|
|
San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar |
|
|
|
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal
u l-Harufa
storja mill-Hajja ta' San Frangisk
Hekk kif ra, Frangisku waqaf, u b'ghafsa ta' qalb qal lil siehbu Fra Pawlu: "Qieghed taraha dik il-harufa gwejda qalb dawk il-bdabad? Qed tfakkarni f'Sidna Gesù Kristu... nisthajjel li meta Gesù kien imdawwar mill-Farizej, kien qieghed ihossu mhedded bhalha. Ejja nfittxu nixtruha ahna, halli nehilsuha mill-periklu li tinsab fih".
Fra Pawlu wkoll hass hafna ghaliha u ghalhekk dlonk ftiehmu mar-raghaj biex ipartu t-tonok horox taghhom mal-harufa. Izda dak il-hin inzerta kien ghaddej negozjant li x'hin intebah x'kien sa jsir, qataghha li jhallsilhom hu. U hekk Frangisku u Fra Pawlu rnexxielhom jehilsu l-harufa ckejkna! Kemm ferhu biha! Tghidx kemm zieghlu biha!
U hekk komplew fi triqthom. Izda f'daqqa wahda ndunaw li hadd minnhom ma kien haseb x'sa jaghmlu biha. Qaghdu jahsbu ghal ftit waqtiet u Fra Pawlu gieh hsieb: "Min jaf kieku naghtuha lis-Sorijiet Klarissi?" Dawn zgur jifirhu biha u jiehdu hsiebha!
Baqghu sejrin dritt lejn il-kunvent. Is-sorijiet tghidx kemm iggustawha u weghduhom li jiehdu hsiebha u jghozzuha.
Wasal iz-zmien li jgizzuha. Is-sorijiet hasbu biex bis-suf taghha jaghmlu xi haga sabiha. Hadu s-suf taghha, nisgu u bih ghamlu tonka ratba ghal San Frangisk. Il-Qaddis laqa' dan ir-rigal b'qalbu kollha. X'hin tawhielu, rassha ma' sidru u biesha, u fl-istess waqt radd hajr lil Alla li fit-tjieba tieghu halaq l-annimali biex bihom jitghaxxaq il-bniedem.
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal Din l-istorja rrakkuntata minn Dorothy Schembri Agius hija mehud mir-Rivista Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, nru. 3 - Gunju 2001, 46. Dawn ir-rakkonti huma addattati mill-ktieb ta' Luciano Radi, Saint Francis and the Animals, Editrice Minerva, Assisi 1999. U b'disinji ta' Alessandra Annibali. Assisi 14.7.2003 |
Frangisku qal lil siehbu Fra Pawlu: "Qieghed taraha dik Ohtna l-Harufa gwejda qalb dawk il-bdabad? Qed tfakkarni f'Sidna Gesù Kristu...
|
|
|
||