San Guzepp ta' Copertino - 400 sena mit-Twelid - 1603-2003
 

◄◄|werrej|►►


Copertino

Il-belt fejn twieled il-Qaddis



Il-Belt ta' Copertino


Skond it-tradizzjoni l-orgini ta' din il-belt ckejkna li fiha twieled San Guzepp 400 mitt sena ilu, tmur lura lejn is-sena 560 wara Kristu.  F'dak iz-zmien in-nies li kienu jghixu fl-irhula ta' Mollone, casole, Cigliano u Combrō nghaqdu flimkien.  X'aktarx li l-izvilupp tal-belt sehh aktar tard lejn is-sena 924 war li s-Saraceni hebbew u qerdu dawn l-irhula.  Kien ghalhekk li in-nies inghaqdu flimkien, xejn xejn biex ikollhom il-protezzjoni ta' xulxin.  B'hekk taw bidu ghal komunitā gdida bl-isem ta' Cupertino.

 

Il-kuntest storiku wara d-dominazzjoni bizantina jghin biex tinbena ahjar l-istorja ta' din il-belt.  sas-seklu XIII Copertino kien ghadu msajjah "casale" minhabba li l-post kien ghadu ma giex imdawwar bis-swar u bil-hitan.

 

Id-drittijiet fewdali dak iz-zmien, lejn l-1250 kienu jsejjhu lil certu Francesco Maletta, wara r-rebha ta' Angioini fuq l-Isvevi dan il-"casale" kien fewdat lil Gwido u Filippo de Pratis.  Minghand dawn ghadda ghand Gualtieri di Brienne u wara ghand id-D?Enghieri li ghollew lil Copertino bhala kap tal-bliet u l-irhula ta' mad-dawra li jhaddnu lil Leverano, Galatone u Veglie.

 

Permezz taz-zwieg bejn Caterina Orsini del Balzo u l-Franciz Tristano CHiaromonte infetah ghal Copertino l-istagun tad-deheb li mbaghad lahaq il-Quccata tieghu fis-seklu fiz.zmien l-Aragonizi.


Il-Konventwali u il-Knisja ta' San Frangisk


Fi zmien li twieled San Guzepp, il-patrijiet Frangiskani Konventwali kellhom zewg kunventi f'Copertino. Wiehed 'l gewwa mill-hitan tal-belt dak ta' San Frangisk u l-iehor dak ta' Santa Maria della Grottella barra l-hitan.

 

fl-1415 Fra Luca da Copertino, patri Minuri Konventwali, li kien teologu ta' fama u bniedem ta' hajja qaddisa u duttrina soda, talab lill-isqof djocesan u lill-municipju biex ikun jista' jibni kunvent ghall-patrijiet qrib il-knisja il-qadima ta' San Nikola ta' rit grieg mibnija fis-seklu X.

 

Il-progett ta' Fra Luca beda u twassal fit-tmiem bl-ghajnuna finanzjarji u materjali tan-nies ta' Copertino.  Giet imkabbra il-knisja li m'ghandiex xi nghidu giet ddedikata lil San Frangisk u nbena l-kunvent.

 

Fl-1609 Patri Giovanni Donato Capulo, ministru provincjal ta' l-Ordni tal-Konventwali u z-ziju ta' san Guzepp ha hsieb zied kjostru mal-kunvent.

 

Bejn is-snin 1611 u 1615 kwazi kuljum kont tara mara b'tarbija f'dirghajha diehla l-knisja tal-kunvent.  Din il-mara kienet Franceschina Panaca u dak it-tifel marradi ma kien hadd hlief binha Guzeppi Maria Desa, l-qaddis futur.

 

Il-Knisja u il-kunvent sar aktar maghrufa wara l-beatifikazzjoni ta' Fra Guzepp Desa. Fiz-zmien is-suppressjoni napoljonika, fil-bidu tas-seklu XIX, il-knisja u l-kunvent l-ewwel kienu inkorporati fil-demanju, imbaghad mibjugha lil xi nies ghonja ta' Copertino u wara gew meqruda.

