San Guzepp ta' Copertino - 400 sena mit-Twelid - 1603-2003
 

◄◄|werrej|►►


Patrun ta' l-Istudenti

il-bidu u t-tixrid tad-Devozzjoni


San Guzepp ta' Copertino barra li huwa Patrun tal-piloti huwa maghruf wkoll bhala "il-Patrun ta' l-Istudenti", specjalment dawk li jkunu waslu biex jaghtu xi ezamijiet.

 

Din id-devozzjoni mhix wahda qadima hafna. San Guzepp ghal dawn l-ahhar sekli kien u ghadu maghruf bhala "il-qaddis ta' estasi", "il-qaddis li jtir", "il-qaddis ta' l-Ewkaristija", "il-qaddis tal-Madonna" jew "il-qaddis martri ta' l-ubbidjenza".  Fis-seklu li ghadda l-qaddis kiseb titlu iehor dak li jaf jghin lil dawk li jkunu ser jaghmlu xi ezami.

 

Bidu tad-devozzjoni

Kien f'Napli, fil-belt li fiha il-qaddis kellu jidher quddiem it-tribunal ta' l-Inkizzizzjoni, li bdiet din id-devozzjoni. Grupp ta' studentu, li kienu midhla tal-Knisja ta' San Lorenzo Maggiore, li jiehdu hsiebha l-patrijiet Frangiskani Konventwali, sabu fil-Qaddis ta' Copertino wens specjalment waqt iz-zmien ta' l-ezamijiet.  Dawn iz-zghazagh skoprew li San Guzepp bhal kull zaghzugh iehor kellu jhabbat wiccu mal-qtiegh il-qalb ta' l-ezamijiet.  Guzeppi wkoll kellu jaghmel l-ezamijiet kemm biex setgha jigi ordnat suddjaknu u kemm biex isir djaknu u sacerdot.  Kellu huwa wkoll d-diffikultajiet tieghu, mhux tant minhabba n-nuqqas ta' intelligenza jew ta' preparazzjoni, infatti nafu li kien jaghmel hin twil ta' thejjija u li kien jghaddi sahansitra hin twil matul il-lejl ghad-dawl tax-xemgha jistudja.  Guzeppi ma kellux memorja li tahzen bizzejjed, terga' kien tilef hafna snin ta' studju minhabba li kien marid.  Madanakollu Guzeppi dejjem ghamel il-parti tieghu u ghalhekk dejjem ra 'il Alla jaghmel il-kumplament f'dawn il-mumenti ta' prova.

 

Id-devozzjoni tal-qaddis bhala protettur ta' l-istudenti kompla giebha 'l quddiem l-Abbè La-Fontain, sacerdot Franciz, meta ta' bidu ghal "novena" semplici b'supplika biex imur tajjeb fl-ezamijiet.  Din id-drawwa xi snin wara wirtuha u komplewha il-patrijiet kapuccini ta' Parigi. Dawn fl-1946 ippubblikaw ktieb bil-hajja ta' San Guzepp ta' Copertino bl-isem "Patron des candidats aux examens" (il-Patrun tal-kandidati ta' l-ezamijiet).  U b'hekk bdiet infirex id-devozzjoni.

 

Tinxtered id-devozzjoni tal-qaddis

Bla dubbju sa mill-bidu nett l-eku ta' din id-devozzjoni malajr wasal Osimo, fejn hemm meqjum il-gisem tal-qaddis.  Patri Antonio Rocchetti qaleb ghat-taljan in-novena ta' l-Abbè La-Fontain.  Madanakollu d-devozzjoni  hadet ftit taz-zmien biex taqbad fl-Italja, specjalment fiz-zmien ta' bejn il-gwerra-il kbira ta' 1914-1918 u dik ta' 1940 u 1945.

 

Meta ghadda z-zmien tat-Tieni Gwerra Dinjija u rega' saltan il-paci beda jinfirex  aktar minn qabel it-taghlim, regghu nfethu l-iskejjel u hafna tfal u zghazagh sabu ruhhom fuq il-bankijiet ta' l-iskola.  M'ghandniex xi nghidu dawn kellhom ihabbtu wicchom mal-prova ta' l-ezamijiet fil-livelli kollha. Fost dawn bdiet tinxtered id-devozzjoni tal-qaddis.  Barra minn hekk kien zmien tal-bini mill-gdid u ta' zvilupp ekonomiku u ndustrijali, bdew isiru hafna konkorsi u interviews biex jinghataw impieg f'oqsma differenti tax-xoghol. Dawn ukoll bdew iduru fuq San Guzepp ta' Copertino biex jidhol ghalihom dawn il-provi.

 

X'inhi tassew din id-devozzjoni?

