![]() |
Santa Klara ta' Assisi - poeziji | |
Santa Klara ta' Assisi - 13 Lill-Qaddisa Klara ta' Patri Guzè Delia SJ Lill-Qaddisa Klara
R/. Klara Qaddisa, Idhol ghalina, illum u f'kull zmien
1. 0 Klara Qaddisa, ilqaghha t-tislima, li rridu naghtuk. Irridu li biha, nghidulek minn qalbna, Kemm ahna nhobbuk. R/.
2. Int warda tal-genna, li ssahhar bi qmielek, bhall-balzmu int tfuh. Bil-hlewwa ta' fwiehtek int tferrah lid-dinja, int tghaxxaq lir-ruh. R/.
3. Int kewkba tas-sema, fid-dlam int tmexxina. U ttina l-mistrieh. Bid-dija li xxerred is-sliern inti tnissel u farag fl-erwieh. R/.
4. Bin-nar int theggegina Ta' mhabbtek herqana lejn Kristu Feddej li ahna ghazilna, fit-triq ta' dil-hajja, ta' ruhna l-Mexxej. R/.
5. Int Safja bhal gilju li jikber u jfewwah, fil-hofor tal-wied. Int tizboq il-bjuda, tal-kwiekeb li jpetptu, f'wesghat is-smewwiet. R/.
6. Ridt qalbek iccahhad mill-frugha tad-dinja, li tlellex b'kull gid. Biex tkun dejjem tieghu u tghix dejjem mieghu minghajr ebda irbit. R/.
7 O Klara Qaddisa, deh isma' lehina, li hiereg mill-qalb. Ha jasal quddiemek tnehid ir-ruh taghna Fil-hrara tat-talb. R/.
8. Berikom lil gensna ulied din il-gzira imliehom b'kull gid. Il-Fidi harsilna, Mill-hazen tal-ghadu, qarrieqi u imqit. R/.
9. U hares lid-dinja li tbeghdet minn Kristu, u ntilfet fid-dnub. Aghtina l-indiema, reggaghha lejn Kristu, ghalina mislub. R/.
10. Mexxina biex naslu hemm mieghek il-genna, fis-saltna tas-sliem fejn mieghek mistriehu, fil-milja ta' l-hena, ghal dejjem bla tmiem. R/. Kliem ta' Patri Guzè Delia SJ, Muzika ta' Sr Maria Immaculata Belizzi OSC Assisi 19.6.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi |
|
![]() |