Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003
 

<<|werrej|>>


L-Esperjenza tat-Talb ta' Santa Klara


kitba ta' Sr Marija Immakulata Bellizzi OSC


 

l-Esperjenza tat-talb ta' Santa Klara

Huwa difficli hafna titkellem fuq dan is-suggett ta' l-esperjenza tat-talb ta' Santa Klara. Il-Papa Gwanni Pawlu II qal fl-Ittra li kiteb fl-okkazjoni tac-Centinarju:"Huwa difficli nesprimu dak li biss qalb ta' mara tista' taghmel esperjenza tieghu." Ghaliex Klara tisfida kull analisi, tahrab minnha. Ma hemmx metodu, jew ahjar, il-metodu taghha hu globali. Fethet il-bieb tas-safa tal-qalb.

 

Forsi kieku nibdew billi naghtu daqqa ta' ghajn lejn Twissija ta' San Frangisk (16) li jiena nsib tghodd hafna ghal Klara, din iddahhalna fis-suggett San Frangisk jghidilna: "Ghandhom qalbhom safja dawk li jmaqdru (jharsu mill-gholi fuq) l-hwejjeg tad-dinja u jfittxu dawk tas-sema, u bla heda jaduraw u jikkontemplaw 'l Mulej Alla haj u veru. Il-kelma 'despicere' li tigi tradotta bi 'tmaqdir' Patri Thaddei Matura OFM ma jaccettahiex, Frangisku ma kienx imaqdar il-hwejjeg mahluga anzi jghidilna: "Ahna weghedna hwejjeg kbar, imma huma akbar dawk li huma mwieghda lilna." Ghalhekk "thares mill-gholi" taghti l-perspettiva korretta tal-hwejjeg mahluqa fid-dawl ta' l-eternità. Imbaghad fil-Kapitlu 23 ta' l-Ewwel Regola, San Frangisk jaghtina l-isfumaturi tal-qalb safja li tadura 'l Alla bla heda, u thares lejn il-misterju tieghu fejn jghidilna: "Ejjew kuljum, kull hin, inzommu f'qalbna u nhobbu, naduraw, naqdu, infahhru, inbierku, nigglorifikaw, nghollu fuq kollox, inkabbru u nizzu hajr lill-Aktar Gholi u Kbir Alla Etern, Trinità u Unità". U jzid l-umiltà, l-pacenzja fil-mard u l-persekuzjoni, l-imhabba ta' l-ahwa u ta' l-eghdewwa. U t-tifhir jitla' 'l fuq, 'il fuq bhal l-alwetta li jhobb, fuq nota dejjem izjed gholja, "int imhabba, karità, gherf, umiltà, sabar u sbuhija,ta qalb helwa u sigurtà, int hemda u ferh, tama u hena taghna, gustizzja u qjies, il-ghana kotran, il-hlewwa, il-hajja eterna O Mulej kbir u tal-ghageb, Int li tista' kollox Salvatur hanin." (Biljett moghti lil Frate Leone)

 

Lilna li nistaqsu lil Klara kif titlob, kif tikkontempla l-Iben mahbub tal-Missier Alla li salvana, Klara twiegeb: "Qieghed hsiebek quddiem il-Mera ta' l-eternità! Qieghed ruhek fid-dawl tal-glorja tieghu. Qieghed qalbek fil-qalb ta' Dak li hu l-Inkarnazjoni ta' l-Essenza divina! U bil-kontemplazzjoni, inti tinbidel fih. U dduq dak li jduqu l-hbieb tieghu, dik il-hlewwa mohbija, li sa mill-bidu Alla hejja ghal dawk li jhobbuh." (3 Ittra lil Agnese 12-14). Issir osmosis helwa, tghidlek Klara. Il-Papa qalilna fl-Ittra li kiteb lill-Klarissi, li l-faqar ghal Klara jfisser li tnezzghet minn kollox hlief minn dik il-harsa twila, intensa, insistenti, li biha tiekol lil Kristu fil-misterju tal-Persuna tieghu, u fil-misterji tieghu kollha.

 

U din hi l-manjiera kif ahna fuq il-passi taghha nittrasformaw u "niehdu sehem minn natura divina (2 Pt 1,1:4). Bit-talb, qalb imdawra lejn Alla, qalb mhux maqsuma, qalb li bla heda tadura u tara lil Alla haj u veru (Twissija 16), minghajr ma dik il-qalb tingasam, toqghod quddiem il-mera ta' l-eternità, id-dija tal-glorja, ix-xbieha ta' Alla fl-Iben il-Mahbub, u ssir tixbhu.