 

Mill-kunvent antik illum fadal biss il-parti tal-kjostru, li attwalment taghmel parti minn dar privata bejn Via Giuseppe dasa u Via S. Giuseppe.


L-Istalla fejn twieled il-Qaddis


Franceschina Panaca li kienet waslet biex twelled biex tehles mill-isbirri u minn dawk li kellhom kellhom jiehdu xi flus minghand zewgha, sabet kenn fi stalla li kien hemm fil-qrib d-dar. Fis-17 ta' Gunju 1603 tat id-dawl lil binha Guzeppi.

 

Ghadd ta' xhieda fil-processi kononici u fil-biografiji bikrin jizguraw li t-twelid ta' dan il-qaddis minn Copertino sehh f'din l-istalla qrib d-dar ta' missieru.

 

Patri Carlo Giacomo Romilli, ministru general tal-patrijiet Konventwali (1719-25), waqt il-vizta tieghu fiz-zewg kunventi f'Copertino, ha l-ordni lil patrijiet tal-kunvent ta' san Frangisk biex jixtru dik l-Istalla, izda minhabba xi raguni ma kien possibbli. Xi snin wara fl-1730 l-Istalla gie akkwistata minn Marcantonio Verdesca bārikonoxxenza lejn il-venerabbli Guzeppi ta' Copertino li minn kien mfejjaq merakolozament.

 

Meta mbaghad fl-1753 Guzeppi ta' Copeertino kien proklamat Beatu, din l-Istalla saret post ta' qima.  Minhabba id-devozzjoni kbira tal-poplu giet lāideja li tinbena knisja.  Imma fl-istess zmien fl-ambjenti civili u religjuzi ta' Copertino kien hemm arja ta' nuqqas ta' qbil.

 

Kulhadd ried jitfa' idu fuq din l-Istalla, il-municipju, il-kaptilu tal-kanonci tal-knisja martici, il-patrijiet Konventwali, izda il-proprjietarju ma ried jitlaqa minn taht idejh.  Kien hemm kwistjonijiet shah, rikorsi kontra rikorsi fil-qorti ekklesjastiku u fādak civili, fil-Kamra tadādeputati ta' Napli u sahansitra ghand ir-Re Carlo III li bl-ordni tas-27 ta' Lulju 1745 obbliga lil Verdesca li jbiegh l-Istalla lil municipju ta' Copertino.  Is-sindku Paolino Greco hadha fāidejh fid-29 ta' Awissu ta' l-istess sena.  Lil Verdesca ir-Re Carlo III tah id-"dritt onorifiku" li tinxghel xemgha ta' tliet puzieri f'ismu mill.aministraturi ta' l-istalla dak in-nhar tal-festa.

 


Id-Dar fejn trabba Guzeppi


Did-dar ckejkna fejn trabba il-futur qaddis kienet proprjetā ta' Felica Desa, missier Guzeppi.  Felice kien ruh tajba, dejjem lest li ghejn lill-ohrajn. U sahansitra kien lest jaghmel tajjeb ghad-djun ta' l-ohrajn ukoll jekk xi drabi dawn ma kienux dejjem onesti. Minhabba f'hekk darba minnhom fetilha mal-pulizija u biex jehles milli jmur il-habs harab ghal xi zmien mid-dar u mar ifittex kenn x'imkien iehor. 

 

Id_dar kienet tefa' ta' gebla 'l boghod minn fejn kien hemm il-knisja qadima ta' san Frangisk u faccata ezatt ta' fejn illum hemm is-Santwarju.  Din id-dar fejn trabba il-qaddis wara il-beatifikazzjoni ta' Guzeppi giet mibdula f'kappella.

 

Ommu Franceschina kienet halliet bhala dota lil bintha Livia, oht il-qaddis fl-1623, imma gie mibjugha ftit tas-snin wara.  Il-Patrijiet Frangiskani Konventwali irnexxilhom jakkwistawha fl-1753.

