| San Guzepp ta' Copertino - 400 sena mit-Twelid - 1603-2003 | ||
|
Messagg tal-Qdusija tieghu l-Papa lill-Ministru General ta’ l-Ordni Frangiskan tal-Patrijiet Minuri Konventwali
Lir-Reverendissimu Patri JOACHIM GIERMEK Ministru General ta’ l-Ordni Frangiskan tal-Patrijiet Minuri Konventwali
1. Ilqajt bil-ferh li l-Ordni bi hsiebu jfakkar l-400 sena mit-twelid ta’ san Guzepp ta’ Copertino, li sehhet fis-17 ta’ Gunju 1603 permezz ta’ ghadd ta’ inizjattivi religjuzi, pastorali u kulturali, mahsuba biex ikunu skoperti mill-gdid il-profondità u l-attwalità tal-messag ta’ dan id-dixxiplu fidil tal-Fqajjar ta’ Assisi.
F’din ic-cirkustanza sinifikattiva nhossni kuntent li naghti t-tislim l-aktar kordjali tieghi lilek u nwasslu bil-qalb wkoll lill-komunità Frangiskana ta’ Osimo u lill-Patrijiet Minuri Konventwali imxerdin mad-dinja. Insellem ukoll lid-dovoti u l-pellegrini li jiehu shem f’dawn ic-celebrazzjonjiet gubilari solenni.
2. Din it-tifkira mportanti hija okkazjoni singolari ta’ grazzja offruta qabel xejn lil Patrijiet Minuri Konventwali. Mill-ezempju tal-qaddis huma ghandhom ihossuhom imbuttati biex jinzlu fil-fond tas-sejha religjuza taghhom biex iwiegbu b’inpenn imgedded, kif ghamel il-Qaddis fi zmienu, ghall-isfidi kbar li s-socjetà tpoggi lis-segwaci ta’ San Frangisk ta’ Assisi fis-sbieh it-tielet millenju.
Fl-istess waqt din is-sena centinarja taghti opportunità providenzjali lill-komunità nisranija kollha kemm hi, li trodd hajr lill-Mulej ghall-frott abundanti ta’ qdusija u gherf uman moghti lil dan il-Qaddis umli u docli ta’ Kristu.
San Guzepp ta’ Copertino ikompli jiddi fi zmiena bhala fanal li jdawwal il-mixja ta’ kuljum ta’ dawk li jirrikorru ghall-intercessjoni celesti tieghu. Maghruf popolarment bhala “il-Qaddis li jtir”, minhabba l-estasi ta’ spiss tieghu u l-esperjenza mistica tal-ghageb, huwa jistieden u wiezen l-istennijiet intimi tal-qlub u dawk li jfittxu s-sens profond tal-hajja, u fl-ahharnett, jimbuttahom biex jiltaqghu personalment ma’ Alla u biex jintelqghu ghal kollox ghar-rieda tieghu.
3. Bhala Patron ta’ l-istudenti, San Guzepp ta’ Copertino jaghti kuragg lid-dinja tal-kultura, b’mod partikulari ta’ l-iskola, biex inpoggu l-gherf uman fuq l-Gherf ta’ Alla. U huwa propju minhabba din id-docilità nterjuri ghal Gherf divin tieghu, li dan il-qaddis singolari jista’ jipproponilni lilu nnifsu bhala gwida spiritwali lil kull kategorija ta’ fidali. Lis-sacerdoti u lir-religjuzi, liz-zghazagh u lill-adulti, lit-tfal u lill-anzjani, lil kull minn jixtieq ikun dixxiplu ta’ Kristu. Huwa jkompli jindika l-pritorijtajiet li dawn l-ghazliet radikali igibu maghhom. L-gharfien tal-primat ta’ Alla fil-hajja taghna, il-valur tat-talb u tal-kontemplazzjoni, il-gibda mqanqla lejn il-Vangelu “sine glossa”, bla kompromessi. Hekku xi kondizzjonijiet li huma ndispensabbli biex inkunu xhieda kredibbli ta’ Gesù billi nfittxu bl-imhabba il-wicc qaddis tieghu. Hekk ghamel dan il-mistiku tal-ghageb, segwaci ezemplari tal-Fqajjar ta’ Assisi. Imheggeg bi mhabba tenera lejn il-Mulej u moghti ghall-qadi tas-Saltna tieghu. Mis-sema issa ma jieqafx jipprotegi u jsahhah lil dawk, li jsegwu l-passi tieghu u li bi hsiebhom jikkonvertu lejn Alla u li jimxu b’fehma shiha fuq it-triq tal-qdusija.
