| Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - l253-2003 | ||
|
fl-okkazjoni tas.750 Sena mill-Mewt ta' Santa Klara dixxipla ta' San Frangisk u Fundatrici tal-Klarissi
1. Il-11 ta' Awissu 1253 Santa Klara ta' Assisi temmet il-pellegrinagg taghha fuq l-art, dixxipla ta' San Frangisk u Fundattrici ta' l-Ordni taghkom, maghruf bhala Sorijiet Foqra jew Klarissi, li l-lum fid-diversi frieghi tieghu jghodd madwar 900 monasteru mifruxin mal-hames kontinenti.
Wara 750 sena mill-mewt, it-tifkira ta' din il-qaddisa tissokta u ghadha hajja hafna fil-qlub tal-fidili, u huwa pjacir kbir ghalija, li f'din l-okkazjoni nibghat hsieb hiereg mill-qalb u tislima b'imhabba lill-Familja Religjuza taghkom.
F'din il-okkazjoni gubilari mimlija tifsir, Santa Klara theggeg lil kulhadd biex jifhem aktar mill-fond il-valur tas-sejha, li hija don ta' Alla, li jrid taghti l-frott. Dwar dan fit-Testment taghha Klara kitbet: "Fost il-grazzi kollha li rcevejna u li kuljum nircievu minghand il-Benefattur taghna, il-Missier tal-Hniena, u li ghalihom ahna fid-dmir li nroddu hajr minn qalbna, l-akbar wahda hija dik tal-vokazzjoni taghna. U aktar m'hi kbira u perfetta, aktar ghandna nkunu obbligati lejh. Hu ghalhekk li l-Appostlu jwissina: aghrfu sewwa s-sejha taghkom" (2-4).
2. Twieldet f'Assisi bejn is-snin 1193-1194 mill-familja nobbli ta' Favarone di Offreduccio, Santa Klara rceviet, l-aktar minghand ommha Ortolana, edukazzjoni nisranija soda. Imdawwla mill-grazzja divina halliet li tigi migbuda mill-ghamla gdida ta' hajja evangelika mibdija minn San Frangisk u mill-kumpanji tieghu u ddecidiet, minn-naha taghha li thaddan hajja aktar radikali ta' mixja wara Kristu. Harbet mid-dar ta' missiera fil-lejl ta' bejn Hadd il-Palm u t-Tnejn tal-Gimgha Mqaddsa ta' 1211 (jew 1212) fuq parir ta' l-istess qaddis ingabret fil-kappella ckejkna tal-Porzjunkula, benniena ta' l-esperjenza Frangiskana, hemm quddiem l-Altar ta' Santa Marija, nezghet mill-ghana kollu taghha biex libset l-ilbies fqir ta' penitenza forma ta' salib.
Wara zmien qasir ta' tfixxija, bdiet tghix fil-monasteru ckejken ta' San Damjan, fejn inghaqdet maghha wkoll ohta z-zghira Agnese. Hawn inghaqdu maghha tfajliet ohra mxenqa li jinkarnaw il-Vangelu f'dimensjoni kontemplattiva. Quddiema il-fehma soda li biha l-komunità monastika gdida bdiet timxi fuq il-passi ta' Kristu, u qiesu l-faqar, l-ghejja, t-tigrib, l-umiljazzjoni u t-tmaqdir tad-dinja bhala ghan ta' ferh spiritwali, Frangisku kien imqanqal b'ghozza ta' missier u kitbilkom: "Ghaliex intom, imnebbhin minn Alla, ghamiltu lilkom infuskom ulied u qaddejja tas-Sultan l-aktar gholi, il-Missier tas-sema, u tgharrastu ma' l-lspirtu s-Santu billi ghaiiltu li tghixu skond ma titlob il-perfezzjoni tal-Vangelu Mqaddes, jien irid u nwieghed li, kemm jien personalment, kif ukoll permezz ta' huti, nibqa' dejjem niehu hsiebkom kif imiss, u nuri lejhom, bhalma nuri lejhom stess, herga specjali" (Regola ta' S. Klara, VI,3-4).
