|
|
San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar |
|
|
|
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal
u s-Seqer
storja mill-Hajja ta' San Frangisk
Meta Frangisku wasal fl-eremitagg ta' La Verna biex jghaddi erbghin jum ta' sawn f'gieh l-Arkanglu San Mikiel gew jilqghuh qatghat kbar ta' ghasafar. Dawn l-ghasafar nizlu jittajru fuq ic-cella ckejkna tieghu biex bit-tpespis u t-tisfir taghhom jaghtu merhba u juruh il-ferh li hassew meta rawh.
Meta Frangisku ntebah b'dan dar lejn wiehed minn shabu u qallu: "Qieghed tinduna, Hija? Din hija r-rieda ta' Alla ghalina li noqoghdu hawn ghal xi zmien. Qieghed tisma' l-hamba u l-frattarija li hutna l-ghasafar qeghdin jaghmlu biex ifissru l-ferh li qed ihossu ghaliex ahna ninsabu hawn?"
Seqer li kien ghamel il-bejta tieghu fil-blat tal-qrib, intebah b'dan kollu u mill-ewwel hass li Frangisku kien bniedem specjali. Ghalhekk xtaq li jsir habib tal-Qaddis, u fl-istess hin hu wkoll jaghmel ftit gid ghalih. X'ghamel? Kien jaf li Frangisku kien ta' kull jum iqum mal-lejl biex jitlob. Ghalhekk kien joqghod ghassa tieghu halli hekk kif jara li sar il-hin, kien jibda jsaffar biex itajjarlu n-nghas. Izda, haga tal-ghageb, is-Seqer mill-ewwel kien jintebah meta Frangisku kien ikun ghajjien wisq u mikdud bil-mard u mifni bl-ugigh. U ghalhekk f'ghodwiet bhal dawn, ma kienx iqajmu ghax kien jixtieq ihalli lil Frangisku jistrieh. F'mumenti bhal dawn, donnu li Alla nnifsu kien iwissi lis-seqer biex jibqa' sieket u ma jibdiex isemma' lehnu qabel is-sebh.
U wara li jisbah, mas-seqer kienu jinghaqdu l-ghasafar l-ohra ta' l-inhawi, u flimkien kienu jghannu tifhir lill-Hallieq. Donnhom kienu jafu li f'La Verna kienet sa ssehh xi haga kbira. U tabilhaqq, San Frangisk kellu jilhaq il-milja tal-meditazzjoni tieghu u jilqa' b'qalbu kollha t-tbatija li nisslulu l-pjagi li nghatawlu fuq din gholja.
Kienu dawn il-pjagi biddlu lil Frangisku fi xbieha perfetta ta' Kristu, mhux biss minhabba s-sinjali f'gismu, izda fuq kollox minhabba l-hegga gdida l-tqanqlet fih biex ikompli jghix il-Vangelu.
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal Din l-istorja rrakkuntata minn Dorothy Schembri Agius hija mehud mir-Rivista Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, nru. 3 - Gunju 2001, 46. Dawn ir-rakkonti huma addattati mill-ktieb ta' Luciano Radi, Saint Francis and the Animals, Editrice Minerva, Assisi 1999. U b'disinji ta' Alessandra Annibali. Assisi 14.7.2003 |
Wara li jisbah, ma' Huh is-Seqer kienu jinghaqdu l-ghasafar l-ohra ta' l-inhawi, u flimkien kienu jghannu tifhir lill-Hallieq.
|
|
|
||