Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003
 

◄◄|werrej|►►


Klarissa taqsam il-ferh taghha

Soru zaghzugha taqsam l-esperjenza taghha


esperjenza ta' Sr ClaireAgnès Xerri OSC


Sr ClaireAngès OSC,  bdiet in-Novizzjat taghha fit-3 ta' Settembru 2000, fl-istess jum meta il-Papa Gwanni Pawlu II ghamel Beati lil Papa Gwanni XXIII u l-Papa Piju IX.  U ghamlet l-Ewwel Voti bhala Klarissa nhar it-8 ta' Settembru, 2001, nhar il-festa ta' Marija Bambina.


Il-bidu tan-Novizzjat


Nixtieq naqsam maghkom l-esperjenza sabiha w unika li kelli meta bdejt in-novizzjat tieghi. Kienet u tibqa' esperjenza li tibqa' mmarkata ghal hajti kollha. Il-ferh li hassejt ma nista' nfissru qatt:

 

Il-gimgha ta' qabel din il-gurnata, li kont qed nistenna bil-herga, dhalt irtir; gimgha shiha quddiem Gesù Ewkaristija, fejn kellimni hafna, tkellimt mieghu u tghallimt nisimghu wkoll. U fl-ahhar tal-gurnata ta' l-irtir tani konferma li din hi t-triq li lili ser twassalni hdejh ghal dejjem. U jien naccettah bil-ferh ghaliex f'dawn is-sentejn ta' postulandat verament hassejtni tieghu, hielsa u f'ferh shih. Tant fittixthom dawn iz-zewg affarijiet, u nista' nghid li sibthom hawn, f'dan il-monasteru.

 

Sa fl-ahhar waslet il-gurnata! Dhalt fil-kappella liebsa tat-tieg, simbolu li jien issa ser nitgharras ma' Gesù. Il-Madre, wara li kantajna s-Salmi; bdiet biex qatghetli xaghri. Dak il-hin bdejt niftakar f'meta Ommna Santa Klara, f'Hadd il-Palm, marret ghand Missierna San Frangisk u hemm, fil-Knisja tal-Porzjunkola, iddedikata lil Santa Marija ta' l-Angli, qatghalha xagharha, libbset libsa qisha xkora, habel ma' qaddha u bicca ma' rasha forma ta' velu. Jien, dak il-hin, kont hs-seba' sema! Imbaghad, nehhejt minn fuqi l-libsa l-bajda tat-tieg u lbist, sa fl-ahhar, l-abitu Frangiskan. Huti, x'ferh u hena hassejt! Malli lbist l-abitu, il-Madre habbret l-isem il-gdid li kont ser niehu minn dak inhar 'l quddiem. Qabel kien jisimni Claire, u issa hadt l-isem ta' Sr. ClaireAgnès tal-Madonna tas-Santissmu Sagrament.

 

Infisser ftit ghaliex hadt dan l-isem. Bqajt bl-isem Claire, ghaliex il-fundatrici taghna hija Santa Klara, u dan l-isem ihsser 'Dawl'. Kien proprju f'dan il-monasteru ta' San Giljan li hassejt ghall-ewwel darba s-sejha tal-Mulej. Ukoll, ghaliex minn dejjem Santa Klara kienet u tibqa' l-Qaddisa Protettrici tieghi.

 

'Agnes' kienet oht Santa Klara. Kienu inseparabbli, sahansitra li meta mietet Santa Klara, ftit wara mietet hi ukoll. Kienet ukoll l-ewwel novizza ta' Santa Klara, u b'hekk ifforma t-Tieni Ordni Frangiskan, dak li ghalih qeghdin nghixu ahna s-sorijiet f'dan il-monasteru. Barra minn hekk 'Agnes' ihsser 'haruf'. Kif naqraw fl-Iskrittura l-haruf huwa simbolu ghal Gesù Kristu li bata u miet ghalina biex juri l-imhabba inhnita tieghu lejna. Il-Mulej, matul dawn is-sentejn, urieni bic-car kemm iridni li kuljum nimmedita l-passjoni mqaddsa tieghu. U fuq hekk iridni nfassal hajti, li ninghaqad haga wahda mieghu fil-passjoni tieghu. Barra minn hekk, f'Awwissu ta` l-1997, kont mort l-Art Imqaddsa. Hemmhekk, waqt li kont ghal hin twil fuq il-Kalvarju, tennejt l-'IVA' tieghi lill-Mulej, li nsegwih u li nwettaq dak li jrid minni Hu. Dan l-isem jigbor dawn il-hsibijiet kollha, l-aktar li l-'Haruf ta' Alla, Gesù Kristu, hu d-dawl tar-ruh tieghi.

 

Nirringrazzja lil Alla, flimkien m'Ommna l-Vergni Marija ta' din il-vokazzjoni prezzjuza. Nirringrazzjah ukoll ta' l-ghajnuna li sibt minghand il-genituri, familjari, hbieb u tant persuni ohra, fosthom l-ahwa tal-Gi.Fra.(Zghazagh Frangiskani). Kien permezz ta' din il-ghaqda li gharaft u komplejt insahhah din is-Sejha Frangiskana.

 

"Il-Mulej iberikkom u jhariskom. Jurikom wiccu, u jkollu hniena minnkom. Idawwar harstu lejkom, u jaghtikom is-sliem. Il-Mulej ikun maghkom dejjem, u jaghmel li intom ukoll tkunu dejjem mieghu. Amen."

 


L-ewwel professjoni tal-voti


"L-ispirtu tieghi jifrah f'Alla s-Salvatur tieghi!"

 

Iva nifrah u nibqa' nifrah hajti kollha ghaliex jien ta' Gesù; Tieghu Biss.

