San Guzepp ta' Copertino - 400 sena mit-Twelid - 1603-2003
 

|werrej|►►


Ittra tal-Ministru General

ta’ l-Ordni tal-Patrijiet Minuri Konventwali

lill-patrijiet fl-okkazjoni tar-IV Centinarju mit-twelid

ta’ San Guzepp ta’ Copertino

(1603-2003)


 

Ittra tal-Ministru General ta’ l-Ordni

tal-Patrijiet Minuri Konventwali lill-patrijiet

 

IV Centinarju mit-Twelid

ta’ San Guzepp ta’ Copertino

(1603-2003)

 

Jien Guzepp, Hukom

 

Frajiet ckejknin Frangiskani,

ta’  Frangisku mahbubin ulied,

kull darba ‘l Gesù ssejhu,

harsu ir-regola tieghu

u kantaw bil-hegga:

Viva, viva Gesù Mhabba!

                            (San Guzepp ta’ Copertino)

 

1. Gheziez huti, b’ferh kbir niktbilkom din l-ittra biex infakkru flimkien il-figura u il-messagg ta’ huna San Guzepp ta’ Copertino fl-okkazjoni tar-IV Centinarju mit-twelid tieghu.  Huwa ra d-dawl fis-17 ta’Gunju 1603 go Copertino, centru ckejken ta’ Salento fl-Italja t’isfel, f’kuntest kulturali, sociali u politiku kemm xejn kumpless u fi transizzjoni – li jixbah hafna lil dak ta’ llum. 

 

Xi provincji, huma aktar interessati fil-Qaddis minhabba li jharsu il-post fejn twielid (Provincjal tal-Puglia) jew il-fdalijiet tieghu (Provincia tal-Marche) hasbu f’celebrazzjoni partikulari li jibdew mit-18 ta’ Settembru 2002 u jibqghu sejrin sal-31 ta’ Dicembru 2003.  Imma l-Ordni kollu jixtieq irodd hajr lill-Mulej ghad-don li ta lilna u lill-knisja f’dan il-bniedem semplici u straordinarju ta’ Alla.

 

2. Ic-celebrazzjoni tac-centinarju jistedinna biex indawru l-harsa taghna lejn dan huna li l-Mulej sejjahlu ghal warajh fuq it-triq tal-qdusija f’qies partikularment gholi ta’ hajja kristjana.  F’dan il-kuntess storiku li qed nghixu huwa jiehu xejra aktar singolari, jsir ghalina hutu u ghal kull nisrani profeta ta’ hajja evangelika, tal-primat ta’ Alla, tat-talb, u tal-hajja kontemplattiva.

 

L-esperjenza mistika tieghu, d-devozzjoni kollha mhabba mqanqala lejn Gesù inkarnat u lejn l-Omm Vergni, juru t-triq ta’ l-abbandun semplici u fiducjuz lejn Alla l-Missier, ir-rapport konfidenzjali u spontanju ma’ l-Iben, id-docilità theggeg lejn l-Ispirtu s-Santu.  Kien bniedem semplici, trasparenti, ta’ talb, ferrieh, parti minur awtentiku u ghal hsieb biss jew ghad-dehra ta’ xbieha sagra, waqt ic-celebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija jew waqt is-smiegh tal-Kelma ta’ Alla, kien jintilef f’estasi u jinqata’ mill-art f’titjira.  Segwaci fidil ta’ Frangisku ta’ Assisi, ghex fi tfittxija kontinwament tar-rieda sabiha tal-Mulej, li taqta’ l-ghatx tar-ruh u taghmel kuntenta l-qalb, li taghmel konkreta l-ubbidjenza shiha tieghu biex iwettaq kull ma jitlobu minnu s-superjuri.

 

L-esperjenza spiritwali tieghu, li mexxiet il-mixja tieghu tas-salib gaghlitu jghix xhebh akbar ma’ Gesù Kristu, ssir ghalina f’dan ic-centinarju okkazjoni ta’ grazzja ghal riflessioni aktar profonda fuq is-sinifikat tal-karizma taghna Frangiskana fil-kuntest ta’ dan iz-zmien, f’dinja li qieghda tinbidel u li titlob minna identità aktar definita u precisa ta’ hajja u ta’ xhieda.

 

Guzepp, Huna

 

3. Hsibt li nipproponilkom l-istorja ta’ Guzeppi, bin Gakobb, li naqraw fil-Ktieb tal-Genesi, bhala ikona bibblika li fija naqraw mill-gdid l-esperjenza ta’ San Guzepp ta’ Copertino u l-messagg ta’ dan huna qaddis li joffrilna permezz tac-celebrazzjoni centinarja tat-twelid tieghu.

