San Guzepp ta' Copertino - 400 sena mit-Twelid - 1603-2003
 

◄◄|werrej|►►


Tahdita bejn l-Arcisqof ta’ Ancona

Mons. Franco Festorazzi

u San Guzepp ta’ Copertino

fl-okkazjoni tar-IV Centinarju mit-Twelid tal-Qaddis


L-Isqof Franco:  Ghaziz San Guzepp,

 

Issa ili bosta snin nigi niccelebra l-festa tieghek fil-bazilka ta’ Osimo. Issa riesaq lejna zmien straordinarju, li fih sa niccelebraw gheluq ir-raba’ mitt sena minn twelidek. Ahna lkoll tal-familja djocesana ta’ Ancona-Osimo (flimkien ma’ hutna ta’ Copertino) nixtiequ nghixu dan iz-zmien b’qawwa kbira, b’fidi mill-aqwa, b’tama u mhabba. Trid tghinna nirriflettu u nitolbu permezz ta’ din it-tahdita ma’ l-isqof tal-knisja taghna li int tant habbejt? Jien ninsab cert mit-twegiba tieghek, ghax hawn fuq l-art int habbejt hafna lill-knisja u lill-isqfijiet.

 

San Guzepp: Dan naghmlu bil-qalb, ghaziz isqof Franco. Hawn mis-sema fejn qieghed, ninsab qrib niesi, anzi issa ninsab wisq eqreb lejhom. Ghogobni hafna l-mod li bih sejjehtli f’omelija li ghamilt fis-santwarju tieghi: protettur ta’ dawk li jfittxu ’l Alla u lill-bniedem. Mhux ghax irrid inwarrab dak it-titlu l-iehor li bih isejhuli s-soltu, dak li jaghmilni protettur ta’ l-istudenti, li jiena nhobb hafna. Hekk nixtieq nibqa’ nissejjah. Izda dak tieghek isahhu u jogghobni qatigh!

 

L-Isqof Franco: Qrajt xi ha[ha fuq iz-zmien u l-bosta postijiet li int ghext fihom. Kemm kellkom problemi dak iz-zmien! Illum izda l-affari kibret, u jwassluhomlna wara bibienna l-mezzi ta’ komunikazzjoni, li kibru bla tarf, ipperfezzjonaw ruhhom, u ahna ma nistghux ma naghtux kashom. Nisimghu fuq il-vjolenza, il-gwerer, il-qtil – kollha frott tal-mibeghda u l-egoizmu. B’xorti hazina dawn huma l-ahbarijiet li l-aktar nisimghu. Izda, ghalkemm xi haga ssir, jehtieg li jixxandru aktar l-ghemejjel ta’ mhabba u ta’ tjieba. Hemm bzonn li jkunu mhajra dawk l-inizjattivi favur l-ghaqda u l-paci. Inti xi tghid?

 

San Guzepp: Ghandek ragun; jiena nhares b’ferh kbir lejn l-inizjattivi favur il-gid. Nghidilkom mill-ewwel: ibqghu mexjin bil-kuragg u l-generozità, bla ma teghjew jew taqtghu qalbkom. Ahna minn hawn inharsu lejkom b’imhabba kbira, u naghmlu minn kollox biex nghinukom. U hawn jibda l-impenn veru tieghi: li nghin lil kulhadd ifittex ’l Alla u lill-bniedem.

 

L-Isqof Franco: Hawn wasalna fil-qalba ta’ din it-tahdita tag]hna. Jekk tippermettili, izda, nixtieq nibda biex nghidlek liema huma l-idoli ta’ zminijietna. Sewwasew huwa l-idoli taz-zminijiet kollha, kif tghallimna l-Kelma ta’ Alla, fir-Rabta l-Qadima u fir-Rabta l-Gdida, u kif ifakkarna l-hin kollu l-Papa. L-idoli huma l-poter (kulhadd qieghed hemm biex jaqdini, bhalma kienu jghidu fi zmienek il-fewdatarji u l-barunijiet), l-ghana, il-pjacir u l-aktar il-pjacir sesswali. Dawn l-idoli jaghlqu l-bieb lil Alla li qieghed ihabbat (Apk 3:20).

 

San Guzepp: Ghaziz Isqof Franco, qed nara li l-Kelma ta’ Alla tafha tajjeb. Insomma dan kont ga nafu qabel. Mela ibqa’ ressaq lil kulhadd lejn din il-ghajn bla tmiem biex minnha jiehu l-hajja. Mhux li kien kulhadd kull jum jaghti ftit hin biex fih ifittex ’l Alla permezz tal-Kelma tieghu! Ressaq l-aktar lill-qassisin u lid-djakni tieghek, lir-religjuzi u lil-lajci, lejn l-ilma haj, lejn il-Kelma ta’ Missier il-hniena, ta’ Gesù l-Feddej u ta’ l-Ispirtu s-Santu!

