| Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - l253-2003 | ||
|
L-Ispirtu s-Santu f'Santa Klara kitba ta' Sr Marie Bernardette Aquilina OSC
L-Ispirtu s-Santu f'Santa Klara Il-ktieb tal-Genesi jibda hekk: "L-Ispirtu t'Alla kien jittajjar fuq l-ibhra". Jien xebbahtu ma' l-Ispirtu ta' Santa Klara li bil-qdusija taghha dejjem tigri u tittajjar ma' l-erba' trufijiet tad-dinja b'qalbha theggeg bil-fjammi tan-nar ta' l-imhabba t'Alla u tixghel qlub ohra mill-fjammi taghha biex jimxu wara Kristu, l-gharus taghha, biex huma wkoll jghixu fil-ferh evangeliku - it-triq tal-perfezzjoni, hajja ta' talb f'intimità m'Alla.
Ejjew nistudjaw il-kliem li qalet lil ruhha qabel mietet u ltagghet m'Alla fis-sema u kif Santa Klara ghexet taht l-ispirazzjoni ta' l-Ispirtu s-Santu.
"Mur ruh tieghi fis-sliem, ghax se jkollok kumpanija tajba; ghax Dak li halqek qaddsek minn qabel, u mbaghad meta halqek xehet fik l-Ispirtu s-Santu; u harsek dejjem bhalma omm tindokra lil bintha li thobb. Tkun imbierek Int, Mulej, li hlaqtni."
Mur ruh tieghi fis-sliem. Biex Santa Klara qalet hekk lil ruhha naraw kemm kienet certa li se ssalva ghax dejjem ghexet fil-prezenza t'Alla, f'intimità Mieghu, fl-imhabba totali Mieghu, fil-paci maghha nfisha u mal-proxxmu taghha; kemm dejjem kienet fidila fil-mixja taghha ghal dak li Alla ried minnha; dejjem attenta ghall-vuci Tieghu u bhal Samwel dejjem stagsietU, "Mulej, xi trid minni?"
Fil-process tal-kanonizazzjoni nsibu hafna li taw xhieda taghha. Fosthom qalu li dejjem kienet tkun ferhana fll-Mulej u qatt ma dehret imhawda. Hajjitha kienet kollha kemm hi angelika, qatt ma titkellem fuq hwejjeg tad-dinja. Tant kienet mimlija bl-Ispirtu t'Alla li qalu "li ma nafux kif se nitkellmu fuq il-gid, il-virtujiet li kellha, jigifieri l-umiltà, it- tjubija, il-pacenzja u virtujiet ohra li kienu kotrana. Kellha moghdrija specjali ghal kull min kien ibati u qalb tajba ma' kulhadd, generuza mas-sorijiet kollha u dejjem mehdija f'ghemejjel tajba. Lil hutha s-sorijiet kienet thobbhom daqsha nfisha u mexxiet l-Ordni bi qdusija kbira. Qalu wkoll li Klara bniet genna madwarha ghax holqot ambjent sabih u ferriehi.
Ghax se jkollok kumpanija tajba. II-kumpanija taghha kien Gesù stess li hadha Mieghu ftit hin wara li qalet dan il-kliem, biex tgawdi Mieghu d-dehra Beatifika t'Alla. Klara gharfet tkebbes l-imhabba permezz ta' l-Ispirtu t'Alla li nizel fuqha fil-maghmudija. Zgur li malli waslet hdejH laqaghha bil-kliem, "Ejja qaddejja tajba u fidila, idhol fil-ferh ta' Sidek biex tikseb il-kuruna tal-glorja, minsuga minn ward li qatt ma jitbiel." Alla ried li Klara tkun imdawra bil-glorja mhux biss fil-genna imma wkoll f'din id-dinja. ll-fdalijiet taghha huma mizmuma bl-akbar devozzjoni mhux biss f'Assisi izda wkoll fil-pajjizi kollha tad-dinja fejn imorru jzuruhom ghadd kbir ta' pellegrini mqanqlin mill-qawwa tal-mirakli li ghamiet u l-grazzji kbar li ghadha taqla' sal-lum ghax l-imhabba taghha tibqa' twassal il-messagg ta' l-Evangelju - li Kristu huwa l-qofol tal-hajja nisranija.
Dak li halqek qaddsek minn qabel. Hawn tghid hi stess il-profezija li kellha ommha qabel ma twieldet - li meta kienet ghadha fil-guf u ommha talbet biex ikollha hlas tajjeb, semghet vuci tghidilha: "Int se jkollok tifla u se tkun dawl ghad-dinja". Klara kienet digà maghzula b'gharusa Tieghu bis-setgha ta' l-lspirtu s-Santu, li xehet ghajnejH fuq ic-cokon tal-qaddejja Tieghu u ghamel maghha hwejjeg kbar. Bhal Marija, l-Ispirtu tal-Mulej tant dawwalha li l-ezempji u t-taghlim taghha ghadhom jiddu fid-dinja sal-lum.