 

“Guzepp qal lil hutu: “Jien Guzeppi! Ghadu haj missieri?” Ghalhekk Guzeppi qal lil hutu ”Ersqu lejja” U resqu lejh. U qal:  “Jiena Guzeppi Hukom, Alla Baghatni hawn quddiemkom biex tibqghu hajjin.   U Alla baghatni quddiemkom biex ihallilkom xi bqija fuq l-art u jzomm haj bikom nisel kbir. Habbru lil Missieri il-kobor tieghi kollha u kull ma rajtu hawn. U bies ‘il hutu kollha u beka mghannaq maghhom imbaghad qaghdu hutu jithaddtu mieghu” (Gen 45:3-5.7.13.15)

 

Minn dan it-test jitilghu fil-wicc xi vrus li fuqhom nixtieq nigbed l-attenzjoni taghkom.

 

Jien Guzeppi! L-istorja nafuha: Guzeppi, li kien mibjugh minn hutu bhala skajv, issa mqieghed kap ta’ l-Egittu kollu kemm hu (ara Gen 41:41), jilqa’ lil hutu li marru hemm minhabba l-karistija u l-guh li hakem il-pajjiz ta’ Kaghnan u joffrilhom ospitalità u ghajnuna.  Guzeppi halla li jkun maghruf minn hutu: Jiena Guzeppi! Hija espressioni ta’ identità: li tigi presentata lilna llum, huwa bniedem li ghandu ghandu storja u ghandu wicc, post u origni.

 

Ahna nixtiequ naqraw dawn l-espressjonjiet fil-qalba tal-grajja ta’ Guzeppi ta’ Copertino.  Huwa jidher quddiemna, hutu, wara erba’ mitt sena f’kuntest ta’ storja mimlija kontradizzjonijiet, ta’  decizzjonijiet li huma bid-deher ‘il boghod mill-Vangelu u f’kuntrast kbir mat-tradizzjoni kristjana u jistedinna biex nirriflettu dwar l-identità taghna frangiskana, ta’ bnedmin imsejhin biex nimxu wara l-Mulej Gesù fil-hajja Konsagrata.

 

Ahna wkoll ghandna storja, wicc, isem li jikkwalifikaw il-mixja taghna wara Kristu, li huma l-identità, jsehhu relazzjoni personali, ntima, ta’ gharfien mal-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu.  Is-sejha li ghaliha ahna msejha tidhol fil-hajja personali taghna u tinterpella f’isem u ghal din is-sejha ahna hallejna kollox u gejna wara il-Mulej Gesù (Mt 19:27). Waqt li ngibu f’mohhna l-misteru tas-sejha li nimxu wara Kristu fil-hajja konsagrata, u waqt li ninghataw biex tigedded t-twegiba taghna timbutana biex nirbhu t-tentazzjoni ta’ medjockrità fil-hajja spiritwali, x-xewqa ghall-hwejjeg tad-dinja u l-mentalità kunsumista.   Hija kwistjoni ghalhekk biex nergghu niskopru l-ewwel l-imhabba li kebset l-ispirazzjoni taghna li nibdew il-mixja u nakkwistaw mill-gdid l-gharfien tal-misteru tas-sejha li taghmel lil kull wiehed minna lok ta’ relazzjoni intima ma’ Alla, hekk kif jissottolinja San Guzepp: jekk hemm xi haga tajba fija, hi kollha kemm hi grazzja specjali ta’ Alla.

 

4. Ghadu haj missieri?  Id-domanda li tigi mistoqsija lilna, ulied ta’ l-istess Missier, hija ghalina stedina biex infittxu it-tracci ta’ l-paternità komuni, fejn il-mixja taghna tiehu l-linji partikulari ta’ identità karizmatika: Ghadu haj fina, fil-komunitajiet taghna, fil-hajja taghna ta’ kuljum il-Missier taghna Frangisku ta’ Assisi?  L-appell li jaghmillna huna Guzeppi, dixxipli fidil tieghu u frangiskan awtentiku, jikkonsisti filli naqraw mill-gdid u ngeddu fl-esperjenza spiritwali tieghu, l-ghazla li nimxu wara Kristu fuq il-passi ta’ San Frangisk.  Niccelebraw c-centinarju tat-twelid jikkonsisti filli: li ningibu dejjem aktar lejn Kristu, centru tal-hajja konsagrata u tal-mixja frangiskana, u li naqbdu mill-gdid bil-qawwa l-mixja tal-konverzjoni u ta’ tigdid.

