Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Lil Missieri San Frangisk


ta' Judith Gatt OFS.


Lil Missieri San Frangisk

 

Ghazih missier, il-paci mieghek,

Dawn il-versi huma ghalik,

Ghax jien lilek bhalek inhobb nikteb.

Nibda billi nistaqsik:

 

San Frangisk, kif nista' naghmel

Biex il-foqra inhobb ahjar?

Kif sa naghmel biex lil morda

Intafflhom ftit imrar?

 

Dejjem kellek int ghal qalbek

Dawn il-morda u fqajrin

Ghaliex fihom rajt lil Kristu

Qed ibati fl-istess hin.

 

Bil-kampanja kont titghaxxaq

Tfahhar 'l Alla u l-holqien

Minn ta' l-ewwel kont biex tghallem

Li dal-gmiel gej minn x'imkien.

 

Lix-xemx sejjahtilha ohtok

U lil qamar tghidlu huk.

L-annimali u l-aghsafar

Dawn f'Gesu kollha fakkruk.

 

Geww'Assisi in-nies hasbu

Li zvijjajt u tlift it-triq.

Izda kienet biss l-imhabba

Illi kellek ghall-Hallieq.

 

Ghodwa wahda l-Mulej kellmek

Mis-salib ta' San Damjan.

Talbek issewwilu l-Knisja

u bdejt thabrek f'dan il-ghan.

 

Wara zmien tahdem mal-morda

Li fik raw l-aqwa habib

Indunajt tassew x'ried jghidlek

Dak li kellmek mis-salib.

 

II-ftit hbieb li baqghu mieghek

Fl-istess passi blew mexjin;

Bhalek lis-sinjura Faqar

Volontari mizzewgin.

 

Sahansitra fegget tfajla

illi ghazlet sakemm tmut

Lill-Gesu toffri hajjitha

Tghix fil-faqar assolut.

 

Maghha wkoll ohrajn issiehbu

Ghonja w foqra kulhadd gej

Bidlu l-kumdit tal-hajja

Ma' l-imhabba tal-Mulej.

 

Dawk li jghixu il-Vangelu

Bhala lajci hekk twajbin

Ordni iehor waqqaftilhom

Biex ifahhru r-Re Divin.

 

Il-presepju haj ta' Greccio

Kompla kabbar it-twemmin

Meta fil-maxtura ckejkna

Ghamel dehra il-Bambin.

 

Lil Gesu fl-Ewkaristija

Kont tadura bl-ikbar talb

Kont timtela bl-ikbar hena

Li qatt tista' timla l-qalb.

 

Tajt ezempju bit-tbissima

Fit-tbatija li batejt

Ma qtajtx qalbek, komplejt miexi

Fidi soda int urejt.

 

Il-Mulej ried kuntatt mieghek

Gie taht xebh ta' serafin

Meta zarek fuq il-VERNA

b'sitt igwienah miftuhin.

 

Min jaf kif intlift mid-dinja,

x'emozzjoni int hassejt;

Meta fuqek dehru l-pjagi

ta' dak illi tant habbejt.

 

San Frangisk int ghakkist gismek

Ghax kont taf li trab se jsir,

Int haddant il-penitenza

B'cahda w sagrificcju kbir.

 

Int xandart il-kelma t'Alla

Ghad li l-mard bilkemm halliek.

Meta d-dawk t'ghajnejk battielek

Tal-martirju doqt ix-xwiek.

 

Int l-ambaxxatur tal-paci

W ghandna bzonnok f'dan iz-zmien.

Wara tant konflitti w gwerer

Ghad hawn glied ma' kullimkien.

 

F'dak it-tielet jum t'Ottubru,

Elf mitejn sitta w ghoxrin

Waslet fl-ahhar il-mewt ohtok

Quddiem hutek migburin.

 

Fuq il-qiegha ta' l-art kiesha

Kif tlabt int huma qieghduk;

Fejn il-pjagi dehru sewwa

U mijiet gew izuruk.

 

Ta' kull sena meta l-festa

Tieghek hawn niccelebraw

Nahsbu fik hdejn Alla l-gholi

Waqt li l-angli ikantaw

 

Dak il-kantiku tal-hlejjaq

Li, bil-kliem li fih sawwart,

Irnexxielek turi r-rabta

Illi hemm bejn sema w art.

 

Bhalma darba kien skop tieghek

Li tal-paci tkun strument

Ghinna f'din ix-xewqa nobbli

Biex titwettaq verament.

 

F'dan il-post qaddis t'Assisi

F'isem huti maghqudin

Inroddulek hajr u nweghdu

Li warajk nibqghu mexjin.

 

Sahha San Frangisk

Jiena bintek Judith Gatt

 


Din il-Poezija dehret hr-rivista, Lehen Frangisku, Lulju/Awwissu/Settembru, 1996, 5.  U waslet ghandna minghand l-awtrici nnihsha.

Valletta 28.11.2004


 

Poezija

ta'

Judith

Gatt

OFS