San Guzepp ta' Copertino - 400 sena mit-Twelid - 1603-2003
 

◄◄|werrej|►►


Mumenti Principali tal-Hajja

ta' San Guzepp ta' Copertino


 

1603:

17 ta' Gunju, Guzeppi Desa bin Felice u Franceschina Panaca twieled fil-belt ckejkna ta' Copertino f'Lecce, gewwa l-Italja.

 

1610:

Guzeppi kien milqut minn tumur kankruz li mhabba fih kellu jieqaf mill-iskola u jibqa d-dar.

 

1615:

F'Galatone qrib Lecce waqt li kien fis-santwarju tal-Madonna delle Grazie, Guzeppi fieq mill-marda li kellu u rega' lura d-dar fuq saqajh.

 

1620:

Beda in-novizzjat mal-Patrijiet Kapuccini ta' Martina Franca f'Taranto. Tawh l-isem ta' Fra Stiefnu. Izda wara tmien xhur nbaghat lura id-dar.

 

1621:

Guzeppi dahal bhala ajk mal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-kunvent ta' Grottella qrib Corpertino.

 

1625:

19 ta' Gunju wara li ta' xhieda ta' l-isforzi li kien qed jaghmel Fra Guzepp sab ruhu fost l-istudenti li kienu qed jistudjaw biex isiru sacerdoti.

 

1627:

6 ta' Jannar, Wara li ghadda l-ezamijiet Fra Guzepp kien ordnat Djaknu f'Nardò.

 

1628:

18 ta' Marzu, id-Djaknu Guzeppi ta' Copertino kien ordnat sacerdot u beda il-ministeru tieghu fil-Kunvent u s-Santwarju ta' Grottella.  F'dan iz-zmien bdew l-esperjenzi tieghu ta' estasi.

 

1630:

4 ta' Ottubru, Patri Guzeppi ghall-ewwel darba li inqata' mill-art waqt it-talb.  Wara dan kienu bla ghadd d-drabi li Patri Guzeppi kellu esperjenzi simili, li mhabba fihom kellu jgarrab ghadd ta' nkompressjoni u persekuzzjonijiet.

 

1638:

21 ta' Ottubru, Patri guzepp kien mitlub jidher quddiem it-Tribunal ta' l-Inkizzizzjoni f'Napli.  Wara li nstab bla htija ntbaghat Ruma u ghadda zmien fil-Kunvent ta' Santi Appostli fejn kien hemm il-Kurja Generali.

 

1639:

30 ta' April, Patri Guzepp wasal Assisi fis-Sacro Convento ta' San Frangisk.  Bil-permessi specjali kien jircievi nies umli kif ukoll rjus kbar bhal kardinali, isqfijiet, princpijiet u principessi fosthom Giovanni Casimiro Waza, li wara sar Re tal-Polonja u Infanta Maria ta' Savoia, il-princep luteran Giovanni Federico di Sassonia, li wara kkonverta ghall-kattolicezmu.  Dawn kienu jfittxu l-pariri spiritwali tieghu.  Patri Guzeppi dam f'dan il-kunvent qrib il-qabar ta' San Frangisk f'Assisi 14-il sena.

 

1644:

10 ta' April, il-Kunsill tal-Prijuri ta' Assisi nnomina lil Patri Guzeppi ta' Copertino bhala cittadin onorarju ta' Assisi u fl-4 ta' Awissu ta' l-istess sena tawh id-diploma ta' din ic-cittadinanza.

 

1653:

23 ta' Lulju, Patri Guzepp kien trasferit fuq l-ordni tas-Sant'Uffizzju ta' Ruma, mill-kunvent tas-Sacro Convento ta' Assisi l-ewwel ghall-kunvent tal-Patrijiet Kapuccini ta' Pietrarubbia fil-Macerata u f'Settembru ta' l-istess sena ghall-protokunvent tal-Kapuccini ta' Fossombrone f'Pesaro.

 

1657:

10 ta' Lulju, Patri Guzepp rritorna mill-gdid fi hdan il-familja tieghu tal-Frangiskani Konventwali.  Il-kunvent il-gdid tieghu kien dak ta' Osimo qrib Ancona.  Hawn Patri Guzepp ghex l-ahhar sitt snin ta' hajtu.

 

1663:

18 ta' Settembru, Patri Guzepp ta' Copertino jwettaq l-ahhar titjira tieghu, meta halla din id-dinja biex itir lejn is-Sema. Jumejn wara fl-20 ta' settembru sar il-funeral solenni. Il-tebut bil-gisem tieghu tqieghed taht l-altar tal-Vergni Marija Immakulata fil-knisja ta' San Frangisk, li wara giet ddikata ghalih.

 

1753:

24 ta' Frar, il-Papa Beneditt XIV ddikjara lil Patri Guzepp ta' Copertino bhala "Beatu".

 

1767:

16 ta' Lulju, Il-Papa Klement XIII ipproklamah "Qaddis" u ried il-venerazzjoni tieghu tinxtered mal-knisja kollha.

 

1933-1937:

Saru xoghol ta' restawr fil-Bazilka-Santwarju ta' Osimo fejn hemm il-gisem ta' San Guzepp ta' Copertino.  Saru affreski mill-pittur naplitan Gaetano Bocchetti.

 

1963:

Matul it-tielet centinarju mill-mewt ta' San Guzepp saret rikonizzjoni tal-gisem tieghu u aktar tard saret urna artisika tal-bzonn indurat biex jitqieghed fiha il-gisem tal-Qaddis.  Dan sar fil-kripta taht l-altar maggur tal-Bazilka f'Osimo. Matul din is-sena giet ppubblikata il hajja ta' San Guzepp ta' Copertino miktuba minn Patri Guztavo Parisciani OFMConv.

 

1967:

Fl-okkazjoni tat-tieni centinarju minn meta kien pproklamat qaddis San Guzepp ta' Copertino gie pproklamat mill-Papa Pawlu VI bhala Patrun principali tal-Belt ta' Osimo.

 

2002:

18 ta' Settembru f'Osimo u f'Copertino nghataw bidu ghac-celebrazzjonijiet tar-VI Centinarju mit-twelid tal-Qaddis.  Fl-istess jum il-Ministru General ta' l-Ordni tal-Frangiskani Minuri Konventwali Patri Joachim Giermek kiteb ittra lill-patrijiet kollha bhala riflessjoni ghall-okkazjoni tac-centinarju.

 

2003:

17 ta’ Marzu  li l-Qdusija tieghu l-Papa Gwann Pawlu II baghat messagg lill-Ministru General ta’ l-Ordni Frangiskan tal-Patrijiet Minuri Konventwali, Patri Joachim Giermek, fl-okkazjoni tac-celebrazzjoni ta’ l-400 Anniversarju mit-Twelid ta’ San Guzepp ta’ Copertino.

 


migbur minn Fr Thomas Calleja ofmconv.

Assisi 25.3.2003


 

San Guzepp ta' Copertino

400 Sena mit-Twelid 1603-2003

 

Kelma

tal-Papa

"Din is-Sena Centinarja taghti opportunità providenzjali lill-komunità nisranija kollha kemm hi, biex

trodd hajr

lill-Mulej ghall-frott abundanti

ta’ qdusija

u gherf

uman

moghti lil

dan

il-Qaddis umli u docli ta’ Kristu."

 

Dwar

il-Qaddis

ara wkoll

Guzepp

ta’ Copertino

Guzepp

ta’ Copertino