 

San Guzepp, Dixxiplu ta’ San Frangisk ta’ Assisi

 

5. Ejjew ghalhekk inwaqqfu l-attenzjoni taghna biex jikkonsidraw fil-qosor l-aspetti tipikament frangiskani ta’ San Guzepp ta’ Copertino li johorgu mill-hajja spiritwali tieghu u mill-kitbiet dwaru.  Il-Bambin fqajjar ta’ Betlem, Kristu msallab, l-Ewkaristija huma toroq li fuqhom Guzeppi mexxa l-passi tieghu.  L-axxezi rigoruza tieghu turi l-kuntest storico-spiritwali li ghex fihom, sawm, flagellazzjoni, cahdiet, hwejjeg mifhum li jkabbru l-bniedem interjuri permezz ta’ trasformazzjoni u purifikazzjoni minn gewwa, li ma mhix mifruda mill-istorja lanqas ma ddur fuqu nnifsu.  Hu minn dawn li huwa jiehu mill-esperjenza ta’ san Frangisk l-uzanza li jiccelebra ta’ spiss ir-Randan li jaghtu ritmu lill-mixja spiritwali tieghu.  Imma forsi, t-triq l-aktar li tidher kienet dik tal-faqar totali tieghu miksuba bit-tahrig tad-distakk mill-hwejjeg u mill-flus, hekk kif jghid huwa stess: ir-resistenza li jien ghamilt lis-sejha mqaddsa kienet aktar mhux misthoqqa ghax kienet kawzat mill-hafna imhabba li kelli ghall-hwejjeg bla sens ta’ l-ebda valur…Wahhaltha f’mohhi li ninza minn kollox, imma kienu tant keshin li qatt ma sehhli naghmilhom.  Huwa interessanti ninnutaw li din ir-resistenza li l-Qaddis ghamel lis-sejha tieghu ddeterminat l-inpenn spiritwali attwat konkretament f’dawk il-proposti li jinza minn kollox, li wkoll jekk ghall-ewwel kienu keshin u ma sehhlux jaghmilhom, madanakollu jwassluh. Kif tixhed il-kitba dwaru, ghar-rebha fuqu nnifsu li “jaghti kollox bil-ferh”.  Ghalhekk sehhet fil-qalb tieghu bidla: rajt id-dinja b’ghajnejn ohra: hallejt lill-qraba u mid-diskorsi ma’ l-ohrajn, nehhejt l-ilbies ta’ l-ghazel, u bdejt noqrod fuq t-twavel ta’ l-injam u nghatajt ghal penitenza u ghal meditazzjoni.  U nafu li wara l-hajja tieghu kienet mmarkata b’faqar l-aktar awtentiku, sal-punt li ma kellu l-ebda volontà ghajr dik tas-superjuri.

 

6. Il-faqar kbir li sfida z-zminijiet li fihom ghex San Guzepp kien esproprazzjoni totali tieghu nnifsu biex jinghata ‘il Alla biss permezz tal-Knisja u tas-superjuri ta’ l-Ordni.  Il-fqar konsagrat, flimkien ma’ l-ubbidjenza u s-safa ghas-saltna tas-Sema, sar il-profezija li ahna msejha li nghixu illum bhala wlied Frangisku ta’ Assisi li naghzlu naghmlu mir-radikalità evangelica, l-inpenn ewlinieni ta’ hajjietna.  Din il-konsiderazzjoni jrid ikollha verifika fl-esperjenza taghna ta’ kuljum, hemm fejn ahna kontinwament qieghdin fil-prova tal-mentalità kurrenti u mgieghlin jitqabdu biex jibqghu fidili ghall-inpennji li hadna bil-professjoni religjuza.  Niftakru li l-ewwel sens taghhom infatti huwa li naghtu xhieda li Alla bhala l-veru ghana tal-qalb tal-bniedem u t-twegiba ghall-hajja konsagrata tinsab fil-professjoni tal-faqar evenagliku… imsieheb minn inpenn attiv biex ingibu ‘l quddiem is-solidarjietà u l-karità.

 

7. Il-motivazzjoni li ggwidat dan l-inpenn fil-hajja ta’ Guzeppi, kienet li jara lilu nnifsu jilqa’ dak li Alla jitolbu biex idawwar qalbu lejh, lejn il-wicc ta’ Kristu Gesù, li jikkontempla t-tfajjel fil-misteru ta’ l-Inkarnmazzjoni, msallab u mqieghed fuq Salib, trijunfanti u mqajjem mill-qabar, fl-Ewkaristija, f’dan is-Sagrament imqaddes, li fih il-Majjesta Tieghu jitkellem qalb ma’ qalb, spirtu ma’ spirtu. Bhal Frangisku ta’ Assisi, il-harsa tieghu kienet affissata aktar fuq il-wicc tal-Mulej, wicc li jistidinna biex niskopru mill-gdid kif inghixu u nahdmu fil-hajja taghna ta’ kuljum, permezz tas-smiegh attent tal-Kelma ta’ Alla u fis-sehem ta’ spiss fis-Sagramenti ta’ l-Ewkartistija u tar-Rikonciljazzjoni, ta’ hajja ntensa ta’ talb u npenn spiritwali, fi zmien ta’ prova, fil-hajja fraterna u fil-knisja.  Guzeppi ta’ Copertino permezz tal-kontemplazzjoni tal-misteru ta’ Kristu, jistidinna biex niehdu hsieb il-hajja konsagrata taghna  bil-ghejjun ta’ spiritwalità solida u fonda… il-hajja spiritwali, mifhuma bhala hajja fi Kristu, hajja skond l-Ispirtu, li xxebbah lilha nnifisha bhala mixja ta’ fedeltà li tikber, li fiha l-bniedem konsagrat hu… f’ghaqda shiha ta’ mhabba u qadi fi hdan il-knisja.