3. Klara dahhlet dawn il-kliem fil-kapitlu centrali tar-Regola taghha, u gharfet fih mhux biss wiehed mit-tghalim li rceviet minghand il-Qaddis, imma wkoll il-qalbha fundamentali tal-karizma taghha li jidhol fil-kuntest Trinitarju u Marjan tal-Vangelu ta' l-Annunzazzjoni. San Frangisk, infatti, kien jara s-sejha tas-Sorijiet Foqra fid-dawl tal-Vergni Marija, il-qaddejja umli tal-Mulej, li mghottija bid-dell ta' l-Ispirtu s-santu, saret l-Omm ta' Alla. Il-Qaddejja umli tal-Mulej, hija il-mudell minn qabel tal-Knisja, Vergni, Gharusa u Omm.
Klara gharfet il-vokazzjoni taghha bhala sejha biex tghix skond l-ezempju ta' Marija, li offriet il-verginità taghha lill-hidma ta' l-Ispirtu s-Santu biex issir Omm Kristu u tal-Gisem mistiku tieghu. Hassitha marbuta mill-qrib mal-Omm tal-Mulej u ghalhekk hegget lil Santa Agnese ta' Praga, il-principessa beoma li saret Klarissa: "Tghannaq b'qalbek kollha ma' l-Omm l-akbar helwa tieghu, li nisslet Iben tant kbir, hekk li lanqas is-smewwiet ma jesghuh Izda hi laqghetu fil-kjostru zghir tal-guf imqaddes taghha, u refghebu fil-hdan verginali taghha" (3 Ittra lil Agnese 18-19).
Il-Figura ta' Marija akkompanjat il-mixja vokazzjonali tal-Qaddisa ta' Assisi sat-tmiem ta' hajjietha. Skond wahda mix-xhieda moghtija waqt il-Process tal-Kanonizzazzjoni, hdejn is-sodda tal-mewt ta' Klara resqet Marija u mielet fuqha, dik il-hajja taghha kienet ix-xbieha tiddi taghha.
4. Hija biss l-ghazla wahdanija li ghamlet ta' Kristu Kurcifiss li ghexet b'imhabba theggeg li tfisser id-decizzjoni li biha Klara imxiet fit-triq tal-"Povertà l-Altar Gholja" - espressjoni li tigbor fiha it-tifsir ta' l-esperjenza tan-neza', li garrab l-Iben ta' Alla fl-inkarnazzjoni. Bil-kliem "l-Aktar Gholja" Klara riedet b'xi mod tfisser kemm iccekken l-Iben ta' Alla, li imlieha bl-istaghgib: "Issa, jekk Sinjur bhal dan u daqshekk kbir nizel fil-guf tal-Vergni, u ried jidher fid-dinja bhala bniedem imzeblah, fqir u fil-bzonn biex dawk il-bnedmin li kienu jghixu fl-akbar faqar u nieqsin minn kollox, u mgewha ghall-ikel tas-sema, jistaghnew fih billi jiksbu s-saltna tas-smewwiet" (1 Ittra lil Agnese, 19-20). Hija laqghet dan il-Faqar fl-esperjenza kollha kemm hi ta' Gesù fuq l-art, minn Betlehem sal-Kalvarju, fejn il-Mulej "Baqa' gheri fuq is-Salib" (Testment, 45).
Il-mixja wara l-Iben ta' Alla, li sar it-triq taghha, gibed fiha li ma tixtieq xejn aktar hlief li ticcekken ma' Kristu fl-esperjenza ta' umiltà u ta' faqar radikali, li jmissu l-aspetti kollha ta' l-esperjenza umana, sal-ghera tas-salib. L-Ghazla tal-Faqar li ghal Santa Klara kien bzonn tal-fedeltà lejn il-Vangelu, tant li ddetermina t-talba taghha lil Papa ghall-"Privilegg tal-Faqar" bhala l-prerogattiva ta' l-ghamla ta' hajja monastika mibdija minnha. Dahlet dan il-Privilegg", li ddefendit bil-qawwa tul hajjitha kollha, fir-Regola li rceviet il-konferma taghha mill-Papa lejliet il-mewt taghha bil-Bolla Solet annuere tad-9 ta' Awissu 1253, 750 sena ilu.