 

Klara tghidilna li, li din il-harsa ta' mhabba, harsa bla ma taqta' fuq Gesù, bil-fakultajiet interni taghna, l-immaginazzjoni, il-qalb, l-ispirtu, taghmilna nixbhuh. Ghax ningibdu biex nimitawH. U aktar ma din il-harsa fuq Gesù ssir intensa, iktar "l-Ispirtu ta' Kristu Gesù" jahtaf ir-ruh u l-ispirtu taghna. In-natura taghna b'dak li hu "naturali" titlaqqam bil-mod il-mod u tidhol fi stat li ghall-ewwel ikun jinhass iebes, awster, difficli, morr, triq dezerta, imma taht il-harsa ta' Kristu Gesù u d-dawl tieghu jsir helu u jaghti l-paci. Tieqaf id-dissipazzjoni naturali, u dik il-harsa ssir Isem, l-Isem ta' Gesù mtenni fil-qalb u fuq ix-xofftejn bhalma naqraw fil-Process tal-Kanonizzazzjoni ta' Klara: "Dejjem titkellem fuq il-Mulej, ismu kien ta' kull waqt fuq xufftejha".  (Pr.1,19). Fl-agunija taghha, "il-hin kollu titkellem fuq il-Passjoni tal-Mulej u Ismu bla heda fuq xofftejha." (Pr. 10,lO). Kien sar abitwali f'hajjitha, kien is-sinjal ta' dik il-harsa bla heda li biha kienet tahtaf l-Iben ta' Alla u ta' Marija, stat ta' komunjoni.

 

Fl-ittri taghha ta' spiss issemmi dik il-harsa fuq il-"mera" ta' Alla li hu Gesù. Is-simbolu tal-mera jigbor l-ispiritwalità ta' Klara. Ghaliha l-Missier Alla jidher fi Kristu Gesù li jirriflettiH. Frangisku sar ghal Klara l-"mera" li uriha t-Triq li hu Kristu. Klara tigbed lil hutha biex jikkontemplaw dik il-Mera perfetta li hu Kristu biex isiru mirja ghal xulxin, u flimkien jirriflettu dawk id-dwal trasparenti hergin minn Kristu. Epifanija tal-vokazzjoni tas-Sorijiet Klarissi - jekk ahna nhalluh jittrasformana f'dak id-dawl.

 

Dik il-harsa kontemplattiva ta' Klara li fiha naraw iddivinità tieghu, tixhet dawl qawwi fuq l-umanità tieghu u taghha, Klara thobb thares u turina l-kuntrasti f'Gesù, "l-Iben ta' Alla l-izjed gholi u tal-Vergni Marija, li sar l-ahhar wiehed, imsawwat, imzeblah, u jmut fuq salib fost l-ehrex tbatijiet. Hares lejn l-Gharus tieghek, ahseb fuqu, ikkontemplah u xtieq b'herga li ssir tixbhu." (2 Ittra lil Anjeze 19-20).

 

Meta Klara theggigna biex nixtiequ ninbidlu fix-xbieha tad-divinità, xi trid tghidilna? Trid tigbidna ha nitkebbsu b'dak in-nar li jaqbad gewwa qalbha. Thoss go fiha bhal huggiega li minnha jittajru xrariet tan-nar. L-ismijiet li taghti lil Gesù huma mitt wiehed u qatt ma tfisser bizzejjed l-ineffabilità tal-Mahbub. Huwa kollox ghaliha, bhal ma kien San Frangisk, l-Iben ta' Alla l-Gholi u tal-glorjuza Vergni Marija. "Id-dija tal-glorja  eterna, Sultan ta' l-Angli, Sultan tas-slaten, Sid tas-sidien, Hallieq, Feddej, Konsolatur, Sultan tas-sema u l-art, it-tfajjel imqieghed fil-maxtura, l-isbah fost ulied il-bnedmin, sar l-ahhar wiehed biex isalvak," u l-harsa taghha toqghod fit-tul fuq il-faqar, it-tbatija u l-umiljazzjonijiet ta' Gesù.

