San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


   San Frangisk

   u l-Huttaf - 1

 


storja mill-Hajja ta' San Frangisk


Frangisku wasal qrib il-mewt. Hajtu kienet qed tnin bhal xemgha tnemnem li waslet biex tintefa'. Kien is-Sibt, 3 ta' Ottubru 1226.

 

Filghodu Frangisku talab lill-ahwa biex jagrawlu s-silta mir-rakkont tal-Passjoni ta' Ges Kristu mill-Vangelu ta' San Gwann. Waqt li l-ahwa kienu jaqraw bil-mod, il-qaddis marid baqa' cass u sieket migbur fit-talb. Hafna mill-patrijiet bdew jahsbu li kien dig miet, imma meta l-qari intemm, hu rega' beda jitkellem u talabhom bicca hobz. Hadha f'idejh berikha u qasamha, u hekk rega' wettaq dak li ghamel Ges fl-ahhar ikla, imbaghad ta bicciet zghar minnha lill-ahwa prezenti. Xtaq ilissen ftit kelmiet, imma ma felahx.

 

Sadanittant madwar il-gharix kien hemm skiet ta' stennija. L-ahwa ma kienux jafu jekk ghandhomx jitolbu ghal bniedem qieghed imut jew inkella jitolbu lil bniedem li kien dig qaddis. Xi whud kienu bilwieqfa hdejh, attenti ghal kull caqliqa tieghu; ohrajn kienu jitolbu gharkobbtejhom fil-kappella tal-Vergni Marija ta' l-Angli tal-Porziuncola.

 

Xi kultant is-silenzju kien jinkiser bil-melodija solenni ta' l-Ghanja tal-Hlejjaq li bdiet tidwi u tintilef qalb is-sigar tal-bosk.

 

X'il-hamsa ta' wara nofs in-nhar Frangisku talab lill-ahwa biex inezzghuh u jhalluh mimdud ghall-qiegha ta' l-art.  Frangisku, b'vuci kwazi ma jinstemax, beda jlissen is-Salm 142 akkumpanjat bil-mod il-mod mill-ahwa: "B'lehen qawwi lill-Mulej insejjah, b'lehen qawwi lill-Mulej nitlob... inti s-sehem tieghi f'art il-hajjin... Mill-habs ohrog lir-ruh tieghi, biex inrodd hajr lil ismek...". Meta temm is-Salm, Frangisku radd ruhu lill-Ohtu l-Mewt.

 

F'dak il-hemda u s-skiet tal-lejl kienu jinstemghu biss hsejjes hfief ta' gwienah itiru. Kienu Hutu l-Huttaf li gew jittajru fuq is-saqaf ta' fejn kien il-Qaddis. Kulhadd jaf li dawn huma tajr ta' bin-nar u mhux ta' bil-lejl!  Madanakollu Hutu il-Huttaf ngabru biex jsellmu 'l huhom il-kbir li kien ghadu kif beda l-Jum tieghu - il-jum mimli dawl fil-Hajja ta' dejjem fis-sema.

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


Storja addattat mill-Hajja ta' San Frangisk minn Fr Thomas Calleja u b'disinji minn Alessandra Annibali.

Assisi 21.7.2003


Fil-hemda

u s-skiet ta' dak il-lejl kienu jinstemghu biss hsejjes hfief ta' gwienah itiru.

Kienu

Hutu

il-Huttaf

li gew

jittajru fuq is-saqaf ta' fejn kien ghadu kemm temm

hajtu

il-Qaddis

Frangisku.