 

Nixtieq naqsam maghkom l-esperjenza li kelli nhar il-Hadd 8 ta' Settembru, festa ta' Marija Bambina. F'dan il-jum jien weghedt li ghal dawn it-tliet snin li gejjin nghix fil-faqar, fil-kastità, fl-ubbidjenza u fil-klawsura, u gejt moghtija l-velu iswed bhala sinjal ta' ghaqda shiha ma' Kristu. Iva, verament hassejtni maghquda haga wahda mal-mahbub tieghi. Kien mument li ma ninsieh qatt ghaliex f'dan il-hin il-Mulej imlieni b'tant ferh li xtaqt nghajjat u nghid lil kulhadd li jien issa ta' Gesù biss u ta' hadd aktar.

 

Laqtitni wkoll, waqt l-omelija, frazi li qal il-predikatur, Rev. Fr William Axiaq OFMCap. Qal li l-voti fihom qawwa kbira u meta kuljum niccelebraw l-Ewkaristija hemm sitt kelmiet qawwijin daqs il-voti, anzi li huma aktar qawwijin ghax jissiggillawhom; meta s-sacerdot jghid: "Bi Kristu, ma' Kristu, fi Kristu." Dawn il-kelmiet kont hadthom bhala motto tieghi meta nghatajt l-abitu sentejn ilu. Verament rajt kemm il-Mulej iridni nkun mieghu, fih u bih kullimkien u kull hin.

 

F'din il-gurnata stajt induq hafna s-sbuhija tal-vokazzjoni ghaliex tmint ijiem qabel kont irtir. Kelli hafna mumenti qawwijin quddiem l-Ewkaristija li vista' nghid minn filghodu sa filghaxija kont inkun quddiemu biex infahhru, nirringrazzjah talli ghazilni u anke wieqfa nhares lejh u hu lejja. Imbaghad, f'xi hin, jaghtini xi messagg minn tieghu. Ma nistax infisser il-ferh u l-kalma li kont inhoss hdejh. Kienu mumenti ta' hafna grazzji mxerrdin mhux fuqi biss imma fuq id-dinja kollha. Kienet gimgha fejn urini bic-car li rrid ninghata b'imhabba sinciera lill-komunità, fejn imbaghad hu, li jara kollox fil-mohbi, din l-imhabba tilhaq il-bzonnijiet taghkom. Huwa meta naghti li jien nircievi. U dan jghidu wkoll missierna San Frangisk. Meta l-Mulej jara l-ghotja shiha taghna fil-verità, u li tkun ghotja ta' mhabba ghalih, hu jaghtina lura bl-abbundanza. Passagg li gieni bhala konferma ta' dan waqt l-irtir, kien: "Il-Mulej ibierkek ghax urejt hniena u mhabba sinciera" (2 Sam 2, 5).

 

Mument iehor ta' grazzja kien meta l-Mulej ghogbu jurini l-qawwa li fih l-Isem tieghu Gesù. Hawnhekk ukoll urieni hafna drabi li hemm bzonn li nirrepeti Ismu ta' spiss matul il-gurnata, specjalment waqt ix-xoghol biex b'hekk nista' nibqa' fil-preienza tieghu u nisma' lehnu, u bil-ghajnuna tieghu naghmel dak li jrid hu minni fil-pront, bla ebda dewmien kif kienu jaghmlu missierna San Frangisk u ommna Santa Klara u tant qaddisin. Kienu jwiegbu u jwettqu immedjatament dak li l-Mulej kien inebbahhom ghalih.

 

Dan hu l-awgurju tieghi ghalikom. Fittxu li taghmlu dejjem dak li jrid Alla minnkom u tghixu fil-paci.

 


Talba


Fl-ahharnett, nixtieq naqsam maghkom talba li l-Ispirtu ta' Alla ispirani biha waqt l-irtir.

 

Mulej, meta naghti jien nircievi

imma mhux dejjem huwa facli

li noffri mhabba u moghdrija

jekk ma nkunx fik u inti fija.

 

O Mulej, int ghogbok turini

li meta nzomm f'qalbi u jsir talbi,

dak Ismek helu u ta' kontinwu,

fi prezenza tieghek nghix ruhi u qalbi.

 

Meta mbaghad xi drabi nieqaf

dlonk nara d-dghjufija tieghi.

Però Int minnufih tghidli:

"Ma kontx miexja fit-triq mieghi."

 

Gesù staghgibt kemm sewwa tafni,

biex inkun ahjar, hafna mezzi tajtni,

esperjenzajt li ma nwettaqx minghajrek

meta tghidli: "Hobb lil ghajrek".

 

O Gesù tieghi kompli urini

x'qawwa fih dak l-Isem tieghek.

Qaccatli minni dak li jtellifni

milli nhobb ir-rieda tieghek.

 

Kantajt, fahhartek bil-ferh li hassejt,

qalbi riedet tinqasam sahansitra bkejt.

Esperjenzajt harstek bl-imhabba mimlija

Nixtieqha dejjem izjed halli kulhadd jista' jgawdiha.

 

X'ferh inhoss gewwa qalbi

meta nahseb li int ghaziltni

biex nghix bhalek ubbidjenti

bla xejn tieghi u safja f'qalbi.

 

Fit-twelid tieghek, Omm helwa tieghi,

twelidt jien b'gharusa w omm il-Knisja

Nitolbok mammina idhol ghalija

halli twelid gdid isehh kuljum fija. Amen

 

◄◄|werrej|►►


Dawn l-espejenzi dehru fil-harga ta' Dawl Frangiskan, Frar 2001, p. 24.

u f'dik ta' Novembru 2002, p.14

Assisi 6.5.2003


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt 1253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

hl-11 ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra

tal-Ministri

Generali