 

Klara trid tigbidna lejn il-qalba tat-talb taghha. Fl-ahhar ittra lil Anjeze hemm passagg ta' herga liema bhalha: "Int tassew hienja. Lilek gie moghti li tiehu sehem fl-ikla mqaddsa biex tinghaqad b'qalbek kollha ma' Dak li l-qtajjiet ta' l-angli jixxenqu jharsu lejn gmielu. L-imhabba tieghu, thenni, il-kontemplazzjoni tieghu trodd is-sahha, it-tjieba tieghu xxabba', il-hlewwa tieghu tfawwar ir-ruh u t-tifkira tieghu ddawwal il-mohh, il-fwieha tieghu tqajjem il-mejtin, id-dehra glorjuza tieghu timla bil-hena lic-cittadini ta' Gerusalem tas-sema." (9-12). Sewwa tghid Klara, "il-kontemplazzjoni tieghu troddlok is-sahha", iggeddidna fix-xbieha ta' l-Iben ta' Alla. Din hija l-vokazzjoni nisranija taghna. F'din il-harsa li tigbor it-talb tal-qalb taghna nsibu l-hena ta' dejjem li ghalih ahna destinati; "ghax din id-dehra tieghu hija dija tal-glorja eterna, ragg tad-dawl ta' dejjem, mera bla tebgha". (14).

 

Il-Genna tinsab gewwa fina bl-imhabba. Qalbna hija maghmula biex thobb, l-imhabba hija l-hajja tar-ruh taghna, u qalbna titwassa' biex tilqa' gewwa fiha lil Dak li jrid jghammar hemm. "Dak li s-smewwiet ma jesghuhx", tghidilna Klara. "Hija haga cara li ruh fidila, li hi l-aktar hlejqa denja fost il-hlejjaq kollha, il-grazzja ta' Alla taghmilha akbar mis-smewwiet. Ghax waqt li s-smewwiet ma jistghux jesghu il-Hallieq taghhom, hija biss il-post fejn jghammar u jghix, u dan isehh bil-qawwa ta' l- imhabba. Dan jghidu  lilna l-istess Verità: Min ihobb lili, ihobbu l-Missier, u jien ukoll inhobbu, u ahna nigu u nghammru fih." (3 Ittra lil Anjeze 21-23) .

 

Din l-imhabba rebbieha hija t-tezor tal-qalb ta' Klara, l-essenza tat-talb taghna. Din li tghaqqadna ma' Alla, li tittrasformana fiH. Fir-raba' ittra nsibu taghlim fuq it-talb li bil-harsa tal-qalb fuq il-Mulej, tiskopri l-imhabba tieghu li ma titfissirx. Wara li tghidilna li hu "mera bla tebgha", Klara tigbidna helu biex inharsu kuljum f'dik il-mera: "Hares lejn wiccek fiha l-hin kollu" biex tilbes lilu, il-grazzja u l-glorja ta' Kristu, bil-gewwa ta' l-imhabba. U t-tizjin huma l-virtujiet li jiddu fih, "il-faqar hieni, l-umiltà qaddisa, l-imhabba li tisboq il-kliem; dan bil-grazzja ta' Alla tarah jiddi fuq din il-mera." (18).

 

Klara tara lil Gesù "Sultan tal-glorja". Hekk qalet lil soru hdejha qabel mietet: "Qed tarah bhali s-Sultan tal-glorja?" U fil-misterju ta' Gesù glorjuz tara l-misterji tal-hajja fqira u umli, it-tbatijiet tas-salib, kollha trasfigurati fil-glorja li taH il-Missier, dik il-glorja li stampat sigill tal-vittorja fuq l-imhabba ta' l-Iben ta' Alla. Ahna wkoll: aktar ma nidhlu bit-talb fl-ghaqda mieghu, bil-fedeltà fil-hajja prattika ta' kuljum, aktar niehdu sehem fil-glorja ta' ulied Alla, minn din il-hajja stess. Ma narawx, ma nafux x'ser inkunu, imma San Pawl jghidilna: "Jekk intom mittu ma' Kristu, hajjitkom hija mohbija ma' Kristu f'Alla. Meta Kristu, il-hajja taghkom, jidher, intom ukoll tidhru flimkien mieghu fil-glorja" (Kol.3,3-4). Klara trid "li Kristu jghammar bil-fidi f'qalbna u li l-gheruq taghna jkunu mxenxlin fl-imhabba." Tridna nifhmu dik l-Imhabba li "tisboq kull gherf, biex nimtlew bil-milja ta' Alla." (Ef.3,17 u 19). Klara trid tigbidna izjed 'il quddiem bil-kuragg taghha, u b'urgenza kbira, f'din it-triq. Tridna nimitaw lil Alla "bhal ulied mahbuba, u nghixu fl-imhabba, bhalma habbna Kristu u ta lilu nnifsu ghalina." (Ef.5,1).

