San Frangisk  - artikli  

 

<<|werrej|>>


Frangisku il-Bniedem li gedded il-Knisja

"Mur, frangisku sewwi l-Knisja tieghi"


 kitba ta' Br Dennis Calleja OFMCap


"Mur Frangisku sewwi l-knisja tieghi li, kif qed tara, qieghda tiggarraf". Dawn kienu l-ketmiet li Frangisku sema' mis-salib ta' San Damjan.

 

Anke jekk Frangisku ghall-ewwel ma fehemx il-messagg mohbi wara din il-kelma u ntefa' b'ruhu u gismu jibni l-gebel tal-knejjes imwaqqgha: bhal dawk ta' San Damjan, il-Porzjunkola u l-kappella ta' San Pietru, izda hu fehem xi haga: li l-Mulej sejjahlu mhux biex jibda xi knisja gdida, mhux biex iwaqqaf knisja, izda biex ssewwi l-Knisja. U allura li sewwi hija l-istess bhal meta tghid 'tirrestawra'. U tirrestawra jfisser li inti terga' ggib ghall-originalit tieghu, dak li issa qdiem, dak li s-sbuhija tieghu ccajpret. lfisser li inti ggedded dak li dig hemm, terga' taghmlu gdid, iggibu ghas-sbuhija originali tieghu tal-bidu. Ir-restawr inaddaf, inehhi l-qxur li trabbew bit-tniggis tal-arja. U min jirrestawra jrid joqghod attent li ma jibdel xejn minn dak li hemm. Jogghod attent li ma jpoggix xi haga minn tieghu, forsi ghax jahseb li tigi ahjar jew isbah, ghax jekk jaghmel hekk inehhi l-originalit tal-oggett. Ghalhekk minn jirrestawra, irid ikun mimli rispett lejn l-opra li jkun qed jirrestawra.

 

Hekk ghamel Frangisku: qatt fil-kitbiet tieghu ma nsibu kritika jew kliem iebes lejn il-Knisja. Ma` jiggudikax il-Knisja. Ma jidholx f'piki mal-Knisja u anqas jirribella lejn il-Knisja, anzi b'umilt jerhi ruhu f'idejn il-Knisja u jsejjilha "Ommna l-Knisja Mqaddsa". U b'hajtu stess jipproponi stil ta' hajja skond il-forma tal-Vangelu. Izda qatt ma jaghmel skond dak li jghidlu mohhu, u kontinwament insibuh jikkonsulta, jirrikorri ghand il-Papa bhala r-ras tal-Knisja u rapprezentantta' Kristu fuq l-art.

 

L-ewwel lawgha li Frangisku kellu mal-Papa grat f'Ruma. Kien fl-1211, San Frangisk dig kellu xi hdax mill-ahwa li kienu qed jghixu mieghu dik il-hajja semplici ta' l-Vangelu. Kienu jidhru li se jibqghu jizdiedu fin-numru. Ghalhekk San Frangisk beda jhoss illi l-hajja tieglu u tal-ahwa kollha bzonn ta' regola sabiex ikun hemm direzzjoni. Ghalhekk jikteb ir-regola bi kliem semplici u qasir, kollha mehuda mill-Iskrittura, u biex zgur ikun cert li dik hi r-rieda ta' Alla, jiddeciedi li jipprezenta r-regola lil "Ommna l-Knisja Mqaddsa', biex tikkonfermahielu u ttihielu bhala stil ta' hajja. Imorru Ruma u jiltaqghu mal-Papa fil-Bazilka tal-Lateran.

 

Din l-ewwel laqgha mhix wahda facli ghax il-Papa jahsibhom xi rghajja u malajr jehles minnhom. Izda jinzerta illi l-Isqof ta' Assisi, Gwido, ikun hemm f'Ruma. Meta Frangisku ddecieda li jibda jghix il-hajja tal-Vangelu, quddiem kulhadd fil-pjazza tal-palazz tal-lsqof go Assisi, u nehha hwejjgu bhala sinjal li issa hu mhux izjed iben missieru ta' l-art izda iben il-Missier tas-sema; l-lsqof Gwido kien dak li ghattieh bil-kappa tieghu u tah il-protezzjoni tieghu. U ghalhekk lil Frangisku kien dig jafu ghax kien baqa' jsegwih. Fil-fatt haven min jghid illi l-Isqof Gwido ma kienx b'kumbinazzjoni f'Ruma izda mar biex jara kif ser tispicea din il-grajja: Issa dan Gwido kien habib ta' wiehed mill-Kardinali, Giovanni di San Paolo, u dan il-kardinal kien qrib tal-Papa Innocenz III u ghalhekk Frangisku u shabu jergghu jigu accettati ghat-tieni darba biex ikellmu l-Papa u jipprezentaw ir-regola taghhom.