Din il-devozzjoni kienet il-mira ta' kritika, ta' ironija u ta' opposizzjoni.  Sahansitra kien hemm minn wasla biex ilaqqam lil San Guzepp ta' Copertino bhala "il-protettur tal-hmir".  Min ha pozizzjoni bhal din wera kemm ma fehemx x'inhi tassew din id-devozzjoni.

 

Nafu li l-ebda qaddis ma jista' qatt jghid xi kelma "magika" jew xi "abrakatabra" u xi hadd jghaddi mill-prova ta' xi ezami.  Lanqas il-qaddis ta' Copertino ma jista' qatt jkun patrun ta' min ma jaghmel xejn hlief jitlef u jahli z-zmien jew ta' min ma joqghodx attent fil-klassi, fl-iskola jew li ma jaghmilx il-homework u ma jistudjax. L-ebda qaddis ma jista' jkun Patrun ta' min irid jghaddi minn ezami minghajr sagrificcju.  San Guzepp ma jista' jkun qatt Patrun ta' studenti bhal dawn. 

 

Nisthajjel lil San Guzepp ifakkarna dak li nghidu bil-malti: "ghin ruhek biex Alla jghinek".  Cert li Alla jaghti l-ghajnuna tieghu, imma l-ewwel jistenna li naghmlu is-sehem taghna.  L-istudent irid jaghmel is-sehem tieghu u Alla jaghmel il-kumplament. Fil-qwiel li halla miktubin San Guzepp jghidha car u tond: F’kull haga li taghmel, sew jekk hi temporali sew jekk spiritwali, int aghmel il-parti tieghek imbaghad halli lil Alla jaghmel tieghu, u tista’ sserrah mohhok.

 

Il-qaddis ta' Copertino jaghti zgur palata bl-intercessjoni tieghu quddiem Alla, izda l-istudenti irid jaghmel hiltu kollha u dak kollu possibli qabel l-ezami.  Ghaldaqstant, bir-ragun kollu l-istudenti jistghu iduru fuq San Guzepp biex jidhol ghalihom quddiem Alla fil-mument ta' l-ezamijiet. 

 

Huwa minnu wkoll li ghalkemm l-istudent ikun ghamel hiltu kollha u tassew ikun studja, stinka u hejja ruhu sa snienu, xorta jista' jhabbat wiccu ma xi diffikultajiet waqt l-ezamijiet.  L-istudent jista' jahkmuh it-tensjoni, l-biza' jew l-ecitament. Hemm minn jaqbduh msarnu u xi disturbi ohra qabel l-ezamijiet.  Ohrajn jistghu jhosshom imhawwda, distratti jew ma jkunux jistghu jifhmu tajjeb il-mistoqsija ta' l-ezami.  Ohrajn jista' jkollhom blackout, jithawwdu jew tattapnilhom l-memorja.  Ohrajn jista' jkollhom diffikultajiet ta' natura psikologika ohra. 

 

San Guzepp jaf x'jigifieri, ghadda hu stess minn mumenti bhal dawn u ghalhekk zgur li mhux sejjer jibqa' lura u ma jidholx ghad-devoti fidili tieghu.  Cert li f-mumenti bhal dawn il-qaddis jidhol quddiem il-Mulej biex jitolbu jaghti lill-istudenti l-Ispirtu tad-dehen u ta' l-gherf flimkien mal-kalma u s-serenità mehtiega fil-mument tal-ezamijiet.

 

In-nisrani huwa msejjah biex jiltob u biex jitlob bla waqfien.  F'kull talba li nitolbu hemm ghaqda ta' elementi spirtwali u materjali.  Hekk ezempju fit-talba tal-Missierna, nitlobu lil Alla "Tigi Saltnatek", izda ma nhallux barra "Hobzna ta' kuljum aghtina llum", ghax il-hobz materjali huwa mehtieg ukoll.  Hekk ukoll meta nghidu "ikun li trid int", li hija talba ta' natura spiritwali, madanakollu dan jitlob li ahna naghmlu hilitna biex fil-prattika nghixu fl-ghaqda u l-paci bejnietna.  Hekk ukoll meta l-istudent idur lejn San Guzepp ta' Copertino biex jitolbu l-grazzja biex imur tajjeb u jghaddi mill-ezami, wkoll jekk it-talba tkun motivata minn raguni umana, fl-istess waqt t-talba jkun hemm inplikat l-ispirtu ta' mpenn u ta' onesta minn naha ta' min jaghmel it-talba.