 

Mela tridna nharsu lejn il-"mera" fejn naraw il-kenosis ta' l-Iben ta' Alla, fic-centru ta' l-Evangelju kollu "bil-hidma, xoghol, tbatija bla ghadd li garrab ghall-fidwa taghna," (4 Ittra lil Anjeze 22) u fl-ahharnett "dik il-karità bla isem li wasslitu sal-mewt tas-Salib." (23).

 

Din il-mera ta' mhabba divina tinsab "fuq is-Salib" u Klara trid tghidilna li lejn is-Salib irridu nharsu jekk irridu naslu fl-istat li ahna ddestinati ghalih: "Intom li ghaddejja, harsu u araw jekk hawnx hemm bhal tieghi." (Lam 1,12). X'se nwiegbu? Klara tghidilna, ilkoll "b'lehen wiehed u qalb wahda", bhal lehen tal-liturgija tal-komunitajiet taghna, li ta' kuljum tfakkar u turi l-Imhabba li taghti lilha nfisha ghalina sa l-ahhar inwiegbu: "Tiftakar ruhi u tahseb u tinfena gewwa fija." (26). Lilna lkoll bhal lil Anjeze tghidilna: "Tkebbes b'qawwa dejjem akbar bil-hegga ta' din l-imhabba."

 

Imma l-Omm qaddisa ghadha mhix kuntenta. Trid twassalna iktar 'il quddiem fil-qalba tal-misterju tad-Divinità ta' Kristu biex Hu li sar bniedem bhalna jaghtina sehem fid-Divinità tieghu. Fil-waqt li tikkontempla l-ghana tieghu, il-hena u l-ferh u l-gieh li jaghti ghal dejjem, tghidilna: "ghajjatlu bil-hegga ta' qalbek imkebbsa: Igbidni warajk, Gharus tas-Sema, sakemm iddahhalni fil-kantini ta' l-inbid" (4 Ittra lil Anjeze 29-31).

 

Xi gmiel ta' talba! Igbed lili, u jien insir kalamita, ahna nigru warajk! Igbidni! Il-kliem ta' l-Ghanja ta' l-Ghanjiet ifissru x-xewqa li kienet tikkonsma l-qalb ta' Klara. Bhal gerrej li jzid fil-giri aktar ma jersaq lejn it-tmiem tal-girja, hekk Klara fil-girja taghha. "Jiena nigri bla ma nghejja qatt, sakemm iddahhalni fil-kantini tal-inbid, sakemm drieghek tax-xelluq jerfaghli rasi, u l-leminija tieghek thaddanni bil-hlewwa, u int tbusni bil-bewsa hienja ta' mhabbtek." (4 Ittra lil Anjeze 31-32) .

 

Fi zmien Klara, l-Ghanja ta' l-Ghanjiet kienet ikkommentata, nafu li San Bernard kien li ghamel dax-xoghol, u nafu li Klara u shabha kellhom vizitatur Cistercens. Huwa probabbli li semghu kommentarji fuq l-Ghanja, u l-Padres tal-Knisja kienu jaraw f'dan il-vers, ir-relazzjoni tat-Tliet Persuni Divini. Il-bewsa hija l-Ispirtu s-Santo li l-Missier jaghti lill-Iben il-mahbub u lilna ppredestinati fiH. L-awdacja ta' Klara, frott ta' hajja teologali intensa u tal-hidma tad-doni ta' l-Ispirtu s-Santo, tidhol hemm fil-qalba tat-Tlieta, tal-familja Trinitarja divina fejn kien dahhalha Frangisku. "Intom tgharrastu ma' l-Ispirtu s-Santu, intom sirtu wlied u qaddejja tal-Missier l-aktar gholi..." Biex fil-verginità taghhom jidher l-Iben ta' Alla. Frangisku jaghmel alluzjoni ghax-xena tat-thabbira; ixebbah il-vokazzjoni ta' Klara u shabha ma' dik tal-Vergni Mbierka Marija. Klara tghidilna li rridu nkomplu fid-dinja l-missjoni ta' Marija, ingibu fid-dinja l-Iben ta' Al1a, basta li ahna "nhobbu b'imhabba shiha lil Dak li ta lilu nnifsu kollu kemm Hu ghalina." (3 Ittra lil Anjeze, 15). Ghalhekk tkompli: "Tghannaq b'qalbek kollha ma' dik l-Omm helwa ta' Gesù, li nisslet Iben tant kbir li lanqas is-smewwiet ma jesghuh. Izda hi haddnitu fil-kjostru zghir tal-guf imqaddes verginali taghna." (18-19).