5. Il-harsa ta' Klara baqghet sat-tmiem fissa fuq l-Iben ta' Alla, li tieghu kienet tikkontempla minghajr waqfien il-misteri. Tieghu kienet il-harsa ta' mhabba ta' l-Gharus, mimlija bix-xewqa li jaqsmu kollox dejjem b'mod shih. B'mod partikulari kienet titla fil-wicc waqt il-meditazzjoni tal-Passjoni, hi u tikkontempla il-misterju ta' Kristu, li minn fuq is-salib sejhilha u gibidha lejh. Hekk kitbet: U intom ikoll li ghaddejjin mit-triq harsu sewwa u araw jekk hawnx bhall-hemm tieghi. Inwigbih ilkoll. Lilu li qed isejhilna u jitnieghed b'lehen wiehed u qalb wahda: Tiftakar ruhi u tahseb i tinfena gewwa fija" (4 Ittra lil Agnese, 25-26). U hegget: "Halli, ghalhekk, o regina, gharusa tas-Sultan tas-smewwiet, li inti titkebbes b'qawwa dejjem akbar mill-hegga ta' din l-imhabba... u ghajjatlu bil-hegga u l-imhabba ta' qalbek: O Gharus tas-sema, igbidni warajk! (L-istess 27,29-30).
Din l-ghaqda shiha mal-misteru ta' Kristu dahhlet fl-esperjenza ta' l-ghixien Trinitarju li fih r-ruh tiehu dejjem aktar gharfien tal-ghixien ta' Alla fiha: "Ghaliex waqt li s-smewwiet u lhlejjaq kollha ma jistghux jesghu l-Hallieq taghhom, r-ruh fidila hi biss hija l-post fejn Hu jghammar u jghix, u dan isehh bil-qawwa ta' l-imhabba, u l-hziena din huma mcahhdin minnha (3 Ittra Lil Agnese 22-23).
6. Immexxija minn Klara, il-komunità migbura f'San Damjan ghazlet li tghix skond l-Ghamla tal-Vangelu Mqaddes f'dimensjoni kontemplattiva klawstrali, li kien jinghazel bhala mod ta' ghixien komunitarju fl-ghaqda ta' l-ispirtu (Regola, Dahla, 5) skond il-"mod ta' l-unità qaddisa (Regola, 16). L-gharfien partikulari li Klara wriet tal-valuri ta' l-ghaqda fil-fraternità tidher tirreferi ghall-esperjenza kontemplattiva matura tal-misteru Trinitarju. Il-Kontemplazzjoni vera, infatti, ma tinghalaqx fl-individwalizmu imma ssehh fil-verità ta' l-ghaqda fil-Missier, fl-Iben u fl-Ispirtu s-Santu. Klara mhux biss dahhlet fir-Regola taghha l-hajja fraterna fuq il-valuri ta' qadi, tal-partecipazzjoni, tal-qsim ma' xulxin, imma hadet hsieb li l-komunità tkun mibnija fis-sod fuq "l-ghaqda tal-qsim tal-karità u tal-paci" (Kap IV, 22), kif ukoll li sorijiet: "ha jkunu dejjem hergana li jzommu bejniethom il-ghaqda talimhabba lejn xulxin, li hija l-qofol tal-perfezzjoni" (Kap X, 7).
Kienet komunità fejn l-imhabba lejn xulxin tibni l-komunità u twassal ghal numru aktar ta' vokazzjonijiet, ghalhekk fit-Testment taghha Klara theggeg: "U waqt li thobbu lil xulxin fl-imhabba ta' Kristu, uru dik l-imhabba li ghandkom f'qalbkom minn barra, bl-eghmejjel taghkom, sabiex is-Sorijiet, misjuqin minn dan l-ezempju tajjeb, jikbru dejjem fl-mhabba ta' Alla u fil-karità lejn xulxin" (59-60).
7. Dan il-valur ta' l-ghaqda Klara taghrfu wkoll f'dimensjoni aktar wiesa ghalhekk riedet li l-komunità klawsrali tkun imdahhla b'mod shih fil-Knisja u ankrata fis-sod permezz tat-triq ta' l-ubbidjenza filjali (ara Regola, Kap I, 12). Hija ma kienetx ghadha taf li l-hajja tal-klawsura kellha ssir mera ghal sorijiet ohra msejhin biex isegwu l-istess vokazzjoni, u xejn inqas, xhieda tiddi ghal dawk li jghixu fid-dinja.
L-erbghin sena li ghexet fi hdan il-monasteru zghir ta' San Damjan ma cekknux l-orizzonti ta' qalbha, imma wessghu l-fidi taghha fil-presenza ta' Alla, li jhaddem il-Fidwa tieghu fl-istorja. Huma maghrufin zewg episodji li fihom, bil-qawwa tal-fidi fl-Ewkaristija u bl-umilta' tat-talb, Klara kisbet il-helsien tal-Belt ta' Assisi u tal-monsateru mill-perikli ta' tigrib kbir.