 

8.  L-inpenn fil-hajja spiritwali ghandu jikkaratterizza l-hajja taghna ta’ kuljum kemm-il darba irridu nkunu xhieda kredibbli, jekk irridu li l-ezistenza taghna tkun profezija ghall-irgiel u n-nisa ta’ llum.  Ghalhekk jehtieg li niehdu hsieb id-dehra spiritwali tal-hajja taghna ta’ kuljum bi mhabba mgedda ta’ kontemplazzjoni, ta’ meditazzjoni tal-Kelma ta’ Alla, minghajr il-biza’ li mhu ser innehhu xejn fl-Apostolat tal-missjoni, li f’dan is-sens jakkwista qawwa akbar u incisiva.  Niftakru li dwar Frangisku ta’ Assisi jinghad li kuljum u kull hin kien jigi fuq ilsienu t-tifkira ta’ Kristu u b’kemm delicatezza u hlewwa kien jitkellem dwaru, b’imhabba tenera kien jitkellem mieghu!.  Attitudini li ninnutawhom wkoll fil-hajja ta’ San Guzepp li jitkellem fuqu nnifsu bhalikieku sakranazz li mhux hu nnifsu u ghalhekk ikanta u jizfen ghax ihobb mill-qalb il-Mulej.

 

9. Waqt li nduru  mill-gdid lejn l-ikona bibblika nixtieq nipponta lejn dawk il-vrus li jdawwlu aktar ahjar xi aspetti mill-hajja ta’ Guzeppi ta’ Copertino, u li juru bic-car mill-gdid il-karattru frangiskan ta’ l-esperjenza tieghu.

 

“Ersqu aktar lejja” Huma resqu lejh u hu qalilihom: “jien Guzeppi, hukom!” Dak kollu li ghedna s’issa ghinna biex nersqu aktar lejh, lejn bniedem li ghex u emmen tassew fil-hajja fraterna.  Il-Fraternità hija ambjent haj u l-post fejn l-Ordni jizviluppa, dan huwa “id-don” li l-Aktar Gholi ta’ lil Frangisku fil-bidu ta’ l-esperjenza tieghu u li kontinwament tkompli gedded lilha nnifsiha llum fil-komunità permezz ta’ l-ahwa – irgiel u nisa – li l-istess Mulej ta’ lilna.  Guzeppi izolat minhabba l-esperjenzi straordinarji ta’ Alla, hass in-nuqqas ta’ fraternità u kien biss lejn l-ahhar snin ta’ hajtu f’Osimo li daq il-presenza ta’ hutu l-patrijiet li kienu jzuruh kuljum wara l-ikel ta’ filghaxija biex joqghodu jithaddtu mieghu dwar il-hwejjeg tajba, jisimghu t-taghlim tieghu u l-kant ta’ l-istrofi li kien ikanta.  Kien l-stil tieghu li jkollu dejjem fuq il-ponta ta’ ilsienu kelma ta’ karità u kien jghidha bil-hlewwa.  Ghal dawn il-kliem, mbaghad kienu jikkorispondu il-fatti u darba minnhom meta tnejn mill-ahwa kellhom xi jghidu, sejhilhom u bi twissijiet kollha mhabba giebhom f’ghaqda mill-gdid bejniethom.  Kien ghalhekk, animatur tal-hajja fraterna, li taghha kellu rwol fondamentali fil-mixja spiritwali tal-persuni konsagrati, kemm ghat-tigdid kostanti taghhom u kemm ghat-twettiq shih tal-missjoni taghhom fid-dinja.