 

Lil Anjeze tghidilha, u lilna wkoll: "inti tarfa' fid-dirghajn tieghek ta' fqajra it-tezor mohbi fil-qalb tal-bniedem u fil-ghalqa tad-dinja." (3 Ittra lil Anjeze, 7). Kemm il-darba staqsejna bejnietna x'riedet tghid Klara, x'inhu dat-tezor "li bih tixtri lil Dak li halaq kollox mix-xejn." (7). It-tezor li minnu titkellem Klara huwa ikbar minn kollox. Huwa l-imhabba fqira taghna, fragli, difettuza kif inhi, imma Hu jaccettaha u biha "nixtru" l-Imhabba Divina u l-Prezenza ta' Alla, Lilu nnifsu haj fil-fond tal-qalb taghna li jwessaghha biex tilqa' lilu, moviment ta' mhabba li titla' lejn Alla, u ta' karità divina li tinzel u tahtaf il-qalb taghna, xoghol li jsehh b'dik il-harsa fil-"Mera" li hu Kristu, harsa li hi talba hergana u kontemplazzjoni. Imitazzjoni u fedeltà. "Qieghed l-Ispirtu tieghek quddiem il-Mera ta' l-eternità, ruhek fid-dija tal-glorja, qalbek f'Dak li hu l-Inkarnazzjoni ta' l-Essenza divina." (3 Ittra lil Anjeze, 12-13).

 

Klara rceviet ir-"rudimenti" tat-talb minn ghand ommha. F'riglejn l-artal tal-Madonna ta' l-Angli tat lilha nfisha lil Kristu ghal dejjem. San Frangisk ikkonkretizzah dak il-mument f'biljett zghir li kitbilha izjed 'il quddiem: "Intom sirtu ulied u qaddejja tal-Mulej l-aktar gholi u tgharrastu ma' l-Ispirtu s-Santu..." (Reg Kl VI,3). Il-presenza ta' Marija hija qawwija fil-hajja ta' Klara. Fl-ittra ta' l-erba' Generali ta' l-Ordni fl-okkazjoni tat-tmien ceninarju tat-Twelid ta' Klara fl-1993, Marija hija msemmija 52 darba u dan hu suggett li jisthoqqlu jkun trattat wahdu. Celano qal li Klara saret "stampa" ta' l-Omm Qaddisa ta' Alla. Fl-ittra li kiteb il-Papa Gwanni Pawlu II lill-Klarissi ghal dan l-istess c-Centinarju li semmejna, jghidilna li Klara saret "ikona" ta' Marija. "Il-vjagg kontemplattiv ta' Klara beda precizament fit-telqa totali taghha lill-Ispirtu tal-Mulej kif ghamlet Marija fit-thabbira ta' l-anglu jigifieri f'dak l-Ispirtu ta' faqar li nezzaghha minn kollox hlief mis-semplicità tal-harsa taghha merfughha fuq Alla."

 

It-talb ta' Klara kien jixbah hafna lil dak ta' Marija li l-Vangelu jgibha tahseb, tirrifletti, tixtarr fuq il-grajjiet tal-hajja ta' Gesù fid-dawl tar-Rivelazzjoni.

 

"Virgo audiens, orans, virgo pariens, virgo offerens" (Papa Pawlu VI). Klara kellha qalb bhal ta' Marija: "fqira, serena, kontemplattiva u disponibbli" (Kardinal Pironio). U "t-talent" li rceviet minn ghand San Frangisk raddithulu bil-mija, kif naqraw fl-ittra ta' l-4 Ministri Generali: "Kien jara lilu (nnifsu) fuq ix-xbieha ta' din l-gharusa (awtentika) ta' Kristu li fiha sab ix-xbieha ta' l-Gharusa perfetta ta' l-Ispirtu s-Santu, l-Imqaddsa Vergni Marija".

 

<<|werrej|>>


Dan L-artiklu li gie pprovdut mill-Klarissi f'Malta fis-7 ta' Gunju 2003 inkieteb fl-okkazjoni tat-800 sena mit-Twelid ta' Santa Klara fl-1993

Assisi 24.6.2003


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt 1253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

hl-11 ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra

tal-Ministri

Generali