8. Kif ma semmghux, li wara 750 sena mill-konferma potificja, ir-Regola ta' Santa Klara, ghadha zzomm bla mittiefes il-gmiel spiritwali u l-ghana teologika taghha? Ir-rabta perfetta tal-valuri umani u kristjani, l-armonija gharfa tat-theggig kontemplattiv u l-htiega evengelika jikkonfermawhulna, gheziez Klarissi tat-Tielet Millenju, bhala triq ghalliema li tridu ssegwu minghajr ma taghtu wisa' ghall-ispirtu tad-dinja.
Lil kull wahda minnkom Klara tghid il-kliem li qalet lil Agnese ta' Praga: "Int tassew hienja! Lilek gie moghti li tiehu sehem f'din l-ikla mqaddsa biex tkun tista' tinghagad bil-qawwa kollha ta' qalbek ma' Dak li l-qtajjiet tas-sema jixxenqu jharsu lejn gmielu" (4 Ittra, 9-10).
Din it-tifkira centinarja toffrilkom l-okkazjoni biex tirriflettu fuq il-karizma tipika tas-sejha taghkom ta' Klarissi. Karizma li hija karatterizzata qabel xejn bhala sejha biex tghixu skond il-perfezzjoni tal-Vangelu Mqaddes b'riferiment preciz ghal Kristu, bhala l-uniku u veru programm ta' hajja. M'hiex din sfida ghall-irgiel u n-nisa ta' llum? Hija proposta ohra ghan-nuqqas ta' sodifazzjon u ghas-superficjalità tad-dinja taz-zmiena, li spiss tidher li tilfet l-indentità proprja taghha, ghax ma' thossx aktar li hija mnissla mill-imhabba ta' Alla u li minnu hija mistennija ghall-ghaqda bla tmiem.
Intom, gheziez Klarissi, twettqu il-mixja wara l-Mulej f'dimensjoni ta' gherusija u ggeddu fil-misteru tal-verginità fekonda tal-Vergni Marija, Gharusa ta' l-Ispirtu s-Santu, il-Mara Shiha. Jalla l-presenza tal-monasteri taghkom moghtija kollha kemm huma ghall-hajja kontemplattiva, ikunu ukoll illum "tifkira tal-qalb ta' l-Gharusa tal-Knisja" (Verbi sponsa, 1), mimlija b'xewqat li jdubu ta' l-Ispirtu, li ssejjah bla taqta' il-migja ta' Kristu l-Gharus (ara Ap 22,17).
Quddiem il-htiega ta' mpenn imgedded ta' Qdusija, Santa Klara toffri wkoll ezempju ta' din l-pedagogija ta' qdusija, li imwiesna b'talb bla jaqta', iwassal biex issiru dawk li jikkontemplaw il-Wicc ta' Alla u tifthu berah qlubkom ghall-Ispirtu tal-Mulej, li jittrasforma lil persuna, il-mohh, il-qalb u l-azzjoni, skond il-htiega tal-Vangelu.
9. L-awgurju l-aktar haj tieghi moghni bit-talb, hu li l-monasteri taghkom ikomplu joffru ghall-htigijiet mifruxa ta' spiritwalità u ta' talb li ghandha d-dinja ta' llum. Il-proposta esigenti ta' esperjenza aktar shiha u awtentika ta' Alla, Wiehed u Tlieta, li ssir tiddi bil-presenza ta' l-Imhabba u tas-Salvezza.
Ha tghinkom Marija, il-Vergni li tisma'. U ha jitolbu ghalikom Santa Klara u l-Qaddisin u l-Beati ta' l-Ordni taghkom.
Jien nassigura tifkira minn qalbi, gheziez sorijiet, ghalikom, ghal dawk kollha li jaqsmu maghkom il-grazzja ta' dan l-avveniment gubilari Kbir, u lil kulhadd mill-qalb naghti Barka Apostolika specjali.
Mill-Vatikan, 9 ta' Awissu 2003.
Dan il-messagg deher fl-Osservatore Romano, Lunedì-martedì 11-12 Agosto, 2003, p. 7. Maqlub ghal maltin minn Fr Thomas Calleja OFMConv Assisi 11.8.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt l253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (l3 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara hl-ll ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|