 

10. Nersqu lejn San Guzepp ifisser niskopru l-ferh li ahna ahwa, li nghixu l-ispiritwalità ta’ komunjoni li tfisser il-kapacità li thoss lil huk fil-fidi fl-ghaqda profonda tal-Gisem Mistiku, bhala wiehed li appartjeni lili.  Il-konsegwenzi li johorgu mill-mod ta’ kif inhossu u ngibu ruhna fil-mumenti ta’ ferh u ta’ tbatija, kif ukoll filli nifhmu fix-xewqat u fil-hsieb ta’ hija, x’inhuma l-bzonnijiet tieghu u billi noffrulu hbieberija vera u profonda. Barra minn hekk l-ispiritwalità ta’ komunijoni hija wkoll il-kapacità li tara, qabelxejn, dak li huwa posittiv f’haddiehor, biex tilqghu u tivvalorizzah bhala don ta’ Alla, l-ispiritwalità ta’ komunjoni hija t-triq Ghalliema ta’ futur ta’ hajja u xhieda, fejn hija jsir sagrament ta’ Kristu u ta’ ghaqda ma’ Alla.

 

Ghandna nilqghu din is-sejha li qejja mill-hajja ta’ dan huna Qaddis li jghid: is-sinjal veru u li jidher biex tkun taf jekk f’dak il-post hemmx Alla hija l-ghaqda. Ghandna niskopru il-valur li ma jinbidilx tal-hajja fraterna, nemmnu fih u nhaddnuh f’kull komunità, nsahhu fejn ddghajjef u nibnuh mill-gdid fejn il-fragilità, l-egojizmu u l-ghira taghna ippruvaw igarrfuh, u niftakru dejjem li qabel ma hija kostruzzjoni umana, il-hajja komunitarja hija don ta’ l-Ispirtu u li l-ghola sejha tal-bniedem hija li jidhol f’ghaqda ma’ Alla u ma’ hutu l-bnedmin.

 

11.  San Guzepp, bniedem ta’ Talb, ta’ hajja nterjuri u komunjoni fraterna, huwa wkol  bniedem ferriehi.  Is-sinjali ta’ ferh huma sinjali ta’ mixja spirituali awtentika, ta’ relazzjoni awtentika ma’ Alla u ma’ l-ahwa.  Jekk nerghu lura lejn l-immagini tat-test bibbliku li qieshom bhal bicca filigranu ghal din ir-riflessjoni taghna, ninutaw li l-laqgha ma’ l-ahwa ssir ferh profond, effuzjoni ta’ sentimenti ntimi li jigbed qalb kulhadd.

 

“Ghidu lil Missieri dwar dak li rajtu!, Guseppi mbaghad bies lil hutu kollha u beka mghannaq maghhom imbaghad qaghdu hutu jithaddtu mieghu” . Guzeppi ta’ Copertino jolqotna minhabba l-ferh li jittiehed tieghu u li jikkaratterizzah u jibqa tassew difficili tahseb li dan il-kantur ta’ strofi sbieh seta’ jkun l-istess bniedem imsalleb mill-inkompressjoni u l-akkuzi foloz li qajmu kontra tieghhu. Bhall-Missier Serafiku, huwa ghex hajtu fil-ferh perfett ta’ sabar ippruvat li jwassal ghall-vera ferh, li jnizzel gheruqu biss fl-ghaqda mal-Mulej u ma’ l-ahwa. Il-messagg tal-hajja konsagrata ttenni bla waqfien li s-supremazija ta’ Alla hija ghall-esiztenza shiha tal-bniedem, it-tifsir u ferh, ghax il-bniedem huwa mahluq minn Alla u ma jsib serhan qatt sakemm isib il-paci fih.  Barra minnhekk il-komunitajiet tal-hajja konsagrata huma postijiet ta’ tama, postijiet fejn l-imhabba mghaquda mat-talb, l-ghajn tal-ghaqda, huma msejha li jsiru lok ta’ hajja u ghajn ta’ ferh.

 

12. Fid-dinja ta’ llum jiehu spiss il-karatteristika ta’ vojt u ta’ ghaxien superficjali mifrux principalment permezz tal-mass media u minn mentalità komuni li tpoggi l-fundament taghha fuq il-veritajiet foloz u illusorji.  Id-dinja ta’ llum hija nvazata minn dwejjaq bla razan, minn solitudini u minn qtiegh il-qalb. Frott ta’ nuqqas ta’ valuri nterjuri, tal-grajjiet u ta’ l-istorja li qieghdin nghixu, bir-riskju li nitilfu l-veru sens tal-hajja u li nghixu mifruxin.  Minghajr il-harsa kontemplattiva ma nistghu qatt nifmhu dak li qed isehh u t-tifsir tal-grajjiet.  Minghajr dil-harsa  kontemplattiva kollox jitlef is-sens tieghu.  Il-ferh, l-hena u l-ispirtu seren li jiddistingwu l-irgiel u n-nisa ta’ Alla jinbtu mill-kapacità li wiehed tassew jammira u jikkontempla l-presenza tal-Hallieq. Kull tifhir jitnissel mill-qalb u kull hlieqa hija bhal nuccali.  Kemm ikunu tac-cajt li wiehed jilbez in-nuccali biex jara biss in-nuccali u mhux il-hwejjeg li huma ‘l boghod!  Il-bnedmin ighidu: kemm hwejjeg sbieh jigu minn natura! U lanqas jindenjaw jerfghu mohhhom biex jikkontemplaw ‘il Alla tan-natura.  Minna l-patrijiet, huna Guzeppi jitlob ix-xhieda ta’ bnedmin ferhanin tassew ghaliex poggejna t-tama taghna fi Kristu Gesù.  Minna l-Frangiskani, li jithaddtu mieghu, jistennew hajja awtentika li taf toghli l-mohh biex jikkontempla lil Alla.

