|
|
San Frangisk - artikli |
|
|
|
<<|werrej|>>Frangisku u l-Misteru ta' l-InkarnazzjoniIl-Misteru ta' l-Inkarnazzjoni fil-hsieb ta' San Frangisk kitba ta' George Aquilina OFM Il-Misteru ta' l-Inkarnazzjoni "Il-migja mis-Sema ta' dan il-Verb tal-Missier, hekk meqjum, qaddis u msebbah, kienet imhabbra mill-Missier l-Aktar Gholi nnifsu, permezz ta' l-Arkanglu Gabrijel lill-Imqaddsa u glorjuza Vergni Marija. Mill-guf taghna ha gisem veru bhal taghna u jbes l-istess dghufija taghna l-bnedmin" (II Ittra lill-Insara, 4). Dan il-kliem wahdu jurina x'importanza San Frangisk kien jaghti lill-misteru ta' Alla maghmul bniedem. Kliem meqjus u preciz. L-Iben ta' Alla mahbub sa minn dejjem, jibes gisem dghajjef bhal taghna. Sar bniedem bhalna f'kollox barra mid-dnub, imma fl-istess waqt, hu l-Verb hekk meqjum, qaddis u msebbah, minghajr ebda riserva jew tnagqqis.
Ghalhekk, fl-Inkarnazzjoni ta' l-Iben, Alla jidher lill-bniedem (Alla zar lill-poplu tieghu). San Frangisk dan jinnotah sew fil-kliem tal-Bibbja meta jistqarr: "Il-Missier jghammar f'dawl li hadd ma jista' jersaq lejh (Tim 6,16), u Alla huwa spirtu (Gw 4,24), u lil Alla hadd qatt ma rah (Gw 1,18)". L-imhabba tieghu lejna gabitu f'ghamla ta' bniedem bhalna, ghamla li tidher, biex ahna nistghu narawh u naghrfuh. Ma riedx ihallina fl-incertezza, lanqas fil-hsieb limitat ta' mohhna. L-imhabba-tieghu wasslitu li jsib il-mezz semplici li kulhadd jista' jarah u jduq din l-imhabba tieghu. Ta' dan San Frangisk jinfexx f'att ta' ringrazzjament: "U nroddulek hajr ghax, kif hlaqtna permezz ta' l-Iben tieghek, hekk ukoll bl-imhabba qaddisa tieghek li biha habbejtna (Gw 17,26) ridt li Hu jitwieled, Alla veru u Bniedem veru, mill-glorjuza dejjem Vergni u l-aktar hienja, l-imqaddsa Marija" (RegNB 23,3). Hekk il-qaddis jurina car il-mezz biex naghrfu l-imhabba ta' Alla: "Lid-dixxipli tieghu l-Mulej Gesù jghidilhom: Jiena hu t-Trig, il-Verita u l-Hajja. Hadd ma jmur ghand il-Missier jekk mhux permezz tieghi. Kieku gharaftu lili, kontu taghrfu wkoll lil Missieri. Minn issa 'l quddiem taghfuh, anzi digà rajtuh. Qallu Filippu: Mulej urina l-Missier u jkun bizzejjed ghalina. Gesu wiegbu: Ili daqshekk maghkom, Filippu, u ghadek ma gharaftnix? Min ra lili ra lill-Missier" (Gw 14,6-9).
Ghal San Frangisk dan mhux kliem li jtennih ghaliex semplicement qieghed fil-Vangelu. Qabel xejn kellu f'mohhu l-grazzja kbira li inghatatilna permezz ta' l-Inkarnazzjoni: Kristu ghalina hu t-Triq, il-Verità u l-Hajja. L-Iben ta' Alla maghmul bniedem hu l-Verità li tiddi li fiha nistghu naghrfu lill-Missier, it-Triq zgura li twassal ghand il-Missier li jghammar f'dawl li lejh hadd ma jista' jersaq, il-Hajja li twassal sa ghand Alla li hu spirtu u li hadd qatt ma rah. F'Gesù Alla hu hekk vicin taghna, hekk li fih Alla jsir rejaltà li tmissha.
Imma ghal San Frangisk il-grazzja ta' l-Inkarnazzjoni tidher wisq aktar fl-imgieba ta' bejnietna u f'dik ta' Kristu: "kull ma ghamiltu ma' wiehed fost dawn huti ghamiltuh mieghi". Difatti l-qaddis jasal li jhobb u jqim lill-Vergni Marija ghaliex permezz taghna s-sultan tal-glorja sar huna (II Cel 198).