Meta halqek xehet fik l-Ispirtu s-Santu. Fil-Genesi (2,7) nsibu: "Il-Mulej Alla sawwar il-bniedem mit-trab ta' l-art u nefahlu fi mnifsejh nifs il-hajja u l-bniedem sar ruh hajja." Hawn Klara turina kemm kienet midhla tal-kelma t'Alla u kemm kienet tghixha tassew. Kienet tghid lil shabha, "huti u wliedi, ghandkom dejjem tiftakru u zzommu quddiem ghajnejkom l-ilma li hareg minn genb il-Mulej Gesù waqt li kien imdendel fuq is-salib". Dan kienet tghidu ghax l-ilma li hareg mill-kustat Tieghu hasilna fil-maghmudija u sirna wlied u werrieta Tieghu. Permezz tal-maghmudija l-Ispirtu t'Alla dahal jghammar fi Klara. B'dan l-Ispirtu fiha hi baqghet tixrob dejjem l-ilma mill-kustat ta' Gesù u hekk kibret dejjem fl-imhabba u fl-ghaqda Mieghu. Dan tant kien jidher fiha li wahda mix-xhieda - l-ghaxar wahda - tghid li "waqt li kienu jisimghu priedka rat tfajjel ta' xi tliet snin hdejn Klara u waqt li x-xhud talbet biex ma tkunx imqarrqa semghet din it-twegiba f'qalbha. "Jien ninsab f'nofskom" (Mt 18,20). Kompliet tghid, "Kien hemm bhal dija kbira madwarha kif ukoll riha helwa. Wara rajt dija ohra li tghammex kollha hmura, hekk li bhal donnha kienet ittajjar xrar tan-nar madwarha kollha u ksitilha rasha kollha. "Waqt li x-xhud kienu qed terga' tiddubita semghet twegiba ohra f'qalbha, l-Ispirtu s-Santu jinzel fuqek (Lq 1,35). Dak il-hin kien bhal Pentekoste iehor sew ma' Klara kif ukoll ma' hutha s-sorijiet li kienu migburin jisimghu l-kelma t'Alla.
Harsek dejjem bhalma omm tindokra lil bintha li thobb. Dan il-kliem li nsibuh f'lsaija (48,15). Klara applikatu ghal ruhha. Hawn naraw kemm Klara kienet sensibbli ghall-imhabba ghax x'hemm akbar mill-imhabba bejn l-omm u l-bint li jissarrfu f'ferh u kuntentizza? La darba Klara dejjem imxiet mar-rieda t'Alla u b'fiducja kbira fiH, Hu qatt ma naqasha minn dak kollu li kienet titolbu sew fic-cirkustanzi tal-hajja komunitarja u kemm ukoll f'cirkustanzi straordinarji bhal mata s-Saracini dahlu fil-monasteru u meta riedu jiehdu 'l Assisi.
Imbierek Int Mulej li hlaqtni. Santa Klara taghlaq it-talba taghha billi tfahhar 'I Alla li halaqha. Din hija karizma ta' tifhir, ringrazzjament u rikonoxxenza lejn Alla. San Pawl lil Galatin (6,7-8) ighid, "Min jizra' f'gismu jahsad minn gismu t-tahsir u min jizra' fl-Ispirtu jkollu l-hajja ta' dejjem". Santa Klara zerghet fl-Ispirtu, fittxet li taghmel dejjem il-gid u ghamlet kollox ghall-imhabba tal-mahbub taghha. Hija kienet il-pjanta ta' San Frangisk li baqghet tigi msoqqija b'dak l-ilma haj li hareg min-naha tal-lemin tat- tempju (Ez 47,1) u li huwa xbieha ta' l-Ispirtu s-Santu. Klara hija l-fergha li baqghet mad-dielja u ghamlet hafna frott li ghaddiet lilna wkoll permezz tar-Regola, it-taghlim u l-ezempju taghha.
Gesù jkompli jghidilna: "Jekk tibqghu fija u jibqa' kliemi fikom kulma tridu jkunilkom" (Gw 15,7). Hawn jidher kemm Klara kienet tassew maghquda Mieghu u kliemU baqa' dejjem fiha. Ghalhekk kulma kienet titolbU kien jaghtihulha. Dan jixhduh il-mirakli li ghamlet f'hajjitha u wara mewtha. Permezz ta' dawn il-grazzji kollha Alla jkun igglorifikat u mfahhar.
Klara tat xhieda qawwija tal-kobor u l-gherf t'Alla u b'hekk akkwistat il-hajja ta' dejjem. Hajjitha, bhal ta' Marija, kienet nisga ta' tifhir kontinwu 'l Alla, il-Hallieq u s-Salvatur taghha.
Dan L-artiklu wasal ghandna permezz ta' Sr Maria Carmel Saliba u deher fir-rivista Dawl Frangiskan, sena 24 - ghadd 236, Jannar 2004, p.23. Valletta: 1.1.2004 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt l253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (l3 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara hl-ll ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|