| San Guzepp ta' Copertino - 400 sena mit-Twelid - 1603-2003 | ||
|
Taghrif dwar il-Hajja ta' San Guzepp ta’ Copertino 1603-1663 Kitba ta’ Patri Alexander Bonnici OFMConv.
Fil-belt ckejkna ta' Copertino, in-naha t'isfel ta’ l-Italja kien ighammar hajjat ta' hila li kien jismu Felic Desa; kien bniedem ta' galb tajba u ma kienx sabha bi tqila li ihalla id-djun ta' x uhud mill-hbieb tieghu; imma l-istess generozità tieghu kienet il-htija li hu nnifisu kellu jiddejjen biex izomm il-familja fqira tieghu, u kellu sahansitra jahrab minn daru biex ma jagax taht il-pieni tal-ligi. Fi zmien meta martu Franceschina (imwielda Panaca) kienet sejra taghti t-twelid lil tarbija taghha, il-puluzija kienet qed tigri warajhom. Ghalhekk hi kellha tinheba fi stalla fil-qrib sabiex ma tinstabx. Fil-faqar u fit-tbatija ta' magjel ta' l-annimali, l-istess bhal Sidna Gesù Kristu, u bhal San Frangisk t'Assisi, fis-17 ta' Gunju, 1603, twieled Guzeppi.
Franceschina kienet taf x'jigifieri t-tbatija tal-hajja. Hi tilfet erbgha minn uliedha f'eta ckejkna hafna. Lil Guzeppi hi rabbitu minghajr ebda fsied u, ghall-gid tieghu, hasset li kellha tkun iebsa mieghu. F'imhabbitha lejh, fi zmien meta wlied il-ghonja biss kienu jistudjaw, hi baghtitu jitghallem. Guzeppi, fi tfulitu, kellu natural difficli u, billi kien malajr jishon, hu ma tantx kellu hbieb.
Guzeppi kien ghadu ta' seba' snin meta, fis-sena 1610 kellu jaqta' mill-iskola. Tumur f'dahru, li deher li kien il-bidu ta' kankru, tefghu f'qiegh ta' sodda ghal hames snin shah. Ir-rimedji tat-tobba ma swew ghalxejn. Imma, imbaghad, ommu fis-sena 1615 haditu fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f'Galatone, u dilkitlu dahru biz-zejt li kien jixghel quddiem il-Madonna. Hu dlonk hassu ghaddej ghall-ahjar, u, tul hajtu kollha, baqa' dejjem konvint li dak in-nhar il-Madonna ghamlet miraklu mieghu.
Guzeppi ta' tnax-il sena beda jaqla' xihaga billi jbigh il-haxix; imbaghad hu beda jghin 'il wiehed mastrudaxxa. Imma hu donnu ma kien jaqala' ghal xejn. Guzeppi beda jhass ukoll li Alla kien qieghed sejjahlu ghall-hajja religjuza. L-ewwel gibda tieghu kienet lejn l-Ordni tal-Frangiskani Konventwali, kellu xi qraba; imma l-Frangiskani ma rawhx adattat. Guzeppi qatt ma habbat hlief bibien ta' Ordnijiet Frangiskani ohrajn. Hu xxennaq ghall-hajja religjuza fost il-Frangiskani Riformati; imma dawn baqghu jtawlulu. Fis-sena 1620, il-Kapuccini laqghuh bhala Fratell, u bdewlu n-novizzjat f'Martinafranca bl-isem ta' Fra Stiefnu. Imma, ghalkemm twajjeb, ma sata' jaqbad f'xejn: la biex jaghmel xihaga fl-ghalqa, u lanqas biex ighin fil-kcina. Kollox deher kontra tieghu ghaliex, fi zmien in-novizzjat, kellu tumur f'irkobbtu, u hu nnifsu ghamel l-izball li pprova jnehhih minghajr ghajnuna ta' tabib. Ghalhekk, wara tmien xhur novizzjat, il-Kapuccini baghtuh lura lejn daru bhala wiehed li ma kienx kapaci ghall-hajja kunvent. Guzeppi kien ghadu ta' 18-i1 sena. Imma kien digà bata hafna; b'mod specjali, in-nugqqas ta' hila tieghu ghaddieh minn hafna umiljazzjonijiet.