 

Alla baghat lili

 

13. U Alla baghat lili qabilkom biex ihallilkom fdal fuq l-art u jzomm haj bikom nisel kbir. Habbru lil Missieri il-kobor tieghi kollha u kull ma rajtu hawn. U bies ‘il hutu kollha u beka mghannaq maghhom imbaghad qaghdu hutu jithaddtu mieghu”. L-espressjoni Alla baghat lili turbot flimkien iz-zewg frazijiet: tindika il-primat ta’ l-intervent ta’ Alla.  Infatti titratta dwar mandat, dwar sejha biex tmur. Torbot ukoll il-frazi “qabilkom”.  L-effett ta’ din is-sejha huma tlieta: (a) biex tibqghu hajjin, (b) biex inhallilkom fdal fuq l-art u (c) biex izomm haj bikom nisel kbir.   Fl-ahharnett dawk involuti f’dan il-movument huma tnejn: “Alla baghat lili”, Alla u l-bniedem li baghat.  Dawn il-vrus jissuggerixxu aspett iehor li johrog mill-istorja ta’ Guzeppi u li jiftah orizzont biex nifhmu ahjar id-don ta’ dan huna Qaddis lill-Ordni taghna u lill-knisja: il-missjoni.

 

14. Hemm sejha li tibda minn Alla u li tilhaq l-esistenza taghha, din is-sejha mhi qatt esklussivament ghal dak li hu msejjah, imma hija ghall-bini ta’ kulhadd (1Kor 14:26).  Alla jsejjah biex jibghat.  Ahna rcevejna missioni fil-mument li gejna msejhin.  San Guzepp ta’ Copertino kellu l-missjoni specifika tieghu fil-knisja u fid-dinja: qabilna huwa sinjal effikaci tal-primat ta’ Alla u tal-grazzja tieghu li tahdem fil-hajja ta’ dawk li jemmnu, imma wkoll huwa indikazzjoni ta’ tama ghal dawk li huma ‘l boghod mill-ghaqda ma’ Alla u li qeghdin ifittxuh.  L-esperjenza spiritwali tieghu, l-estasi u “it-titjir tieghu”, huma mezz biex jinbuttaw u jghollu l-mohh lejn realtà li toghla ‘l fuq mill-bniedem tat-tielet millenju u xi waqtiet huwa mitluf fuq “genna virtuali”  u barra mill-logika tal-Vangelu.  Guzeppi ntbaghat qabilna biex jiftah ix-xquq fil-hitan ta’ l-indifferenza u tal-fidi li tinghalaq fis-sikurezzi taghna nnfisha: il-karistija li gieghlet lil hut Guzeppi jfittxu il-hobz fl-Egittu (Gen 37-50) issir okkazjoni li Alla jaghti biex ifisser l-istorja.  Ahna wkoll, illum qed nghixu ghamla ohra ta’ karistija li timbuttana ghal tfittxija ta’ l-awtenticità u huwa hawn li niltaqghu ma’ Guzeppi ta’ Copertino bix-xhieda ta’ hajtu:  li kieku Alla ma ghennix, Alla jaf x’kien isir minni.  Jiena bhal dik il-gebla ta’ l-ghajn li minnha jnixxi l-ilma tal-grazzji.  L-ghajn taghti l-ilma mill-vina bla ma taghti xejn minn taghha. Il-missjoni qabel ma tinghata ghall-opri ta’ barra tkun cara meta taghti lil Kristu lid-dinja permezz tax-xhieda personali.  Aktar ma wiehed ihalli lilu nnifsu jixbah lil Kristu, aktar jaghmlu prezenti u operanti fid-dinja ghall-fidwa tal-bnedmin.

 

Ghall-hajja

 

15. Imsejhin, ghalhekk, ghall-missjoni li fil-hajja konsagrata ghandha xoghol profetiku li taftakar u taqdi l-pjan ta’ Alla ghall-bnedmin.  Il-pjan tieghu tal-hajja, tal-fidwa u tar-rikonciljazzjoni fi Kristu Gesù-  Guzeppi ta’ Copertino jindikalna triq li fit-test bibbliku rajna li ghandha tlett mumenti.

