Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003
 

◄◄|werrej|►►


Santa Klara Patruna tat-TV


kitba ta' Sr Marija Immakulata Bellizzi OSC


Ghaliex Santa Klara hija

Patruna tat-TV?

 

Kien il-Papa Piju XII b'digriet tas-16 ta' Frar 1958 li taha lil Santa Klara dan il-gieh ta' Patruna tat-TV. L-inizjattiva harget mill-Isqfijiet ta' l-Italja, fosthom l-ewwel wiehed l-Isqof ta' Assisi.

 

Dan ukoll ibbazawh fuq fatt storiku iehor f'hajjitha li gara fil-Milied tas-sena 1252, l-ahhar Milied ta' Klara fuq l-art, ghax mietet fil-11 ta' Awissu 1253. Kienet marida sew u s-Sorijiiet marru jassistu ghall-Matutin u l-Quddiesa ta' nofs il-lejl fil-Kappella taghhom tal-Kunvent ta' San Damiano. Klara kienet thobbha hafna dil-festa, u bhat-tfal li kollox jghidu lill-genituri taghhom, qalet lil Gesu: "Mulej jiena qieghda wahdi hawn".

 

Nafu li Alla jaghmel hwejjeg ta' delikatezza tal-ghageb ghal dawk li huma maghquda mieghu bl-imhabba li ma tichadlu xejn. Bizzejjed insemmu kas li gara fil-hajja ta' San Frangisk. Meta kien marid u ghajjien, xtaq lil Fra Pacifiku jdoqqlu l-vjola. Dak skuza ruhu ghax beza' li min jisimghu jdoqq jahseb li hu raga' lura ghall-hajja ta' qabel. San Frangisk accetta. Imma dak il-lejl, beda jisma' xi hadd tiela' u niezel minn taht it-tiega tieghu jdoqq il-vjola bi hlewwa li dahlitlu go galbu. Min kien? Alla jaf. Xi anglu tieghu.

 

Ghal Klara l-Mulej ghamel meravilja ohra. F'daqqa wahda bdiet "tara" u "tisma" dak li kien qed isir f'dak il-hin fil-Knisja ta' San Frangisk, xi zewk kilometri 'l boghod. Veru kas ta' TV minghajr aerial jew wires.

 

Imma fil-fond, hemm xi haga izjed qawwija minn din l-esperjenza mistika. Hemm il-messagg tal-'harsa' ta' Klara. Hajjitha hija 'harsa' fuq dak li hu l-mera ta' kull sbuhija, Kristu Gesù. Tghidilna: Hares lejh! Tarbija fil-maxtura, fuq is-Salib, fit-Tabernaklu.

 

Il-Papa Piju XII li tahilna Patruna tat-TV iridha tghallimna 'nharsu' sewwa, naghzlu dak li hu sabih, dak li jibni l-persuna, li jsahhah il-karattru, li jqawwi l-fidi; kull ma hu tajjeb, jghid San Pawl lill-Filippin, gust, safi, qaddis... ghax dak hu rifles ta' Alla. Aharbu dak li hu ikrah, li jhassar in-natura, ghax dak hu rifless ta' dak l-Ikrah li mar fil-giegh u jfittex biss li jgharraq ix-xbieha ta' Alla fikom u il-libertà tal-bnedmin u jassarkom bil-ktajjen tieghu.

 

Fil-messagg li baghat il-Papa lill-Klarissi tad-dinja kollha aal: Hemm bzonn, jehtieg li d-dinja tiskopri l-karizma ta' Klara ta' Assisi. Klara, qalilna l-Papa, ghandha xi haga minn tliet qaddisin nisa li kellhom 'impatt' kbir fuq il-Knisja ta' zmienhom u taz-zminijiet kollha: Katarina ta' Siena bid-devozzjoni taghha ghad-Demm ta' Kristu Msallab, Tereza ta' Avila, dik il-mara li tghaddi minn gos-'swali' tal-hajja nterjuri sakemm tasal fl-ghaqda mal-Mahbub, u Tereza ta' Lisieux, li tghallimna dik l-imhabba rfinata fi hwejjeg zghar li jsiru tant kbar.

 

U l-ahhar kelma ta' Klara huwa l-Ferh. "Grazzi, Mulej, li hlaqtni", qalet qabel mietet. "Ebda tbatija ma sibt iebsa, ebda xoghol, ebda tweghir ma ghaffigni." Ghalija kollox sar hafif ghax qalet 'Iva' bhal Marija.

 

Klara saret "ikona" perfetta ta' Marija sa l-ahhar, qalilna l-Papa. U dan hu li ghandna bzonn niskopru u nipprattikaw kull jum. Il-qaddisin jigbduna, jghinnuna fit-tagbida. Ghandhom il-missjoni li jghaddu l-Genna jaghmlu l-gid lil kull min fil-bzonn isejhilhom.

◄◄|werrej|►►


Dan L-artiklu gie pprovdut mill-Klarissi f'Malta fis-7 ta' Gunju 2003

Assisi 20.6.2003


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt 1253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

hl-11 ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra

tal-Ministri

Generali