L-Inkarnazzjoni ma fethitx semplicement it-triq li twassal sa ghand Alla, imma tatna wkoll il-possibilità li nsiru haga wahda fi Kristu. Il-ghaqda ta' l-ulied mal-Missier tas-sema, hija grazzja hekk kbira ghal San Frangisk, li jtenni: "O kemm hi haga glorjuza, qaddisa u kbira li jkollna Missier fis-sema!...0 kemm hi haga qaddisa, u ta' ghozza, maghguba u umli, ta' sliem u hlewwa u tjubija, kemm hi haga ta' min jixtiegha fuq kull haga ohra, li jkollna lil dan bhala Huna" (II Ittra lill-Insara, 54). Ninnutaw li l-qaddis bhal donnu qed ifittex l-ahjar kliem biex jesprimi l-ferh ta' qalbu ghal dan id-don u grazzja.
Ir-rikonoxxenza ta' San Frangisk ghall-grazzja ta' l-Inkarnazzjoni Il-grazzja ta' l-Inkarnazzjoni hi wahda ta' kobor bla qjies, u l-kobor ta' l-imhabba ta' Alla lejna hi wkoll misteru. Hekk jigi li l-obbligu taghna ta' ringrazzjament lanqas ma ghandu jkun nieqes. Frangisku ma kienx jieqaf irodd il-hajr ghal din il-grazzja: "Ifirhu f'Alla, l-ghajnuna taghna; ghandu bil-ferh lill-Mulej, Alla haj u veru, b'lehen ta' hena ... Ghax il-Missier l-aktar qaddis tas-sema, Sultan taghna, sa minn qabel iz-zminijiet, baghat mill-gholi 'l-Ibun l-mahbub; u twieled mill-imqaddsa Xebba, il-Qaddisa Marija. Dakinhar il-Mulej wera l-hniena tieghu, u mal-lejl dwiet il-ghanja tieghu. Dan hu l-Jum li ghamel il-Mulej: nifirhu u nithennew fih ... Jifirhu s-smewwiet u tithenna l-art; imewweg imharrek il-bahar fil-milja tieghu; jifirhu l-ghelieqi u kull ma fihom. Ghannulu ghanja gdida; ha tghanni lill-Mulej f'art kollha" (Ufficcju tal-Passjoni, Salm 15 ghal Zmien il-Milied). Ghanja ta' radd il-hajr bhal din, tohrog biss minn fomm min ikun dahal sa gewwanett fil-kontemplazzjoni ta' dan il-misteru, hekk li jitlob lill-holqien biex dan jinghaqad mieghu.
Ninnutaw ukoll li mhux biss bil-kliem wera din il-verità, imma bil-hajja tieghu kollha, li kienet offerta ta' ringrazzjament bla tmiem. "L-umiltà ta' Alla li dehret fl-Inkarnazzjoni - jghidilna Celano - u l-imhabba tal-Passjoni kienu tant imdahhla f'mohhu, li difficilment kien jirnexxilu jahseb f'haga ohra" (1 Cel 84). U Santa Klara, li fehmet sew il-hsieb ta' Frangisku, ittenni: "Il-missier l-aktar qaddis taghna Frangisku, li mexa fuq il-passi tieghu ... sakemm dam haj b'ebda mod ma tbieghed minnu, la bil-kliem u lanqas bil-hajja li ghex" (TestCl 33).
Ma nistghux ma napprezzawx din l-imhabba li Alla wera lejna permezz ta' Ibnu jekk ma ngorruhx f'qalbna, u ma nqisux ruhna bhala hutu u wlied l-istess Missier; ghaliex Kristu mhux biss il-verità, id-"Dawl veru", it-Triq, il-"Gherf spiritwali", imma wkoll hu l-hajja li l-bniedem ghandu jkollu fih innifsu. U Frangisku jitlob biex dan isehh. "Missier qaddis, harishom f'ismek lil dawk li tajtni ... berikhom u qaddishom. U rrid, Missier, li dawk li tajtni jkunu huma wkoll mieghi fejn inkun jiena, biex jaraw il-glorja li inti tajtni fis-saltna tieghek" (II Ittra lill-Insara, 54). Dan ir-rakkont deher fir-Rivista ta' Kultura Frangiskana, Spirtu u Hajja, nru 62 Ottubru - Dicembru, 2002, 22-23. Assisi 13.7.2003 |
San Frangisk kien jaghti importanza kbira lill-misteru ta' Alla maghmul bniedem. |
|
|
||