 

L-ewwel pass hu “biex tibqghu hajjin” jigifieri biex nibqghu hajjin illum, wkoll meta kollox jhedded u johloq dwejjaq u xi drabi jibblukkawna f’posizjoni nixfa u bla hajja.  “Biex nibqghu hajjin” ghandna bzonn li nzommu u nqajmu fina ix-xewqa ta’ Alla, niksbu mill-gdid fiducja fil-hajja taghna Frangiskana u naqraw b’harsa positiva l-grajjiet u l-persuni. Il-bnedmin ta’ fidi huma bhal sigar kbar, wkoll jekk jinqatghu, jibqghu jarmu zragen godda.  Bil-maqlub min m’ghandux fidi, huwa bhal sigra bla gheruq li taqa’ ma’ l-ewwel naqra rih.

 

16. “Biex ihallikom fdal fuq l-art huwa t-tieni pass ta’ din il-mixja.  Ikollok esperienza profonda ta’ Alla u konoxxenza ta’ l-isfidi ta’ zmienna, taqbad is-sens teologiku permezz ta’ dixxerniment maghmul fl-Ispirtu s-Santu fid-dawl tal-Vangelu, dan ifisser “ihallikom fdal fuq l-art li fih ahna msejha li nghixu s-sejha frangiskana taghna.  Izda dan kollu igib mieghu npenn awtentiku ta’ hajja f’dak li naghmlu kuljum li jrid “jitlaq minn Kristu, jigifieri li nibdew dejjem mill-mument l-aktar gholi ta’ l-imhabba tieghu meta fuq is-Salib huwa joffri hajtu bhala l-akbar offerta.  Guzeppi ta’ Copertino ghex l-esperjenza tieghu f-din il-kapacità li jaghraf f’dawn il-grajjiet il-fatti, il-persuni, il-presenza tal-Mulej li takkompanja kull bniedem. L-ghajnuna u s-sokkors jigu minn Alla!

 

17. “Biex inzomm haj bikom nisel kbir”, hekku fl-ahharnett it-tielet pass ta’ din il-mixja li jrid jindikkalna il-Qaddis ta’ Copertino, li jghix il-Vangelu bhala r-Regola ta’ hajja li ghal Frangisku ta’ Assisi kien inpenn biex iwassal il-Bxara t-Tajba: Morru tnejn tnejn, kull rokna tad-dinja u habbru lil bnedmin il-paci u l-indiema ghall-mahfra tad-dnubiet… Huti, morru flimkien ma’ Alla, u kif inebbahkom hu xandru lil kulhadd l-indiema… l-ahwa kollha madanakollu ghandhom jipprietkaw permezz ta’ l-opri .

 

L-esperjenza partikulari ta’ San Guzepp ta’ Copertino kienet espressjoni fidala ta’ dan il-mandat ta’ Frangisku lill-patrijiet minuri: il-bijografi tieghu jfakkruna fl-akkoljenza ta’ dawk li gew minn diversi nazzjonijiet u kundizzjonijiet socjali, li marru ghandu biex jisimugh u jiehdu l-parir tieghu: jiena bhal gebla ta’ l-ghajna li minna jnixxi l-ilma tal-grazzji.

 

18.  “Biex izommkom hajjin”, hajja milqughha b’inpenn ta’ hajja spiritwali u ta’ talb, ta’ relazzjoni ma’ Alla u ta’ mixja wara Kristu.  Jassigura l-fdal fil-pajjiz billi jikseb gharfien taz-zmien storiku li nghixu fih u billi jaqra wara s-sinjali ta’ tama u ta’ fidwa mahduma min Kristu Gesù, “hares fina l-hajja ta’ kotra kbira ta’ nies” permezz tax-xhieda ferriera dejjem lesti biex naghtu twegiba lil kull min jitlobna il-ghala tat-tama li ghandna (1 Pt 3:15).  Dawn huma il-passi li mexa Guzeppi ta’ Copertino qabilna.

 

Hija mixja li rridu naghmlu taghna matul din is-Sena Centinarja, li fiha imbierku lil Alla talli tana lil dan Huna li mexa b’impenn tassew it-triq tieghu tal-qdusija u li jistieden lilna wkoll biex ma nikkuntentawx b’hajja medjokra u superficjali.  Imma li nghixu il-htiega ta’ konverzjoni profonda biex infittxu qabel xejn is-Saltna ta’ Alla, fic-cahda taghna nnifsuna biex inkunu lkoll kemm ahna tal-Mulej, biex Alla jkun kollu kemm hu f’kulhadd.