 

Fuq il-hajt tax-xelluq ta' din id-dar hemm kwadru fuq it-tila li juru lil Franceschina ommu l-qaddis fāagunija (1645) assistita minn binhta Livia u mir-religjuzi u fuq in-naha l-ohra binha Guzeppi, li dak iz-zmien kien jghix fis-sacro Convento f'Assisi, li jidher jitbissmilha.

 


Is-Santwarju ta' Grottella


Il-bini ta' dan is-Santwarju sar fl-1577 bir-rieda ta' Mons Cesare Bovio wara is-sejba ta' Affesk tal-Madonna bil-Bambin fi grotta li kien hemm f'dak il-post. Il-fatt jinghadf li gara meta kien hemm bidwi li beda jfittex genduz li mar ghar-riehu, fl-ahhar sabu go grotta gharkubbtejh quddiem xbieha tal-Madonna. Dan il-fatt qanqal entuzjazmu kbir fost il-poplu u fost il-Kleru ta' Copertino tant li mill-ewwel bdew jzuru dik il-grotta b'tant qima, sahansitra bdew jorganizza pellerinaggi. U ghalhekk nbiet il-knisja.

 

Ix-xbieh tal-Madonna li ntebate fil-grotta giet restawrata u tqeghdet fuq l-altar maggur.

 

Fl-1613 l-istess isqof Cesrae Bovio halla il-Knisja f'idejn il-patrijiet Minuri Konventwali li kellhom diga' knisja u kunvent sa mill-1415 fil-qalba tal-Belt.  Malli hadu il-knisja f'idejhom il-Patrijiet hadu hsieb jibnu kunvent.  Fost dawn li kienu qed jaghtu daqqa t'id fil-bini kien hemm naqra ta' zghazugh imlaqqam "ta' halqu miftuh", dan kien il-futur qaddis Guzeppi.

 

Guzeppi Desa dahal f'dan il-kunvent bhala oblat fl-1621, imbaghad ghex fih bhala novizzi u taw l-isem ta' Fra Guzeppi della Grottella.  Aktar tard ghex bhala student bi thejjija ghas-sacerdozju fl-1628 u baqa' jghex f'dan il-kunvent-santwarju sa l-1638.  Fādan il-kunvent Guzeppi dejjem ghazel il-cella l-aktar fqira u dik l-aktar qrib tax-xbieha tal-Madonna.

 

Ghal Guzeppi il-"Mamma della Grottella" - kif kien ihobb isejhilha - kienet dik li ghenitu fil-mixja tieghu.  Ghad-dell ta' dan is-santwarju u quddiem din ix-xbieha ghaziz bdew l-ewwel estasi li kkaratterizzaw il-hajja tieghu.

 

Minn gewwa is-santwarju hija mzejna b'affreski ta' pittura De Domenico li saru bejn 1635 u 1639.  Wara il-mewt tal-qaddis fl-1663, il-patrijiet bdew jahsbu biex isir restawr u biex jsebbhu il-knisja.  Fl-1691 saru tlett altari fuq stil barakk mill-iskultura minn Lecce Giuseppe Longo.  .  Fl-1710 L-altar f'qieh Santa Agata u Santa Lucia saritlu xi pittura, din sar minn wiehed mill-patrijiet stess Fra Nicola Greco.

 

Wara il-beatifikazzjoni ta' Fra Guzepp fl-1753, il-patrijiet hasbu biex jibnu Kappella -dik fuq il-lemin, ddedikata lil Beatu il-gdid.  Taht l-altar tqieghdet il-kaxxa ta' l-injam li kien tqieghed fih fil-mewt tieghu li giet moghtija liluhom mill-komunita' tal-konventwali ta' Osimo, fejn miet il-qaddis u fejn ghad hemm il-fdal tieghu.  Il-Papiet hadu hsieb jorbtu mas-santwarju ghadd ta' indulgenzi.