Fis-sena 1621, il-Frangiskani Konventwali raw ir-rieda tajba ta' dak iz-zaghzugh, u accettawh bhala Fratell fil-kunvent ta' Santa Maria della Grottella, qrib Copertino. Xi pass quddiem kien sar ghaliex Guzeppi ghamel hiltu kollha biex, flimkien mar-rebh fuqu nnifsu biex jghix dejjem ahjar, hu qaghad attent halli bl-akbar ezattezza jiddedika ruhu wkoll t-tindif tal-kunvent. Imma l-Patrijiet intebhu li Guzeppi, matul il-lejl, fil-hinijiet ta' l-akbar hemda, meta kulhadd kien jistrieh, kien qed jghaddi sighat fl-istudju. Wiehed miz-zijiet tieghu li kien Patri Frangiskan, ghalkemm fi zmenijiet ohrajn ma ried jaghmel xejn ghalih ghax iz-zaghzugh ma kienx qed jispiralu fiducja, ghenu biex mill-istat ta' Fratell, ghaddi ghal dak ta' kjerku, u jibda jithejja biex isir sacerdot. Dan gara fis-sena 1625. F'dik is-sena hu beda n-novizzjat tieghu.
Xejn ma kienet haga haffa ghaz-zaghzugh meta hu kellu jistudja l-latin. Kien sforz kbir fuqu nnifsu biex lilu sehhlu jistudja bl-amment it-tnax-il kapitlu tar-Regola Frangiskana. Imma, fis-sena 1626, Guzeppi Desa radd hajr minn qalbu lil Alla talli s-Superjuri tieghu accettawh ghall-professjoni religjuza fi hdan il-Frangiskani Konventwali. Ghalkemm b'passi tqal, Guzeppi baqa' miexi 'l quddiem. Kien b'ferh kbir ghalih meta beda tiela' t-tarag ta' l-artal. Wara ezami li swieh tant qtigh il-qalb, fis-6 ta' Jannar, 1627, Guzeppi rcieva l-ordni sagru tad-djakonat, u ma kienx fadallu hlief l-ahhar pass biex isir sacerdot. F’dak iz-zmien, hu kien fil-belt ckejkna ta' Nardò fejn kien qed jaghmel l-ahhar thejjijiet ghas-sacerdozju. Qatt f'hajtu ma kellu tant biza' mill-ezami. Imma, min-naha l-ohra, qatt ma helisha b'tant heffa. Hu baqa' jipprepara sa l-ahhar, u shabu bdew dehlin qablu. Imma l-Isqof baqa' mistghageb kemm kienu ippreparati tajjeb dawk iz-zghazagh frangiskani; ghalhekk, hu ggudika li ma kienx hemm ghalfejn jibqa' jezamina lill-ftit li kien fadal. Ghalhekk, Guzeppi helisha, u gie ordnat sacerdot minghajr ma resaq ghall-ezami. Dan kien fit-18 ta' Marzu, 1628.
San Guzepp ta' Copertino temm perjodu difficli hafna fil-hajja tieghu meta, bil-ghajnuna li tah Alla, hu gie ordnat sacerdot. Minbarra mill-preparazzjoni bl-istudju, Guzeppi thejja ghall-ezamijiet bis-sawm u bit-talb. Barra minn hekk, il-biza' kien il-htija li hu ghadda ljieli shah li matulhom ma satax jorqod. Ghal din ir-raguni, kull min jistudja jara f'San Guzepp ta' Copertino l-qaddis li jharsu mis-sema. L-istudenti tad-dinja kollha jirrikorru lejh sabiex jghinhom b'mod specjali fiz-zmien difficli ta' l-ezamijiet.
Malli sar sacerdot, Guzeppi kkonsagra hajtu ghal appostolat fejjiedi. Imma t-tentazzjonijiet ma naqsuhx. Hu kien twieled u ghex fil-faqar; imma, bhala religjuz, hu kellu xi ftit affarijiet essenzjali ghall-hajja aktar milli kellu f'dar ommu. Guzeppi gie li hass rabta zejda mal-ftit affarijiet li kellu; imbaghad, f'mument ta' tingiz tal-kuxjenza, kien jara kif jaghmel u jiccahhad anki minn dak li ma satax ighaddi minghajru. Madankollu gie li kien jigri li jerga' jigi fil-bzonn ta' xi affarijiet, u jkollu jara kif jakkwistahom. Hutu l-Patrijiet minhabba f'hekk gie li waqqghuh ghaz-zuffjett. Guzeppi baqa' jimmatura fl-ispiritwalita tieghu permezz ta' l-umiljazzjonijiet.
