San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


   San Frangisk

   u l-Grieden

 


 storja mill-Hajja ta' San Frangisk


Flimkien ma' l-ugigh tal-pjagi, Frangisku issa kien qed hafna ugigh fl-istonku u f'ghajnejh.  Hutu l-patrijiet bdew jibzghu li hu seta' jitlef hajtu, u ghalhekk bdew jinsistu li hu jmur ikellem tabib. Frate Elia, li kien il-ministru inkarigat minn Frangisku biex imexxi l-Ordni kollu, qal li kien hemm tabib famuz hafna f'Rieti, imma li kien mehtieg li Frangisku jmur f'din il-belt.

 

Wara hafna talb mill-ahwa, Frangisku qal iva, imma qabel xejn talab li jehduh San Damiano biex jisellem lil Klara, l-habiba ta' ruhu. Hemmhekk inhakem minn deni qawwi, u ghalhekk l-ahwa kellhom ihassru l-vjagg.

 

Fuq kollox kienet riesqa x-xitwa qalila u t-toroq kollha kienu jkunu miksijin bis-silg. B'hekk Frangisku baqa' taht il-kura ta' Klara, flimkien ma' whud mill-patrijiet.

 

Mhux facli nispjegaw it-tbatijiet li hass Frangisku f'dak il-post. Hu kien maghluq f'gharix mudlam, ghax ghajnejh ma kienux jifilhu ghad-dawl. Kien sar jixbah aktar gozz ghadam imlibbes bit-tonka milli figura ta' bniedem. Il-feriti kienu jnixxu d-demm u l-istonku tieghu kien imhawwad ghall-ahhar.

 

U bhallikieku dan ma kienx bizzejjed. Matul il-lejl kienu jigu jzurh qatgha gmielha ta' Grieden.  Waqt li kien jipprova jorqod kienu jinfexxu fih, erhilhom jitilghu mieghu meta kien jkun b'dahra mal-hajt, jew jigru u kienu sahansitra jghaddu minn fuqu u jaqbzu fuq wiccu meta kien ikun mimdud.

 

Din in-nibxa kien jonqsu miskin.   Frangisku ma tantx kien qed jiehu gost b'dawn il-Grieden ghaddejjin minn fuqu ghalhekk irdoppja t-talb tieghu u talab lil dawn Hutu l-Grieden biex ma jahqruhx wisq u jhalluh jorqod ftit. Frangisku madankollu baqa' xorta jkanta u jfahhar 'il Alla.

 

Ghodwa wahda Ohtu Klara mill-boghod semghetu jkanta fil-gharix, ghalkemm marid. Il-vuci tieghu ma kienetx ghadha tidwi bhal qabel meta kien zaghzugh jintona s-serenati u jiggera mat-toroq; issa lehnu kien fjakka minhabba l-ugigh mohbi li kull darba kien jobbligah biex jieqaf biex jiehu n-nifs. B'kurzit Klara resqet bil-mod il-mod biex tisma' u semghet lil Frangisku jkanta u jfahhar 'l Alla u jghajjatlu bhala l-Aktar Gholi, Dak li jista' kollox, l-Oghla Tjubija; beda jfahhru flimkien mal-hlejjaq; ma' x-Xemx, il-Qamar u l-Kwiekeb, l-Ilma u n-Nar, ir-Rih u ma' l-Art li taghti l-frott; kollha beda jsejhilhom "Hutu".

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

 << lura ghall-Werrej ghat-tfal


Storja addattat mill-Hajja ta' San Frangisk minn Fr Thomas Calleja u b'disinji ta' Alessandra Annibali.

Assisi 21.7.2003


Matul il-lejl Hutu

l-Grieden kienu sahansitra jghaddu minn fuqu. Frangisku talab lil

Hutu

l-Grieden biex ma jahqruhx wisq.

U baqa'

jkanta u jfahhar

'il Alla.