lil Wigi Galvani celebri ilkoll.

 

Miktuba Terzjarji insibu fi zmienna

Lil Pellico u Moro, t-tnejn irjus kbar,

Margotti u Ricci, Cant¨ ukoll maghhom

Eluf ta' nies ohra li kienu mill-aghar.

 

Min jista' qatt jghoddhom ghiduli ftit intom,

Kemm huma Terzjarji fid-dinja mxerrdin!

Insibu fl-Annali li gewwa l-Amerka

Fuq miljun ruh sewwa tghodd nies miktubin!

 

Miljun u nofs iehor insibu Terzjarji

Gol-bliet ta' l-Italja miktuba ukoll,

Ghoxrin elf ohra go l-art minn ta' Franza

U tnax-il elf ohra fuq dal-mahbub skoll...!

 

U fl-ahhar minn l-ahhar min jghoddu n-numru

li hemm gol-Genna ta' Kbar Qaddisin?

Mijiet minn ta' Vergini, eluf kbar ta' Martri,

Oh! x'kobor ta' Ordni! Xi gmiel x'wahdadin!

 

Imfahhar insibu bil-bosta t-Terz'Ordni

Minn kbar Kardinali, minn bosta Papiet,

Imzejjen u mghoni bi kbar Privileggi,

U b'bosta Indulgenzi kulhadd lilu zied.

 

Bhal tarka qawwija, insibu hawn jiena

Li tharsek mill-ghadu, mill-hemm u t-tigrib,

Il-hena u l-paci, is-sabar u l-hniena,

Il-Kbira Qdusija fih biss jiena nsib.

 

Jien lilu inbierek ghal mija u elf darba,

U lilu infahhar kull hin, kull mument,

Ghax lilu sibt jiena bhal arma qawwija,

Li dejjem helsitni mill-ghawg u t-turment.

 

O huti Insara li thobbu 'l Frangisku

Thallux izjed jghaddu minn fuqkom iz-zmien,

Fis igru inkitbu f'dan l-Ordni Imqaddes,

Fejn dana hu mxerred illum kullimkien.

 

Oh! x'ferh minn tal-genna inhoss gewwa qalbi!

Oh! x'hena nipprova kull meta nsemmih!

Inbierek u nfahhar immur il-gurnata

U s-siegha li fiha kont mort inktibt fih.

 

Kun mela imbierek ghal mija u elf darba,

O kbir Patrijarka Missier il-Fqajrin;

Berikna mill-genna, ghax ahna wlied tieghek,

Igborna lkoll mieghek, O Kbir Serafin...!

 

Fra Guzepp Sciberras, Terzjarju Frangiskan.

1912

 


Din il-Poezija dehret fil-HabbÔr ta' Sant Antnin, Sena 2, nru 10, Ottubru 1912, p. 295.

Valletta:  13.11.2003

 


 

Poezija

ta'

Fra Gusepp

Sciberras Terzjarju Frangiskan