4. fl-ispiritwalità li tghazel il-Qaddis johorgu it-toroq tipici tat-tradizzjoni genwina Frangiskana. B’imhabba tieghu lejn il-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni Guzepp ta’ Copertino f’estasi kkontempla l-Iben ta’ Alla mwieled f’Betlem u sejjahlu b’tant ghozza u kunfidenza “il-Bambinello”. Wera bid-deher il-hlewwa lejn dan il-misteru fit-tghannieq ta’ l-istatwa tax-xema’ tal-Bambin Gesù, waqt li jkanta u jizfen ghat-tenerezza li Alla ferragh bl-abbundanza fuq l-umanità fil-grotta tal-Milied.
Imbaghad kienet imqanqla l-partecipazzjoni tieghu lejn il-Passjoni ta’ Kristu. Il-Kurcifiss kien dejjem prezenti fil-mohh u fil-qalb tieghu, fost t-tbatijiet ta’ hajja mhux dejjem mifhuma u spiss imfixkla. Id-dmugh kien jinzel minn ghajnejh ghall-hsieb tal-mewt ta’ Gesù fuq is-Salib. Fuq kollox, minhabba, kif kien ihobb itenni, li kienu d-dnubiet li nifdu l-gisem immakulat tar-Redentur bil-martell ta’ l-ingratitudni, ta’ l-egojizmu u ta’ l-indifferenza.
5. Aspett iehor importanti ta’ l-ispiritwalità tieghu kienet l-imhabba lejn l-Ewkaristija. Ic-celebrazzjoni tal-Quddiesa Mqaddsa, kif ukoll is-sieghat twal li kien iqatta’ fl-adorazzjoni quddiem it-tabernaklu, kienu il-qalba tal-hajja tieghu ta’ talb u ta’ kontemplazzjoni. Kien iqis is-Sagrament ta’ l-Altar bhala “Ikel ta’ l-Angli”, misteru tal-Fidi mholli minn Gesù lill-knisja tieghu, sagrament li fih l-Iben ta’ Alla maghmul bniedem ma jidhirx lil fidili wicc imb’wicc, imma qalb ma’ qalb. F’dan il-misteru kbir – kien ighid – Alla tana t-tezori kollha tas-setghat Divini u ghamilha possibili biex niehdu sehem fil-hniena Divina tieghu. Minn dan il-kuntatt ta’ kuljum ma’ Gesù Ewkaristija, huwa kien jikseb is-serenità u l-paci, li mbaghad kien jittrasmetti lil dawk li kien jiltaqa’ maghhom, waqt li jfakkar li b’dan il-mod ahna lkoll pellegrini u ghorba fil-mixja taghna lejn l-eternità.
6. San Guzepp ta’ Copertino jintghazel ghas-semplicità u l-ubbidjenza tieghu. Miftum minn kollox, ghex kontinwament f’mixja minn kunvent ghall-iehor skond kif kienu jixtiequ s-superjuri u kien jintelaq f’kull cirkustanza f’idejn Alla.
Frangiskan tassew, skond l-ispirtu tal-Fqajjar ta’ Assisi, kellu rabta profonda mas-successur ta’ Pietru u kellu sens haj tal-Knisja, li habb b’mod inkondizzjonat. Kien ihossu membru haj u attiv tal-Knisja mifhuma fir-rejaltà intima taghha bhala Gisem Mistiku. Kien miftuh kollu kemm hu ghar-rieda tal-Papa ta’ zmienu billi halla li jkun imsieheb fil-postijiet fejn sejhitlu l-ubbidjenza, billi accetta wkoll l-umiljazzjonijiet u d-dubbji li gabu maghhom l-originalità tal-karizmi tieghu. Cert ma setghax jichad l-ghageb tad-doni li rcieva, izda ‘l boghod minn kull atteggjament ta’ kburija u ftahir, kompla jkabbar fih sentimenti ta’ umiltà u ta’ verità, u kien jaghti l-merti kollha tal-gid li kien ifur f’idejh ghall-azzjoni gratwità ta’ Alla.
7. U x’inghidu ghad-devozzjoni filjali u mqanqla li kellu lejn il-Vergni Marija? Sa minn zghozitu deher jieqaf fit-tul f’riglejn il-Madonna tal-Grazzji, fis-Santwarju ta’ Galatone. Aktar tard kien jieqaf biex jikkontempla x-xbieha tant ghaziza ghalih tal-Vergni ta’ Grottella, li kienet is-shieba tieghu tul hajtu kollha. Fl-ahharnett, mill-kunvent ta’ Osimo, fejn ghadda l-ahhar snin ta’ hajtu, kien idawwar harstu lejn il-Bazilka ta’ Loreto, centru ta’ devozzjoni Marjana.