San Guzepp ta' Copertino ghandu titlu fl-istorja li lilu jagharfu mill-qaddisin l-ohrajn kollha. 'Hu jissejjah “il-Qaddis li jtir". Fl-4 ta' Ottubru, 1630, meta Guzeppi kellu 27 sena waqt purcissjoni f'gieh missieru San Frangisk, hu nqata' mill-art, u dam ghal xi hin mitluf f'estasi. Lehen fil-qalb tieghu -heggu biex jiccahhad minn kollox ghall-imhabba ta' Kristu. Malli raga' gie f'sensih, hu hassu mhawwad, u misthi minn min kien prezenti. Imma l-ewwel decizjoni tieghu kienet li jahrab lejn dar ommu, sabiex jitlaq f'idejha kull haga, imqar ckejkna, li hu sata' jghaddi minghajrha. Malli xterdet il-fama li Guzeppi kien qieghed itir, ghalih ma bediex xi zmien ta' glorja. Ghall-kuntrarju, hu ghadda minn kalvarju ghal iehor. Guzeppi gie akkuzat quddiem l-Inkizizzjoni ta' Napli bhala patri fanatku u perikuluz, Il-kaz tieghu beda jigi studjat f'Ruma. Il~Papa Urbanu VIII baghat Isqof f’ismu biex jezamina 'l Guzeppi. Il-gdusija tieghu dehret dubjuza.
F'Ottubru, 1638, Guzeppi rcieva l-ordni biex jidher quddiem l-Inkizitur ta' Napli. Guzeppi vvjagga minn Copertino ghal Napli, u mar fil-kunvent tal-Frangiskani Konventwali ta' San Lorenzo Maggiore. Il-Patrijiet ma hadux gost jilgghu fosthom 'il wiehed li gie akkuzat quddiem l-Inkizizzjoni. Quddiem l-Inkizitur, b'diffikulta kbira, Guzeppi rrakkonta l-ghegubijiet li Alla kien qed jaghmel mieghu. Ghall-ewwel, hu ma impresjona 'l hadd. Lilu ordnawlu jaqra bicca mill-Ufficcju Divin biex jaraw kellux xi kwalita tajba biex ikun sacerdot. Jumejn wara, dawk l-imhallfin ordnawlu jqaddes, u huma attendew ghall-Quddiesa tieghu. Waqt il-Quddiesa, hu tala' estasi. Huma riedu jkunu jafu minghandu x'kien jigri fost il-poplu meta ohrajn kienu prezenti ghal dak it-titjir tieghu. Imma hu ma kienx jaf x'jaqbad iwegibhom. Kien ahjar li jistaqsu lin-nies. L-Inkizizzjoni ta' Napli ma sabitx fiex tikkundannah; imma hu ma giex iddikjarat innocenti. Il-process kellu jkompli quddiem il-Papa nnifsu, u ma ntemmx b'dikjarazzjoni ta' innocenza hlief wara disa' xhur. Imma Guzeppi ntbaghat quddiem il-Miinistru General ta' l-ordni li kien P. Gwannbattista Berardicelli. Bhala Patri li habat difru mat-Tribunal ta' l-Inkizizzjoni, Guzeppi ma satax jintlaga' tajjeb mill-General ta' l-Ordni. Anki jekk kien innocenti, kien hemm bzonn li jghix maqtugh min-nies u mbieghed minn artu. Hu rcieva l-ordni li jmur fil-komunita tas-Sacro Convento ta' Assisi.
Guzeppi wasal Assisi fit-30 ta' April, 1639, u baqa' jghix hemm ghat-tul ta' erbatax-il sena. Hu kellu jghix magtugh min-nies; imma l-gdusija tieghu kienet tinhass hafna. Persunaggi maghrufin bdew ifittxuh; imma dawn ma setghux jitkellmu mieghu hlief wara li kien jinqala' l-permess. Fost l-ohrajn, il-princep luteran Gwanni Federiku ta' Brunswick tqanqal minn kliemu u kkonverta ghar-Religjon Nisranija. Ghalkemm ta' ftit skola, il-pariri tieghu kienu juru gherf kbir. ‘L Alla, Guzeppi kien jghixu, u ghalhekk kien jaf jitkellem fuqu aktar minn bosta ghorrief. Imma l-problemi u l-inkwiet ma naqsuhx. Alla ppermetta li hu jaghmel xi mirakli. Lil x'uhud, hu habbrilhom il-futur. Imma Guzeppi baqa' mbazza' hafna mill-isem li kien jakkwista fost il-bnedmin. Ghal darb'ohra, l-isem tajjeb lilu ma geblux hlief slaleb u tbatija.