 

L-Isqof Franco: Grazzi, g]aziz San Guzepp, ghal dan il-kliem mimli mhabba li bih qawwejtli qalbi. Imma issa tista’ tfissirli kif nistghu niltaqghu ma’ Alla kif iltqajt mieghu int? Jiena naf li kellek imhabba straordinarja lejn il-Missier, gibda qawwija lejn Gesù Msallab u Mqajjem, u tama shiha hierga minn qalbek fl-Ispirtu s-Santu. U xi nghidu mbaghad ghall-“omm” l-ghaziza, il-Vergni Marija! Sikwit tisma’ ’l min isemmi t-tajran li kont ittir u dawk il-waqtijiet li fihom int kont tintilef minn sensik. Xi nies ta’ zmienek (u whud mill-“istorici” tallum) dan qisuh stramb u sahansitra kien hemm min hasbek mignun! Int hafna drabi lanqas biss kont tintebah b’li kien jigrilek! Il-Mulej ippermetta li dawn isehhu f’hajtek biex juri lil kulhadd kif qalbek kienet mimlija bl-imhabba ghalih u bil-ferh u l-hena sahansitra fl-irfigh tas-slaleb kbar li kellek f’hajtek. Issa ghidli kif naghmel biex nghin lil min irid jimitak, anki jekk mill-boghod, u dejjem bil-ghajnuna tieghek, fit-tfittxija ta’ l-Imhabba.

 

San Guzepp: Nahseb li dil-mistoqsija digà wegibt bicca minnha meta wrejtek li l-ghajn li minnha jridu jixorbu dawk li jfittxu ’l Alla hija l-Kelma tieghu, li hi ghanja u bla tmiem. Maghha jridu jsiehbu mhabba profonda lejn Gesù fl-Ewkaristija, iccelebrata bhala l-fus tal-hajja Nisranija. Issa rrid inzid haga li hi hafna ghal qalbi: ejjew infittxu ’l Alla fuq l-ezempju ta’ San Frangisk. Dan il-qaddis kbir, li jien habbejt b’qalbi kollha, imlieli hajti kollha: l-umiltà profonda tieghu, l-imhabba bla tarf, it-tama u l-hena (il-ferh perfett). Nghidlek haga wahda biss, ghaziz Isqof Franco: ghid lil kulhadd jaqra l-grajja u l-kitbiet ta’ San Frangisk, illum dawn malajr issibhom, l-aktar fil-kunventi Frangiskani, fil-hwienet tal-kotba, f’kull librerija.

 

L-Isqof Franco: Naghlaq din it-tahdita mieghek b’mistoqsija qasira dwar id-diffikultajiet li wiehed jiltaqa’ maghhom meta jistieden ghat-tfittxija ta’ Alla. Ha naggtik ezempju: sikwit nisma’ li hafna zghazagh jitbieghdu mill-ewwel hekk kif jircievu s-sagrament tal-grizma, u hemm xi sacerdot li jaqta’ qalbu. U xi nghidu ghall-familji? Kemm sitwazzjonijiet imwieghra jekk mhux disastruzi! X’naqbdu naghmlu? Mill-grajja ta’ hajtek laqtuni l-kotra ta’ kuntatti li kellek, l-ghejxien ta’ hajja Nisranija mill-gheruq, il-generozità, il-kuragg u s-sabar bla tarf, li bihom kont ta’ ezempju ghal min irid ihobb lill-bniedem. Iltqajt ma’ kardinali, isqfijiet, qassisin, nies ghonja u nies foqra. Lil dawn ilhaqthom bil-predikazzjoni, izda fuq kollox bit-tahdit u l-aktarnett bis-sagrament tal-qrar. U aktar u aktar dan ghamiltu fost ir-religjuzi Frangiskani, l-aktarnett fi hdan l-Ordni tal-Minuri Konventwali, f’dawk il-komunitajiet li talbuk izur jew tghammar fihom. Kullimkien inti zrajt l-imhabba lejn Alla u lejn l-ahwa. Ahfirli, ghax qed nintebah li l-mistoqsija hadet daqsxejn fit-tul, izda, ifhimni, jiena nhobb lill-familja tal-bnedmin li l-Mulej afdaha f’idejja.

 

San Guzepp: Qed nifhmek tajjeb, ghaziz Isqof Franco. Jien ukoll, kieku kont ghadni fid-dinja, kont nitkellem aktar fit-tul. Fis-sema hawn tant ghaqda bejn Alla u l-erwieh qaddisa, li lkoll nghixu f’hena bla tarf u f’imhabba li ma tistax titfisser, kif kiteb l-Appostlu Pawlu (2Kor 12:2-4). Jien nghid lil kulhadd: hobbu lil xulxin! Tibzghu xejn: Alla l-ewwel wiehed jigi jfittixna anki meta nidinbu jew nitbieghdu. Hu kien ihobbna minn dejjem u sa jibqa’ jhobbna ghal dejjem bil-libertà taghna b’kollox. Naf li fid-dinja hemm hafna hazen, izda ejjew niggildulu bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu u bir-rieda tajba taghna. Aghmel il-qalb u sawwar il-jies, ghaziz Isqof Franco, gheziez isqfijiet kollha (il-Papa jaghtikom ezempju u jien nitlob ghalih), gheziez qassisin, gheziez religjuzi kemm irgiel u kemm nisa, gheziez persuni kkonsagrati, gheziez zghazagh, gheziez familji, gheziez intom ilkoll li qeghdin taqraw. Narakom il-genna, jekk Alla jrid!

 

Sliem u gid!

 

Mons. Franco Festorazzi

Arcisqof ta’ Ancona


Maqluba ghall-maltin minn Fr Edmund Teuma ofmconv


San Guzepp ta' Copertino

400 Sena mit-Twelid 1603-2003

 

Kelma

tal-Papa

"Din is-Sena Centinarja taghti opportunità providenzjali lill-komunità nisranija kollha kemm hi, biex

trodd hajr

lill-Mulej ghall-frott abundanti

ta’ qdusija

u gherf

uman

moghti lil

dan

il-Qaddis umli u docli ta’ Kristu."

 

Dwar

il-Qaddis

ara wkoll

Guzepp

ta’ Copertino

Guzepp

ta’ Copertino