 

Il-qaddisin mhumiex produtturi jew distributuri tal-grazzji.  Il-qaddisin huma biss intercessuri, avvukati li jiddefendu u intermedjari li jidhlu bejn Alla u l-bniedem, jew ahjar bejn il-bniedem u Alla.  Bla dubbju San Guzepp ta' Copertino irid ikun dan l-intercessur u l-intermedju li jwassal it-talba u l-isforzi ta' l-istudent quddiem Alla biex Alla mbaghad jaghmel il-parti tieghu.

 

Kemm-il darba nharsu b'dan il-mod id-devozzjoni ta' l-istudenti lejn San Guzepp ta' Copertino ma naraw li hemm xejn redikolu, nfantili, illogiku jew bla bazi teologiku, kif jistghu jahsbu xi whud.  Certament San Guzepp ta' Copertino mhux il-"Patrun tal-hmir", izda huwa il-protettur ta' dawk li jharsu lejn l-istudju bhala nvestiment ghal futur taghhom u ghalhekk ta' dawk li jimpennjaw ruhhom u jaghmlu kull ma jistghu halli jirbhu l-prova ta' l-ezamijiet.

 

Devozzjoni tinfirex f'Malta

F'Malta wkoll d-devozzjoni qabdet art specjalment fil-hamsijiet u sittinijiet frott l-impenn ta' ghadd ta' patrijiet zelanti li Kwadru ta' San Guzepp fi- Kunvent tal-Beltghamlu minn kollox biex ixerrdu din id-devozzjoni fost l-istudenti.  Kienu jsiru sahansitra laqghat u talb specjali ghall-istudenti fil-kunvent ta' Putirjal il-Belt. Kienu jitqassmu santi bix-xbieha tal-qaddis u b'talba biex wiehed jaqla' l-grazzja li jghaddi mill-ezami. L-istess kien isir fil-kunvent l-ohra tal-Frangiskani Konventwali ta' Birkirkara, Rabat, u San Pawl il-Bahar.  Id-devozzjoni lejn San Guzepp ma damitx lanqas biex infirxet ma' l-irhula ta' Ghawdex ukoll.  Kienu jsiru noveni u f'xi postijiet kienet issir purcissjoni bl-istatwa tal-qaddis.  Fil-fatt wahda minn dawn l-istatwi ta' San Guzepp ta' Copertino llum qieghda fis-sagristija tal-Bazilka ta' Santa Liena Birkirkara. Forsi ta' min isir talba biex fl-okkazjoni ta' dan ic-Centinarju din l-istatwa tal-Qaddis tinghata lill-hutu Patrijiet Konventwali biex ikomplu jifirxu id-devozzjoni tieghu.

 

Bejn 1984 u 1988 matul ix-xhur tas-sajf fil-Knisja ta' sSan Massimiljan Kolbe f'Bugibba u aktar tard bejn mis-snin 1998 fil-Parrocca ta' San Pawl il-bahar kien isir quddies specjali ghat-tfal.  Qrib il-festa ta' San Guzepp ta' Copertino li tigi fit-18 ta' Settembru, sewwa sew fiz-zmien li jkunu ser jergghu jibdew l-iskejjel pubblici u privat kienet issir quddiesa specjali li fiha it-tfal u l-istudenti kienu mistiedna igibu maghhom il-basktijiet u xi kotba ta' studju.  Waqt il-quddiesa kien isir talb specjali lil Qaddis Patrun ta' l-istudenti u jitbierku il-basktijiet ta' l-iskola.  Din id-devozzjoni ghadha issir sallum fil-Parrocca ta' San Pawl il-Bahar u f'dik ta' Burmarrad u nfirxet xi knejjes ohra wkoll.

 

Kelma mill-Papa

Naghlaq b'silta mid-diskors li kien ghamel il-Papa Gwann Pawlu II fl-okkazjoni tal-festa ta' San Guzepp:

 

"Lilkom studenti zghazagh, nawguralkom impenn ta' studju seren u li jaghti frott.  Hallu li l-iskola tkun ghalikom ilkoll post fejn tistghu tikbru kulturalment u umanament.  Ha jkun ezempju u ghajnuna ghalikom il-Qaddis li tieghu illum qed naghmlu il-festa liturgika: san Guzepp ta' Copertino, Patrun ta' l-istudenti".

 


Miktub minn Fr Thomas Calleja ofmconv

Assisi 24.3.2003 


San Guzepp ta' Copertino

400 Sena mit-Twelid 1603-2003

 

Kelma

tal-Papa

"Din is-Sena Centinarja taghti opportunità providenzjali lill-komunità nisranija kollha kemm hi, biex

trodd hajr

lill-Mulej ghall-frott abundanti

ta’ qdusija

u gherf

uman

moghti lil

dan

il-Qaddis umli u docli ta’ Kristu."

 

Dwar

il-Qaddis

ara wkoll

Guzepp

ta’ Copertino