 

19.  Fi tmien ta’ din ir-riflessjoni fuq Huna San Guzepp ta’ Copertino, qabel naghlaq nixtieq indawwar il-harsa fuq Dik li kienet ghal qaddis, presenza qawwija u discreta - l-Omm ta’ Gesù, li lejha kellu devozzjoni kbira u mimlija tenerezza.  Hija mxiet mieghu tul hajtu kollha, specjalment fil-mumenti ta’ prova li lejha kien idur kull darba li kien ikollu bzonn tas-serhan u tal-paci.  Ghaliha kkompona strofi ta’ mhabba li kien ikanta fil-festi differenti imsiehba b’atti ta’ fervur u qima.  Ma kien jista’ joqghod lanqas waqt wiehed minghajrha u kien ighid: Din hija l-Protettrici, Sinjura, Patruna, l-Omm, Gharusa u l-Ghajnuna taghna u kien itemm dawn il-kliem mitluf f’estasi.

 

Bhal Frangisku ta’ Assisi kellu gratitudini kbira lejn din l-Omm minhabba li ghamlet huna lill-Mulej tal-Majjestà.  Spiss kien jinxtehet wiccu fl-art quddiem ix-xbieha tal-Vergni ta’ Grottella, l-ikona meqjuma fis-Santwarju ta’ Copertino u li kien ihobb b’mod singolari (kopja ta’ din l-ikona kienet moghtija bhala rigal lil San Guzepp li hadha mieghu kemm fis-Sacro Convento f’Assisi u kemm fil-kunvent ta’ Osimo, fejn ghadha mharsa b’ghozza sallum).  Hu car ghalhekk li kif din il-presenza materna ta’ Marija akkompanjatu tul il-hajja tieghu ta’ kuljum u kif hu ghex fi hdan dawn id-dirghajn kollha mhabba ta’ Omm. Invit iehor ghalina biex nahsbu fuq il-post tal-Vergni fil-hajja konsagrata u frangiskana taghna, fuq l-ezempju tal-Missier Serafiku taghna, skond il-kliem tal-Vangelu, nghixu dawk il-beatitudni li ghamluha Omm, Oht, Qaddejja, Gharusa u Bint ghax semghet il-kelma u poggietha fil-prattika biex taghmel ir-rieda tal-Missier li hu fis-Sema.

 

Tmiem

 

20 Fid-disinn li thejja ghar-IV centinarju tat-twelid ta’ San Guzepp ta’ Copertino naqraw mill-gdid il-kliem li ggwidaw il-Gublew tas-sena 2000: Duc in altum! Hu dan li nitolbu lil San Guzepp ta’ Copertino:

 

Mexxi lilna lkoll ‘l quddiem,

ghamel li “naqilghu ‘l barra”,

lejn dan il-Millenju gdid li nfetah ghalina,

int li wettaq ir-rieda tal-Missier

dejjem lest biex tobdi

b’harsa fissa lejn il-faqar tal-Bambin ckejken,

imhabba mqanqla lejn is-Salib,

mghaggeb bid-dawl ta’ l-Imqajjem,

mahkum f’estasi ta’ l-Ewkaristija,

umli u akkoljenti ghal Vergni,

ghammiel fil-missjoni tieghek ta’ xhud ta’ mhabba,

Hu kulhadd, semplici u ferhan,

ghinna biex inkunu fidili ghas-sejha taghna,

minuri u sottomessi ghal kulhadd,

qaddejja ta’ l-irgiel u n-nisa taz-zmien ta’ llum,

xhieda kuragguza tal-Hajja u tal-Verità

fuq it-Triq li huwa Kristu Gesù

l-Uniku Salvezza u tama tad-dinja,

harisna u ggwidana fil-mixja tal-qdusija

fuq it-triq tal-Beatitutdni

li urina l-Iben

li ghix u jsaltan mal-Missier u l-Ispirtu s-Santu

Trinità Perfetta u Unità Semplici,

Alla li jista’ kollox ghal dejjem ta’ dejjem.

Amen.

 

Ruma, 18 ta’ Settembru 2002

Festa ta’ San Guzepp ta’ Copertino

 

 

Patri Joachim Giermek

Ministru General.

 


malquba ghal Malti minn Fr Thomas Calleja ofmconv  

Assisi 21.3.2003


 

San Guzepp ta' Copertino

400 Sena mit-Twelid 1603-2003

 

Kelma

tal-Papa

"Din is-Sena Centinarja taghti opportunità providenzjali lill-komunità nisranija kollha kemm hi, biex

trodd hajr

lill-Mulej ghall-frott abundanti

ta’ qdusija

u gherf

uman

moghti lil

dan

il-Qaddis umli u docli ta’ Kristu."

 

Dwar

il-Qaddis

ara wkoll

Guzepp

ta’ Copertino