 

Waqt iz-zmien difficli tas-soppressjoni ta' l-Ordnijiet Religjuz fi zmien ta' Napuljun fis-seklu XIX is-santwarju baqghu jiehdu hsiebu il-kleru ta' Copertino, il-kunvent, izda ghadda ghand il-privat.  Meta ghaddew is-snin imqallba fl-1930 il-Patrijiet Konventwali regghu lura Copertino u fl-1954 hadu mill-gdid f'idejhom s-santwarju ta' Grottella.

 

Matul ix-xoghol li sar fis-sittinijiet il-kunvent antik u il-knisja  regghu hadu s-sbuhija li kellhom fil-bidu.  illum il-kunvent jilqa fiha ir-religjuzi li jkunu jixtiequ jqattghu ftit taz-zmien fit-talb u s-skiet, liz-zghazagh li jkunu qed ifttxu s-sejha taghhom, irtiri u jiem ta' riflessjoni ghal-lajci.

 


Is-Santwarju ta' San Guzepp ta' Copertino


Is-santwarju gie mibni wara li Guzeppi kien proklamat qaddis.  Id-disinn kien tal-perit Adriano Preite minn Copertino stess.  F'dan is.santwarju hemm ghadd ta' relikwi tal-qaddis fosthom dik bil-qalb li ngiebet Copertino minn Osimo fis-7 ta' April 1953 fl-okkazjoni tat-350 mit-twelid ta' San Guzepp. 

 


Il-Knisja Matrici


Il-Knisja ta' Copertino bdiet tinbena fl-1088 bir-rieda ta' Goffredo n-normann. Fl-1235 giet moghtija t-titlu ta' Bazilka.  lejn it-tieni nofs tas-seklu XV inbena l-abside u lejn l-ahhar ta' l-istess seklu kien lest il-kampnar.  Matul is-snin 1700 il-bazilka giet dekorata bi stucchi baraokki li ghattew il-hiotan fi stil romanesk li kellha qabel.

 

F'din il-knisja nhar is-17 ta'Gunju 1603, fl-istess jum tat'twelid giebu lil Guzeppi Maria Desa, iben Felice u Franceschina Panaca ghall-maghmudija.  Il-Futru qaddis gie maghmed mill-arcipriet Don Delfino Fulino.

 


Il-Monasteru u l-Knisja ta' Santa Chiara


Il-mosteru twaqqaf bir-rieda tal-Markiz Alfonso Granai Castriota u gie fundat fl-1545 min-neputija tieghu Maria Castriota.  Il-bini kien intitulat ghal santa Marija assunta twaqqaf biex joffri post kemm ghal fervur Frangiskan u kemm biex inqas l-periklu tad-disorni u l-vjolenzi ghan-nisa nobbli tal-belt. Il-knisja li hemm illum twaqqfet matul is-snin 1600 u sarulha xi zidied matul is-seklu ta' wara.

 

Skond ix-xhieda waqt il-process informattiv ghall-kanonizzazzjoni inghad li f'din il-knisja San Guzepp deher f'estasi mill-inqas dartejn.  Ohtu Livia stqarret li f'jum il-festa ta' san Vito "fra Guzepp ghajkjat ghajta u tar tul kwazu erba' passi u waqaf fuq l-altar ta' santa Chiara".  Mons Giovanni Granafei, xhed li rah jinqata' mill-art fl-okkazjoni tal-konsagrazzjoni ta' wahda mis-sorijiet tal-monasteru. 

 


taghrif migbur minn Fr Thomas Calleja ofmconv

Assisi 23-3-2003


 

San Guzepp ta' Copertino

400 Sena mit-Twelid 1603-2003

 

Kelma

tal-Papa

"Din is-Sena Centinarja taghti opportunitā providenzjali lill-komunitā nisranija kollha kemm hi, biex

trodd hajr

lill-Mulej ghall-frott abundanti

ta’ qdusija

u gherf

uman

moghti lil

dan

il-Qaddis umli u docli ta’ Kristu."

 

Dwar

il-Qaddis

ara wkoll

Guzepp

ta’ Copertino

Guzepp

ta’ Copertino