|
|
San Frangisk - artikli |
|
|
|
<<|werrej|>>Frangisku u l-akbar zewg kmandamentikitba ta' Fr Frans Abela OFMCap L-ewwel kmandament: l-imhabba ta' Alla Fl-Evangelju niltaqghu ma' wiehed kittieb li staqsa lil Gesù: "Liema wiehed fost il-kmandamenni kollha huwa l-ewwel?" U Gesù wiegbu: "L-ewwel wiehed huwa dan: 'Isma', Israel: il-Mulej, Alla taghna, Mulej wiehed hu, u int ghandek thobb lill-Mulej, Alla tieghek, b'qalbek kollha, b'ruhek kollha, b'mohhok kollu, u bil-qawwa tieghek kollha" (Mk 12,28-30). Dan l-ewwel kmandament ifisser li ghalina Alla suppost jigi qabel kull haga ohra. Il-problema però hi kif ser inwettqu din il-vizjoni li x'aktarx inhalluha bhala ideal pendenti ghax qatt ma ahna certi jekk qalbna, ruhna, mohhna u l-qawwa taghna m'humiex dejjem disponibbli u merfghuha bizzejjed lejn dak li hu l-aktar gholi u kbir, li hu Alla.
Frangisku, ghax kien konvint li Alla hu t-tjubija, l-oghla tjubija, it-tjubija shiha u wahdu t-tajjeb (Kitbiet ta' San Frangisk par 175 u Lq 18, 19), ghalih kienet haga hafifa juri li t-twettiq ta' l-ewwel kmandament hi haga possibbli.
Ihobb 'l Alla bil-qalb: ma kienx jiflah jisma' l-espressjoni "imhabba ta' Alla" li ma kienx ihoss ruhu tfur bil-ferh; u tant kien jitqanqal li qalbu kienet issir bhal vjolin idoqq mac-caqliq u l-hakk ta' l-arkett mal-kordi.
Ihobb 'l Alla b'ruhu: kien jirrepeti ta' spiss: "Jekk gisimna, li wara mewtna jittiekel mid-dud, ihobb tant jiekol u bil-qalb, ghaliex ruhna m'ghandhiex tkun dejjem ghatxana ghall-ikel specjali taghna, li hu Alla?" (II Cel 96).
Ihobb 'l Alla b'mohhu: mhux kull min ifittex li jaghraf 'l Alla bir-raguni ghandek bilfors issibu mixhut lejh b'imhabba. Bhalma jezisti ghatx ghas-setgha, ghall-gherf u ghat-taghlim, issib min jinteressa ruhu wkoll f'dak li ghandu x'jaqsam ma' gharfien intellettwali ta' Alla. "Frangisku, li ma kienx kontra l-istudju ta' l-Iskruttura, kien jippreferi li wiehed jasal ghall-gharfien ta' Alla b'esperjenza personali aktar milli bi premura eccessiva fl-istudju" (II Cel 195). "Id-dehen tieghu safi minn kull tebgha kien jippenetra l-fond tal-misteri ghaliex go fihom kien jidhol bl-affett ta' bniedem li jhobb" (Leg M XI).
Ihobb 'l Alla bil-qawwa kollha: kemm tassew Frangisku uza s-sahha kollha fizika u spirtwali tieghu biex ihobb u jaqdi lill-Mulej jidher minn twegiba li ta ghall-mistoqsija li saritlu jekk hux dejjem qaghad ghal kulma riedet ir-ruh: "Nistqarr li gismi dejjem kien sottomess ghal ruhi bla ma tmezmiztx mill-ebda cahda; basta gisem u ruh inkun qdejt lil Kristu" (1 Cel 210). Sahansitra, anke meta sahhtu bdiet tmur ghall-aghar minn jum ghall-iehor; hsiebu baqa' dejjem iffissat kif ser jissoggetta dak gismu bla sahha ta' xejn ghall-ubbidjenza tar-ruh tal-bidu meta kien ghadu jiflah jaghmel penitenzi horox" (I Cel 103).
It-Tieni kmandament: l-imhabba tal-proxxmu Wara li qisna sew x'titlob minna l-imhabba vera lejn Alla, u li wara li naslu ghaliha nkunu nistghu nserrhu rasna li qed inwettqu l-ewwel kmandament bil-harsien taghha, nergghu nduru lejn l-Evangelju li jghidilna: "U t-tieni jixbhu: Hobb lil ghajrek bhalek innifsek" (Mt 22, 39).
