Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


San Frangisk t'Assisi


ta' Frankie Mifsud


San Frangisk t'Assisi

 

Ghal qalbi hu tassew dan l-isem tieghi,

Li bih gejt mghammed jien fil-Maghmudija,

Ghal San Frangisk t'Assisi gejt imsemmi,

Qaddis li tant inhobb w ghaziz ghalija.

 

Jien qrajt il-hajja tieghu u sahhritni,

Frangisku ghex zghozitu fit-tgawdija,

Ta' erbgha w ghoxrin sena hass is-sejha,

Biex jimxi wara Kristu fil-qdusija.

 

Hu warrab il-pjaciri ta' did-dinja,

U pprova jixbah f kollox lil Ges,

Hu haddan l-umilt u ghex fil-faqar,

W osserva b'reqqa shiha kull virt.

 

Il-hegga kbira li tant kellu ghal Kristu,

Madwaru ngabru ohrajn li naghqdu mieghu,

U waqqaf Ordni religjuz li ghamel

Hafna gid, u hekk hu lahaq l-iskop tieghu.

 

Frangisku u shabu xandru l-Evangelju,

F'pajjizi nsara wkoll qalb il-pagani.

B'semplicit u kliem ta' konvinzjoni,

Tant nies gew mghammda w saru wkoll Kristjani.

 

Hu ghamel regola sabiex jimxu fuqha,

Din giet mill-Papa mbierka w accettata,

U ferah San Frangisk b'din l-opra tieghu,

Li issa giet maghrufa w approvata.

 

Frangisku w Klara waqqfu t-tieni ordni,

Ukoll it-tielet ordni sekulari,

Dawn l-ordnijiet tant ghamlu gid lill-Knisja,

U mlew il-qlub tan-nies b'ferh spiritwali.

 

Frangisku sentejn qabel ma temm hajtu,

Ircieva l-pjagi mqaddsa tal-passjoni,

U hekk gie jixbah sew lil Kristu msallab,

Li lejh hu kellu l-akbar devozzjoni.

 

X'hin wasal biex ihalli din il-hajja,

Hu ried li fl-art jitgqieghed fit-tbatija,

U miet bil-patrijiet imdawrln mieghu,

Isejjah lill-Mulej b'vuci qawwija.

 

Sentejn minn mewtu San Frangisk t'Assisi,

Gie ddikjarat qaddis universali,

Fost entuzjazmu kbir tal-Frangiskanl,

U ferh tat-popli kollu generali.

 

Illum f'daz-zmien ta' glied, mibeghda w dmija,

Insejhu lilek San Frangisk, u mieghek

Nghidu t-talba helwa li ghallimtna.

"Mulej aghmilna int strument tal-paci tieghek".

 

Frankie Mifsud

Il-Belt Valletta 2004

 


Din il-Poezija waslet ghandna bl-idejn minghand l-awtur innifsu.

Valletta: 27.2.2004


Poezija

ta'

Frankie Mifsud