 

Meta jidhlu u jaqraw ir-regola, ikun hemm xi rezistenza. Ghall-ewwel ma kinux se jaccettawhielu ghax peress li kienet kollha kemm hi citazzjonijiet mill-Vangelu, qalu li kien difficli li tghixha. Tqum diskussjoni bejn il-Papa u l-kardinal sakemm fl-ahhar jaqbez il-Kardinal Giovanni di San Paolo u bhal iwissihom; "Attenti! Jekk ahna niddikjaraw li din it-tip ta' hajja mibnija fuq il-Vangelu ma jistax wiehed jghixha, inkunu qed nghidu li mhux possibli tghix il-Vangelju ghax dawn dan hu li qed jitolbuna".

 

Dan l-argument jaghlaq halq kulhadd! Imma l-Papa jiehu z-zmien. Papa Innocenz III jghid lil Frangisku: "Morru itolbu u ergghu ejjew".

 

Wara din il-laqgha, il-Papa jkollu holma. Jara l-Bazilka tal-Lateran immejla donnha se taga'. F'daqqa wahda jidher ragel qsajjar li bi spaltu jzomm il-bazilka u ma jhallihiex tiggarraf. U l-Papa jinduna li dak ir-ragel tal-holma ma kien hadd hlief Frangisku. Ghalhekk il-Papa jinduna x'kienet il-missjoni ta' dan Frangisku, proprju dak il-kliem li qallu l-kurcifiss. "Ibni l-Knisja tieghi ghax qieghda tiggarraf". U ghalhekk, meta Frangisku u shabu jergghu jirritornaw ghand il-Papa, dan jikkonfermalhom ir-regola.

 

Frangisku jiehu dan li gara bhala s-sigill ta' Alla: issa jinsab cert u zgur li l-ghazla tieghu hija dak li jrid il-Mulej. Dan jikkonfermah hu stess fit-Testment tieghu b'mod car: "Hadd ma wrieni x'ghandi naghmel hlief il-Mulej Alla nnifsu u s-Sinjur Papa wettaqhuli".

 

Fl-ewwel kapitlu tar-Regola Frangisku jurina bic-car kif hu u l-ahwa tieghu li riedu jghixu dan l-istil ta' hajja kellhom triq wahda, l-ghejxien tal-Vangelu u jkunu ubbidjenti lejn il-Papa u lejn il-Knisja. Frangisku jikteb hekk: "Ir-regola u l-hajja tal-Patrijiet Minuri hi din, jigifieri, li jharsu l-Vangelu Mqaddes ta' Sidna Ges Kristu, billi jghixu fl-ubbidjenza, bla xejn taghhom u fil-kastit. Fra Frangisk iwieghed ubbidjenza u qima lis-Sinjur Papa Onorju u lil dawk li jigu warajh maghzula kif titlob il-ligi kanonika, u lill-Knisja Rumana: U ha jkunu marbuta l-ahwa l-ohra li jobdu lil Fra Frangisk u lil dawk li jigu warajh."

 

B'dan il-kliem San Frangisk, fil-bidu tar-regola, qed juri l-istil ta' hajja li ried jghix b'impenn il-Vangelu, biss jekk tkun maghqud mal-Knisja u tkun ubbidjenti lejn il-Knisja. Ghax Frangisku kien ihares lejn il-Knisja bhala Omm. U ghalhekk ried li, dawk li jsegwu din ii-hajja, jkunu wlied denji tal-Knisja.

<<|werrej|


Dan l-artiklu deher fir-Rivista Dawl Frangiskan, it-23 sena, Ghadd 227, Frar 2003, 8-9

Assisi 14.7.2003


San Frangisk quddiem

il-Kurcifiss

ta' San Damjan

 

il-Holma

tal-Papa lnnocenz III