Ghalih Marija kienet l-Omm tassew li maghha kellu rapport ta’ iben semplici u kunfidenza sincera. Illum ukoll huwa itenni lid-devoti li jersqu lejh: “Din hija l-Protettrici, Sinjura, Patruna, Omm, Gharusa, Ghajnuna taghna”.
8. F’San Guzepp ta’ Copertino, tant ghaziz ghall-poplu tiddi l-gherf tac-ckejknin u l-ispirtu tal-Beatitudni tal-Vangelu. Matul il-hajja tieghu kollha huwa juri t-triq li twassal ghal ferh veru, wkoll jekk fost it-tahbit u t-tbatija: ferh li gej minn fuq u li jitwieled mill-imhabba lejn Alla u lejn l-ahwa, frott ta’ tficcija twila u mpenjattiva tal-veru gid u ghaldaqstant kontagguza ghal min jigi f’kuntatt maghha.
Jekk minhabba tal-impenn intens u shih ta’ ascezi nisrani tieghu, dan il-qaddis jista’ jidher quddiem il-harsa superficcjali bhala bniedem rozz, server u rigoruz, fir-realtà izda, huwa bniedem ta’ ferh, ta’ min ihobbu u dhuli ma’ kulhadd. Anzi dawk li kitbu dwaru jirreferu li hu irnexxilu jitrassmetti l-ferh qaddis u frangiskan tieghu permezz tal-mod kif kien jitlob, moghni b-komposizzjonijiet muzikali sbieh u minn versi popolari li kienu jsahhru lil minn jisimghu u jqanqlu mill-gdid id-devozzjoni.
9. Dawn il-karatteristici kollha jressqu spiritwalment vicin lil San Guzepp ta’ Copertino lejn il-bniedem ta’ zmiena. Nixtiequ ghalhekk li dan l-anniversarju ikun okkazjoni u milqugh tajjeb biex niskopru l-ispiritwalità awtentika tal-“Qaddis li jtir”, fl-iskola tieghu ilkoll nistghu nitghallmu kif nimxu t-triq li twassal ghall-qdusija ta’ kuljum iffurmata bit-twettiq fidil tad-dmirijiet taghna ta’ kuljum.
Ghall-Patrijiet Minuri tal-familja religjuza Konventwali Guzeppi, huwa mudell imdawwal ta’ mixja evangelica, skond il-karizma ta’ Frangisku u klara ta’ Assisi. Ghall-fidili, li jiehu sehem fil-mumenti kommemorattivi varji ifakkar li kull min jemmen irid “jaqla’ ‘l barra”, billi jafda fl-ghajnuna tal-Mulej biex iwiegeb b’mod shih ghas-sejha tieghu ghall-qdusija.
F’kelma wahda, ix-xhieda erojka tal-Vangelu ta’ dan il-bniedem ta’ Alla li jigbdek, maghruf mill-Knisja u propost mill-gdid lill-irgiel u lin-nisa ta’ zmiena, hija ghalina lkoll sejha qawwija biex nghixu mqanqla u b’hegga l-fidi taghna, fis-sitwazzjonijiet differenti u Komplessi taz-zmien li qed nghixu fih.
B’dawn is-sentimenti u xewqat bil-qalbi kollha naghti lilek Reverendissmu Ministru General, lill-patrijiet imxerdin mad-dinja u lil dawk kollha li jersu ta’ kuljum lejn is-santwarju ta’ Osimo, barka Apostolika specjali, li b’ghozza inwassal lil dawk kollha li jispiraw ruhhom mill-ezempju u mit-taghlim tal-Qaddis ta’ Copertino.
Mill-Vatikan, 22 ta’ Frar 2003
Joannes Paulus II
Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja ofmconv. Assisi 19.3.2003 |
![]() San Guzepp ta' Copertino 400 Sena mit-Twelid 1603-2003
Dan huwa il-Messagg mahrug mis-Sala Stampa tas-Santa Sede fis-17 ta’ Marzu 2003 li l-Qdusija tieghu l-Papa baghat lill-Ministru General ta’ l-Ordni Frangiskan tal-Patrijiet Minuri Konventwali, Patri Joachim Giermek, fl-okkazjoni tac-celebrazzjoni ta’ l-400 Anniversarju mit-Twelid ta’ San Guzepp ta’ Copertino.
Dwar il-Qaddis ara wkoll: ■ Guzepp |
|