Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003
 

◄◄|werrej|►►


Is-Sorijiet Klarissi f'Malta

matul it-Tlitt Ijiem Imqaddsa ta' l-Ghid


kitba ta' Sr Marie Carmel Saliba OSC


Mhux l-ewwel darba li lilna, is-Sorijiet Klarissi, jistaqsuna "X'toqoghdu taghmlu hemm gew?" U mhux l-ewwel darba li niktbu artikli fuq gurnali dwar dan Però il-Gimga Mqaddsa u b'mod partikulari t-Tlitt Ijiem Imqaddsa ta' l-Ghid huma zmien specjali fis-sena, kemm ghal kull Nisrani kif ukoll ghalina, is-Sorijiet Klarissi.

 

F'dawn il jiem gheziez isiru cerimonji tradizzjonali monastici li minn sena ghal sena nistennewhom bil-herqa ghax jghununa nidhlu fl-ispirtu ta' l-akbar grajjiet ta' l-istorja, il-Grajja tal-Fidwa taghna minn Sidna Gesù Kristu. Nixtieq naqsam maghkom x'isir wara l-hitan tal-klawsura taghna f dawn il-jiem.

 

Minbarra c-celebrazzjonijiet Liturgici li jsiru bhalma jsir f'kull parrocca, fil-Monasteru taghna ghandna xi uzanzi ohrajn marbutin mal-granet tal-Gimgha Mqaddsa u b'mod partikulari mat-Tlitt Ijiem Imqaddsa ta' l-Ghid.

 

Hadd il-Palm

Ta' kull sena f'Hadd il-Palm filghaxija, waqt il-kompieta (l-ahhar talba liturgika tal-gurnata), ahna naghmlu cerimonja helwa biex infakkru l-pass deciziv u kuraggjuz li hadet l-Omm u l-Fundatrici taghna Santa Klara meta fit-28 ta' Marcu 1211 fil-lejl ta' Hadd il-Palm harbet mid-dar u marret fil-kappella ta' Santa Marija ta' l-Angli (il-Porzjunkola) biex hemm, f'idejn Frangisku, imdawwar minn shabu, tikkonsagra ruhha lil Alla.

 

Din is-sena, din ic-cerimonja f'Hadd il-Palm se tkun ghalina wahda specjali peress li dakinhar tibda ghalina sena ta' grazzja bil-ftuh tac-celebrazzjonijiet li jfakkru s-750 sena mill-mewt ta' Santa Klara.

 

Hamis ix-Xirka

F'Hamis ix-Xirka, kmieni wara nofsinhar, qabel iccelebrazzjoni solenni ta' l-Ikla tal-Mulej, il-komunità tingabar  ghall-"Mandatum", funzjoni simbolika u mimlija tifsir ghall-fratrenità.

 

Is-sorijiet jiltaqghu fil-kor u jimxu bil-kant f' purcissjoni tul il-kjostru lejn is-sala tal-komunità. Hemmhekk joqoghdu bilqieghda madwar mejda mhejjija apposta b'simboli marbuta ma' l-Ahhar Cena ta' Gesù.

 

Fuq il-mejda nsibu torta forma ta' Haruf li l-mili taghha, li jaghti fil-morr, hu wiehed specjali maghmul biss ghal Hamis ix-Xirka. Din it-torta tinqasam u tittiekel aktar tard fl-ikla ta' filghaxija.

 

Fuq il-mejda nsibu wkoll qaghqa tal-hobz imqattgha f'bicciet, wahda ghal kull soru, zewg fliexken inbid u sjuna biz-zalza morra u ohra bil-melh. II-mejda tiddawwal b'kandelabru b'seba'xemghat u tizzejjen bi frott u weraq. Il-laqgha flimkien tibda bil-gari tal-passagg mill-Vangelu skond San Gwann tal-hasil tar-riglejn ta' l-Appostli, minn Gesù fl-Ahhar Cena: Imbaghad, b'gest simboliku; il-Madre Badessa tahsel riglejn tnax-il soru.

 

X'hin tasal is-soru li tirrapprezenta lil Pietru, isir djalogu bejnha u bejn il-Madre, li ghandha l-post ta' Gesù. Wara, il-Madre tagmel ezortazzjoni dwar il-gest tant umli tas-Sid ta' kollox u l-imhabba bla tarf tieghu, u theggeg lilna s-Sorijiet biex bhal Gesù naqdu lil xulxin b'umiltà, imhabba u hlewwa.

 

Imbaghad, bhala sinjal ta' komunjoni ta' mhabba; kull soru tiekol bicca hobz li tkun billet go tazza bl-inbid li nghaddu lil xulxin. Nispiccaw din il-laqgha fraterna tassew impressjonanti billi l-Madre, f'isem Gesù, taghti l-bewsa tal-paci lil kull soru, simbolu ta' l-addio tieghu qabel mar ghall-passjoni.

