San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar

 

 << lura ghall-Werrej ghat-tfal


Il-Hajja ta' San Frangisk - 1

l-ewwel parti


storja migbura minn Fr Thomas

Disinji ta' Suor Giustina


Bidu ta' l-istorja

 

 

1181-1182

Frangisku twieled f’Assisi missieru Pietro di Bernardone u ommu Madonna Pica.

Meta l-omm hadet it-tifel fil-Kattidral ta’ San Rufino biex jitghammed it-tifel gie moghti l-isem Giovanni.

L-missier izda ried li ibnu jissejjah Frangisku.

 

 

1196

Wara li temm l-iskola mmexxija mill-qassisin tal-parrocca ta’ San Gorg. Frangisku, kien sar guvnot ferhan, intelligenti, ihobb jilbes u xi ftit vanituz.  Kien ukoll jhobb il-flus bhal missieru.  Frangisku izda kien aktar qalbu miftuha u jaqsam gidu mal-hbieb u mal-foqra.

 

1202 - Novembru

Frangisku ha sehem fi glieda bejn Perugia u Assisi f’Ponte San Giovanni qrib Collestarda mhux wisq ‘il boghod minn Assisi.  Assisi tilfet, hafna nqabdu prugunieri, fosthom Frangisku li spicca maqful fil-habs ta’ Perugia ghal kwazi sena shiha.

 

1203 

Saret il-Paci bejn Perugia u Assisi.  Missier Frangisku sab l-okkazjoni biex hallas xi flus u heles lil Frangisku mill-habs.

 

 

 

1204

Wara zmien marid Frangisku rega` gie f’tieghu u ta’ ruhu mill-gdid ghax-xalar u l-festi ma’ shabu.  F’dan iz-zmien Frangisku baqa` johlom li jsir kavallier u li jikseb l-unur.

 

1205

Frangisku sab l-okkazjoni li jmur ghal gwerra u b’hekk jikseb dak li xtaq. Issieheb mal-Kavallier Walter de Brienne u qabad it-triq lejn il-Puglie bil-ghan li wara jinghaqad ma’ krocjata u jmur lejn il-Palestina. 

Fi Spoleto kellu vizjoni u l-lehen misterjuz qallu biex jerga` lura Assisi u hemm jurih x’kellu jaghmel. 

 

Meta wasal lura Assisi

beda jinqata' ghalih wahdu biex jitlob u jara Alla x'ried minnu.  Darba minnhom iltaqa' ma' ragel imgiddem, nizel minn fuq iz-ziemel, ghamel il-kuragg u ghanqu mieghu u biesu

 

1205 - Novembru

Kif kien migbur fil-knisja ta’ San Damiano Frangisku kellu vizjoni ohra li fiha sema' l-Kurcifiss jistiednu jmur isewwi il-Knisja tieghu, li kienet qed tiggarraf. Frangisku mar fil-belt ta’ Foligno biex ibiegh hafna mid-drapp ta’ missieru halli jkollu flus biex ikun jista' jsewwi l-knisja.

 

1206 - Marzu

Quddiem l-isqof Gwido ta’ Assisi Frangisku neza` hwejjgu u tahom lura lil missieru. Minn dak in-nhar 'l quddiem Frangisku  ried isejjah b’missieru lil Missier tas-smewwiet.

 

kompli ara t-tieni parti - 2  >>

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


Storja migbura minn Fr Thomas  u d-Disinji huma ta' Suor Giustina

Id-disinji dehru l-ewwel darba fuq ir-rivista San Francesco Patrono d'Italia

Assisi 19.7.2003


Fuq

il-passi

ta'

San Frangisk

ta' Assisi