Dawn iz-zewg kmandamenti ta' l-imhabba ta' Alla u tal-proxxmu tant jixxiebhu daqskemm nofs jikkompleta n-nofs l-iehor ta' fula wahda. Fatt helu li jinghad dwar Frangisku jitfa' dawl sabih u jsahhah il-kumplimentarjeta taz-zewg imhabbiet, ta' Alla u tal-proxxmu. "Waqt li kien fi triqtu sejjer jippriedka ltaqghu mieghu zewg Ahwa Francizi li tghidx x'farag hassew. Meta gew biex jinfirdu minnu u mqanqlin b'devozzjoni lejh, talbuh biex ghall-imhabba ta' Alla jaghtihom il-labtu li kien liebes bih. Malli sema' l-frazi 'gfiall-imhabba ta' Alla' bilgri nezghu, tahulhom u baqa' gheri ghal madwar siegha" (Leg Per, 53). F'ghamza ta' ghajn, 'l-imhabba ta' Alla' appena msemmija biss, qanqlitu biex jitharreg f'att hekk kuraggjuz u spontanju ta' 'l-imhabba tal-proxxmu'.
Jekk qabel il-migja ta' Gesù fid-dinja kien bizzejjed li thobb lil ghajrek bhalek innifsek, wara l-migja tieghu, ta' dak li gie mhux biex ihassar il-ligi imma biex jipperfezzjonaha, sar mehtieg li nibdew inhobbu lil hutna kif habbna Gesù. U lkoll nafu kif habbna Gesù; billi xejjen lilu nnifsu u "ta hajtu ghal hbiebu" (Gw 15, 13). Fi kliem qasir, Frangisku kien iebes u strett mieghu nnifsu, imma b'idejh miftuha u uman ghall-ahhar ma' l-ohrajn. Din l-imgiba ta' mhabba kbira lejn il-proxxmu f'Frangisku jispjegawha ahjar dawk li ghexu mieghu. "Ma' dawk li bdew jinghaqdu mieghu u komplew jizdiedu u joktru kien ferm diskret maghhom, u kien jizgura ruhu li ma jonqoshom xejn f'ikel u hwejjeg ohra, basta ma jaqbzux il-limiti tal-gjies fil-faqar. Imma mieghu nnifsu, sa mill-bidu tal-konverzjoni, u qabel ma l-Mulej tah l-Ahwa, u anke wara matul hajtu kollha, kien dejjem imrazzan, avolja fi tfulitu kien xipli u marradi li htieglu jkun delikat fl-ikel" (Leg Per 2).
Fatt iehor mhux anqas elokwenti minn ta' qablu hu dan: "Darba wahda hu u jirritorna minn Siena ltaqa' ma' ragel fqir. Mill-ewwel gietu l-idea li jirregalalu l-mantar li bih kien imsahhan u li hu ma qishux b'tieghu, imma li kien ghandu b'self sa ma jiltaga' ma' bniedem ifqar minnu. Siehbu tal-vjagg, ghax konxju mill-htiega tal-missier, oppona kemm felah ghall-gest karitattiv ta' Frangisku li ma ccaqlaqx mill-fehma tieghu. Ma rridx nigi meqjus b'halliel ghar-raguni li ma tajtx mantar lil min jehtiegu aktar minni. Siehbu tbikkem u l-fqir iddobba mantar helu helu" (II Cel 87). Din l-ossessjoni ta' Frangisku li jgieghed l-ezigenzi ta' haddiehor qabel dawk tieghu, imqanqal mill-ezempji u l-kmandament ta' Gesù, tilma' fil-fatt li hu kien ihossu aktar hieni li jbati hu basta ma jarax lil haddiehor ibati.
B'li forsi tghid jien ma nidghix, jew li tghid jien hwejjeg haddiehor ma ghandix, isserrahx rasek li b'daqshekk int thobb lil Alla u lill-proxxmu tassew. Il-kmandamenti, u partikularment dawn l-akbar tnejn, ma jipprojbixxux biss it-tkasbir ta' l-isem ta' Alla u d-deni lill-proxxmu, imma jezigu ghemejjel pozittivi li f'dal-kaz jingabru f'kelma wahda: imhabba.
Din in-norma, Frangisku fehemha sew ghax lil Alla habbu b'qalbu kollha, b'ruhu kollha, b'mohhu kollu u bil-qawwa tieghu kollha; u lill-proxxmu habbu aktar milli habb lilu nnifsu.
Jalla l-kelma "imhabba' ghalik ma hix kelma rhisa bhal dik tal-kanzunetti, imma hi wahda li prezzha hu gholi ghax gejja minn hafna tmerija tal-qalb u cahdiet iebsa. Dal-bidu serju jwassal ghat-twettiq ta' l-imhabba doppja: ta' Alla u tal-proxxmu.
Dan l-artiklu deher f'zewg partijiet fir-Rivista Dawl Frangiskan, it-23 sena, Ghadd 231, Gunju/Lulju 2003, 19 u Ghadd 232, Awwissu/Settembru 2003, 14. Assisi 7.9.2003 |
San Frangisk jibki ghax l-Imhabba mhux mahbuba
San Frangisk jiltaqa' mal-Lebbruz
|
|
|
||