 

Wara l-Quddiesa Solenni ta' l-Ikla tal, li ssir fil-kappella bis-sehem tal-pubbliku, id-daqq tal-qampiena li soltu jsejjah lis-sorijiet ghall-atti komuni jieqaf. Minflok il-qampiena tintuza cuglajta. Id-daqq ferriehi tal-qampiena jerga' jinstema' waqt il-glorja tal-Vgili ta' Sibt il-Ghid. It-talb devozzjonali hhall-Angelus, ir-Ruzarju jew il-kurunella tad-Duluri, li soltu nghidu flimkien f'certi hinijiet, f'dawn il-granet isir b'mod privat. Anki t-talba ta' qabeI u wara l-ikel ma nghiduhiex flimkien. Minflok, wara pawsa ta' skiet biex kull soru titlob f'qalbha t-talba tas-soltu, inkantaw flimkien l-antifona: "Minhabba fina Kristu bata sal-mewl, anzi sal-mewl tas-Salib".

 

L-innijiet u s-salmi waqt il-Liturgija tas-Sighat nibqghu nkantawhom flimkien. Hija uzanza li f'Hamis ix-Xirka naghmu l-kompieta (l-ahhar talba liturgika ta' filghaxija) bil-kant ta' Stabat Mater quddiem l-Artal tar-Ripozizzjoni, u matul il-lejl issir adorazzjoni mill-inqas minn zewg Sorijiet li jibdlu 'l xulxin kull siegha.

 

Il-Gimgha l-Kbira

Nhar il-Gimga l-Kbira, bhalma naghmlu f'Hamis ix-Xirka u f'Sibt il-Ghid, nibdew il-gurnata bil-kant ta' l-Ufficcju tal-Qari, hin ta' talb fis-skiet u kant tat'Tifhir ta' Sbih il-JUm.  Imbaghad fit-8.30am is-sorijiet jingabru fis-sala tal-komunità biex: flimkien jimmeditaw u jikkontemplaw il-Passjoni ta' Sidna Gesù Kristu.

 

Fi tmiem din il-laqgha annwali, il-Madre titlob mahfra lill-komunità tan-nuqqasijiet taghha, u s-Sorijiet jitolbu mahfra lil Madre u lil xulxin tan-nuqqasijiet taghhom. Imbaghad, b'sinjal ta' mahfra u radd ta' hajr ghas-servizzi li nircievu minghand xulxin, kull soru taghti bewsa lill-Madre u lil kull wahda mis-sorijiet; filwaqt li nghidu lil xulxin "Ahfirli u grazzi".

 

Ghall-kumplament ta' l-ghodwa tal-Gimgha il-Kbira titkompla b'mod individwali l-adorazzjoni tas-Sagrament Imqaddes. Ghalina, is-Sorijiet Klarissi, din l-adorazzjoni tiehu post il-Vizti tas-Seba' Knejjes.

 

Fis-2.30pm issir Via Sagra mal-pubbliku migbur fil-kappella ghac-celebrazzjoni solenni tal-Passjoni tal-Mulej. Wara din ic-celebrazzjoni, is-Sorijiet jibqghu migbura fis-skiet u fit-talb.

 

Hemm min joqghod fil-kor, li f'dawn il jiem ikun imcahhad mill-prezenza reali ta' Gesù Sidna, u hemm ukoll min jippreferi joqghod jitlob fis-sala tal-kapitlu quddiem kurcifiss kbir u fejn ukoll f'dawn it-tlitt ijiem imqaddsa tinzamm ir-riserva ta' l-Ewkaristija.

 

Sibt il-Ghid

Sibt il-Ghid nghadduh fis-skiet u fit-talb f'ghagda ma' Marija Addolorata. Imma ma' l-Ghasar tas-Sibt jibda digà jfegg id-dawl tal-Qawmien, li jilhaq il-milja tieghu fic-Celebrazzjoni tal-Liturgija tal-Vgili ta' l-Ghid, bid-daqq tal-qniepen waqt il-glorja u bil-kant ferriehi waqt il-quddiesa.

 

Hadd il-Ghid

F'Hadd il-Ghid inqumu bil-kant ferriehi tar-Regina Coeli: `Sultana tas-Sema, ifrah: Hallelujah'. Il-ferh jissokta waqt it-Tifhir ta' Sbih il-Jum u fiz-zewg quddisiet fit-8.OOam u fil-11.00am. Bejn il-quddies naduraw lil Gesu haj, mill-gdid prezenti fit-Tabernaklu tal-kor, issa mill-gdid imzejjen bi fjuri sbieh u bil-blandun ta' l-Ghid, simbolu ta' Kristu Rxoxt.

 

Lil Gesu nfahhruh u nadurawh u nirringrazzjawh ghall-ghemil tal-Fidwa tieghu u nitolbuh biex mill-qalb tieghu jkompli jxerred bil-kotra, imhabba, hniena divina, fejqan u barkiet fuq il-bnedmin kollha.

 

Il-Qawmien ta' Gesù mil-lmewt niccelebrawh fil-Liturgija ghal gimgha shiha f'dik li jghidulha l-Ottava ta' l-Ghid. F'dawn il-granet ma ssir l-ebda festa ohra u b'ferh kbir ma niqfux inkantaw l-Hallelujah ghax Sidna Gesù huwa haj.

◄◄|werrej|►►


mehud mill-IL-GENS ILLUM, il-Hamis, 10 ta' April 2003, p.25

Assisi -14.4.2003 


 

Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt 1253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

fil-11 ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra

tal-Ministri

Generali