Il-Papa Innocenzu X, fis-sena 1653, osserva li Guzeppi ma kienx qed jghix magtugh min-nies. L-ordni kien li hu jghix mifrud sahansitra minn shabu l-Patrijiet stess. Kienu ghaddew 14-i1 sena; imma dak l-ordni kien ghadu jghodd filqawwa tieghu. Ghalhekk, il-kaz ta' Guzeppi raga' tressaq ghal darb'ohra quddiem l-Inkizizzjoni. Il-kastig li Guzeppi rcieva kien wiehed ahrax, u li ma kienx soltu jinghata. Hu rcieva l-ordni li jitlaq minn fost hutu, il-Frangiskani Konventwali, u jmur jghix ghal zmien indeterminat gewwa Pietrarubbia, f'kunvent tal-Kapuccini li kien qieghed f'quccata ta' gholja; minn hemm, hu rega' ttiehed fil-kunvent kapuccin ta' Fossombrone. Guzeppi kien fl-istat ta' wiehed habsi; imma l-Kapuccini taffewlu hafna minn dik it-tbatija ghaliex huma ntebhu li l-prigunier li kellhom kien persunagg straordinarju. Il-waqtijiet ta' estasi ma qatghux. Hu baqa’ jinqata' mill-art b'mod specjali meta xihadd kien isemmi l-isem ta' Marija, li maghha hu tant kien ihossu marabut. F'dak iz-zmien, Guzeppi kien jilbes ta' Kapuccin. Il-Kapuccini, li kienu saru qishom hutu, kienu jmorru ta' sikwit fil-kamra tieghu biex jisimghuh jitkellem, u jiehdu pariri minghandu.
Bil-mod il-mod, kulhadd sar konvint mill-qdusija ta' Guzeppi. Din issaffiet bi provi mill-izjed kbar. Il-Frangiskani Konventwali ta' Assisi kienu hallewlu c-cella tieghu kif kienet biex hu jkun jista' jerga' jirritorna fiha. Id-decizjoni filkaz tieghu riedet tigi mill-Papa. Imma Papa Alessandru VII wiegeb lill-Frangiskani Konventwali b'dawn il-kelmiet: "Ahna ma rriduhx f'dak is-Santwarju. Hemm, intom diga ghandkom 'il San Frangisk. Ma rridux li jkun hemm San Frangisk iehor".
Sadanittant, fl-10 ta' Lulju, 1657, Guzeppi rcieva l-ordni li jhalli l-kunvent tal-Kapuccini u jirritorna fost hutu l-Frangiskani Konventwali tal-kunvent ta' Osimo fil-Marche. Guzeppi laqa' dak l-ordni bil-ferh. Huwa u diehel f'dak il-kunvent b'farag fil-galb tieghu, Guzeppi stqarr: "Dan hu l-post tal-mistrieh tieghi". Gewwa Osimo, il-periklu kien dak ta' l-imghoddi. Ma kienx possibbli li l-qdusija ta' Guzeppi ma tohrogx 'il barra mill-bibien tal-kunvent frangiskan. Ghathekk, malli sar maghruf li hafna baqghu jfittxuh u jxandru lgrazzji li kienu qed jircievu permezz tieghu, waslu bosta twissijiet min-naha ta' l-Inkizizzjoni. Jekk Guzeppi ma jinzammx f'hajja ta' skiet u jekk ma jinqatax minn hafna kuntatti mal-poplu, hu sata' jigi trasferi ghal darb'ohra. Dan ittwiddib wasal f'widnejn Guzeppi. Hu ma fittixx il-folol u qatt ma ghamel xejn biex isir popolari. Ma kellu l-ebda htija meta ohrajn bdew ifittxuh. Imma dik id-darba, it-theddid ta' trasferimenti ma deherx li inkwitah. Alla nebbhu li kien sejjer isejjahlu ghal ghandu minn dak il-kunvent ta' Osimo. Hu kien soltu jghid: "Hawnhekk f'dan il-post jiena nista' mmut hieni ghaliex ninsab ma' huti".
Il-belt ta' Osimo ferrhet il-qalb ta' Guzeppi ta' Copertino. Hu kien mimli bl-imhabba lejn il-Madonna. Dak il-kunvent ma hux imbieghed wisq mill-belt ckejkna ta' Loreto fejn hemm Santwarju tad-dar tal-Madonna. Minn Osimo, fiddehra ta' dak is-Santwarju, Guzeppi kemm-il darba kien jinqata' mill-art u jitla' estasi.
