Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Aghmel li Nimitawk


ta' Patri Dumink Bonello OFMConv


Aghmel li nimitawk

ghajna lit-tliet devozzjonijiet jew imhabbiet

li kellu Missierna San Frangisk ghal Gesł

 

Thegget qalbi biex infakkar

l-imhabbiet li kellek fik,

San Frangisk, ghaziz Missierna,

dawn unur kienu ghalik!

 

Dik l-imhabba l'inti kellek,

ghal Gesł ckejken tarbija,

illi twieled minn Omm Vergni

kemm ghalik u kemm ghalija.

 

Dal misteru t'Alla-Bniedem,

int Missierna wisq habbejt,

sa l-Presepju ghogbok taghmel

b'hekk imhabbtek dlonk urejt.

 

Imhabb'ohra tkebbset f'qalbek:

il-Passjoni tal-Mulej,

l-ugigh tieghu xtaqt iggarrab

bla ma taghti kaz ta' xej'.

 

Kien ghalhekk li Gesł zejjnek

b'dawk il-pjagi gewwa jdejk

berah kien il-kustat tieghek,

minfudin ukoll riglejk.

 

Thegget f'qalbek imhabb'ohra

ghal Gesł Sagramentat,

u ghal dawk li permezz taghhom

fuq l-altar hu pprezentat.

 

Meta mqar kont tilmah knisja,

il-qalb tieghek bil-ferh tfur;

talba tlissen b'tifhir 'l Alla,

b'hekk imhabbtek turi tmur.

 

Aghmel int Frangisk Missierna,

nimitawk f'dawn l-imhabbiet,

biex hekk wara din il-hajja

nigu hdejk gewwa s-smewwiet!

 

P. Dom. Bonello OFMConv

Rabat - Ghawdex: 3 ta' Marzu 2004


Din il-Poezija waslet  ghandna bl-idejn minghand l-awtur innifsu.

Valletta: 3.3.2004


Poezija

ta'

Patri Dumink

Bonello

OFMConv