Fis-sena 1663, meta hu ghalaq 60 sena, is-sahha ta' Guzeppi baqghet sejra dejjem lura. Meta, fix-xahar ta' Settembru, it-tabib li kien qed jikkurah qallu biex jitlob 'l Alla halli jfiq malajr, Guzeppi wiegeb: “Ghaziz tabib, m'intix qed tghallimni tajjeb. Ahna ghandna noqoghdu ghar-rieda ta' Alla. Jiena qlajt hafna grazzji bl-intercessjoni ta' Marija, Omm Alla. Jiena naqla' anki l-grazzja li nfiq, jekk nitlobha. Imma ma inhix sejjer nitlob din il-grazzja ghaliex kemm lill-hajja kif ukoll lill-mewt tieghi, jiena qeghedthom f'idejn Alla, Hu jaghmel minni dak li joghgob lilu".
Fis-17 ta' Settembru, 1663, nhar il-festa tal-Pjagi ta' Missieru San Frangink, Guzeppi bilkemm sata' jibla' l-ostja li s-sacerudot qarbnu biha. Hu offra dik l-ahhar tqarbina tieghu ghall-bzonnijiet tat-Papa u tal-knisja.
Nhar it-18 ta' Settembru, 1663, Guzeppi talab fis-skiet waqt li qaghad jistenna bil-kalma lill-mewt li, bhal San Frangisk, sejhilha "Ohtu". Waqt li sacerdot, fis-skiet tal-lejl, kien qed jirrecitalu l-litanija tal-Madonna u tal-Qaddisin u t-talb ghall-moribondi, Guzeppi baqa' jwiegeb taht l-ilsien. Imbaghad, bit-tbissima fuq xufftejh, ftit qabel nofs il-lejl, ir-ruh ta' Guzeppi ta' Copertino taret lejn is-sema.
Il-qdusija tieghu li, tul hajtu, kulhadd baza' jaghmilha pubblika, malajr saret maghrufa ma' kullimkien. Bhalma gara f'hajtu, saru bosta processi biex bihom jaraw jekk hu kienx tassew qaddis. Il-Knisja kkonfermat il-qdusija tieghu. Fis-16 ta' Lulju, 1767, il-Papa Klement XIII ghollieh ghall-gieh ta' Qaddis.
Minn dak iz-zmien 'il hawn, il-fdal tieghu baqa' dejjem meqjum fil-belt ta' Osimo fejn il-Frangiskani Konventwali ddedikaw ghalih Santwarju li gie moghti t-titlu ta’ bazilka. Ghalkemm ma ghex f'din il-belt ckejkna hlief fl-ahhar snin ta' hajtu, illum, l-akbar qima li tinghatalu hi minn dan il-post ckejken qrib il-belt ta’ Ancona. Imma ismu baqa' marbut mal-post fejn hu twieled ghaliex minn dejjen: baqa' maghruf bhala “San Guzepp ta' Copertino".
Rakkont mehud mill-ktieb ta’ Patri Alexander Bonnici OFMConv, San Frangisk u Qaddisin Frangiskani Ohra, Hajjiet 12, Religjon u Hajja, Malta 1984. Xi kitbiet dwaru; Bergadano Elena , Giuseppe da Copertino, Edizioni San Paolo, Torino, 1994. Danza Bonaventura, San Giuseppe da Copertino il Santo dei voli, Copertino, Tipolito Greco, 2001. Pansciani Gustavo, San Giuseppe da Copertino, l'uomo che sapeva volare, Osimo, 2003 Pansciani Gustavo, San Giuseppe da Copertino, Il santo invocato dagli studenti, III edizioni,Osimo, 2001. Pansciani Gustavo, San Giuseppe da Copertino, alla luce dei nuovi documenti, Pax et Bonum, Osimo, 1964. Parisciani Gustavo, San Giuseppe da Copertino, Pax et Bonum, Osimo, 1967. Parisciani Gustavo, Ecstasy, Jail, and Sanctity, Pax et Bonum, Osimo, 1968. |
![]() San Guzepp ta' Copertino 400 Sena mit-Twelid 1603-2003
Kelma tal-Papa "Din is-Sena Centinarja taghti opportunità providenzjali lill-komunità nisranija kollha kemm hi, biex trodd hajr lill-Mulej ghall-frott abundanti ta’ qdusija u gherf uman moghti lil dan il-Qaddis umli u docli ta’ Kristu."
Dwar il-Qaddis ara wkoll ■ Guzepp
|
|