San Frangisk  - artikli  

 

<<|werrej|>>


"Taghmel Penitenza" skond San Frangisk


 kitba ta' P. Arthur Cutajar OFM Conv


Li wiehed jkollu fih l-Ispirtu l-Santu, johrog car f'dak l-istil ta' hajja qaddisa li Frangisku jsejjahlu "taghmel il-penitenza".

 

B'din l-espressjoni Frangisku jrid ifisser dak l-atteggament ta' konverzjoni kontinwa li hija karatteristika tal-hajja Nisranija. Dik il-bidla totali li twassal il-bniedem johrog mill-egoizmu u l-indipendenza tieghu ghal dak is-serhan u d-dipendenza shiha minn Alla.

 

Frangisku hass li kellu jigbor hajtu kollha f'espressjoni wahda "taghmel il-penitenza". Meta jibda jikteb it-Testment tieghu jghid:

 

"Il-Mulej ta' lili, Fra Frangisk, il-grazzja li nibda naghmel penitenza hekk: ghaliex, billi jien kont nghix fid-dnub...".

 

Anki ghall-hajja tal-patrijiet tieghu juza l-istess espressjoni "taghmel il-penitenza", u dan insibuh ukoll fit-Testment tieghu:

 

"Izda, kull fejn ma jigux milqugha, ghandhom jaharbu ghal art ohra biex jaghmlu penitenza bil-barka ta' Alla".

 

L-espressjoni "jaghmlu penitenza" tigbor fiha l-hajja shiha taghhom. Huwa wkoll importanti li wiehed jiftakar li Frangisku u shabu qabel ma hadu l-isem ta' Ahwa Minuri kienu jissejhu "Penitenti ta' Assisi".

 

Il-penitenza kienet nistghu nghidu c-centru tal-messagg ta' Frangisku flimkien mal-paci. L-ewwel bijografu ta' Frangisku jgharrafna li f'kull omelija tieghu, qabel ma kien jibda jfisser il-kelma ta' Alla, kien jawgura lil kulhadd il-paci, imbaghad kien jibda jiprietka fuq il-penitenza (1 Cel 23). Din l-informazzjoni hija wahda ta' min joqghod fuqha ghax tinstab fi kwazi kull bijografija li nkitbet fil-bidu.

 

Nistghu nghidu li dawn iz-zewg punti, il-paci u l-penitenza, jigbru dik li hija l-qalba tal predikazzjoni Nisranija. Il-paci, li ma tikkonsistix ghajr fix-xandir tas-saltna ta' Alla u l-penitenza li hija r-risposta tal-bniedem ghall-dan l-invit ta' bidla.

 

F'dan li jmiss issa ser inkunu nistghu naraw konkretament fiex jikkonsisti li wiehed jaghmel il penitenza. Danakollu bla ma ninsew li kollox jibda, ikompli u jintemm bil-grazzja ta' l-Ispirtu s-Santu li hemm jghammar fina.

 

Issa naraw konkretament fiex jikkonsisti li wiehed jaghmel il-penitenza: dak l-atteggament fejn wiehed jinza' minn kollox u jghix minghajr xejn tieghu.

 

Fit-Twissijiet ta' San Frangisk numru 12, insibu miktub li l-qaddej ta' Alla jintgharaf jekk ghandux fih l-Ispirtu tal-Mule] minn dan li sa nghid, jekk meta l-Mulej jaghmel xi haga permezz tieghu hu jibqa' ma jitkabbarx bih innifsu - ghax il-gisem jehodha dejjem kontra dak kollu li huwa tajjeb - imma f'ghajnejh stess iqis lilu nnifsu bhala bniedem li ma jiswa ghal xejn, u jhossu konvint li hu l-iktar wiehed mizerabbli fost il-bnedmin l-ohra kollha.

 

Insibu f'din it-twissija kelma li hija tassew tipika ta' Frangisku. Il-kelma 'gisem' ghal Frangisku ma tindikax biss il-parti materjali tal-persuna, izda wkoll il-mod egoistiku li bih iggib ruhha l-persuna.

 

Minn din it-twissija li ghadna kif rajna d-dnub tal-gisem jikkonsisti filli wiehed jitkabbar b'dak li l-Mulej ikun wettaq fih. Dan id-dnub, San Frangisk jidentifikah mad-dnub originali, fit-twissija numru 2: "Il-Mulej lil Adam qallu: Mis-sigar kollha kul, izda mis-sigra ta' l-gherf dwar it-tajjeb u l-hazin la tikolx. Infatti, ikun qed jiekol mis-sigra ta' l-gherf dwar it-tajjeb dak li jzomm ghalih, bhallikieku xi propjet, ir-rieda tieghu, u jitkabbar bit-tajjeb li l-Mulej jghid jew jaghmel permezz tieghu'.

 

Ghalhekk huwa hazin li wiehed jitkabbar b'dak li Alla jaghmel fih, ghax propju jkun qieghed jaghmel tieghu dak li tieghu mhuwiex, izda huwa kollu kemm hu ta' Alla. Dan l-atteggament zbaljat huwa ghal Frangisku l-gherq ta' kull dnub. Jekk, kif rajna, id-dnub fundamentali jikkonsisti filli wiehed jaghmel tieghu dak li hu ta' Alla, l-atteggament kuntrarju u pozittiv ghal dan huwa propju dak li wiehed jghix 'minghajr xejn tieghu'.

 

Din l-espressjoni juzaha Frangisku propju fil-bidu tar- Regola, fejn jghid li r-Regola u l-hajja tal-patrijiet Minuri hi din, jigifieri, li jharsu l-Evangelju Mqaddes ta' Sidna Ges Kristu, billi jghixu fl-ubbidjenza , bla xejn taghhom u fil-kastit.

 

B'Sorpriza ghalina Frangisku ma jitkellimx dwar povert izda juza l-frazi 'bla xejn tieghu', li biha jirreferi ghall-fatt li hadd ma ghandu jaghmel tieghu dak li mhuwiex u ghalhekk hawnhekk qeghdin quddiem xi haga iktar profonda, orizzont iktar wiesa' mis-semplici povert materjali.

 

Dan l-istil ta' hajja li wiehed jghix minghajr xejn tieghu johrog car propju fir-Regola Mhux Bullata ta' Frangisku u sewwa sew fil-kapitlu 14, fejn jitkellem dwar kif il-patrijiet ghandhom igibu ruhhom meta johorgu fid-dinja:

 

"Meta l-ahwa johorgu fid-dinja m'ghandhom igorru xejn maghhom ghall-vjagg, la but, la horga, la hobz, la flus, u lanqas bastun. F'kull dar li jidhlu jghidu l-ewwel ighidu dan il-kliem ta' tislima: Paci lil din id-dar. U jibqghu fl-istess dar, jieklu u jixorbu milli jkollhom huma. Ma ghandhomx jirresistu lill-hazin, imma 'l min jaghtihom bil-harta fuq naha tal-wicc ha jdawrulu wkoll l-ohra. Jekk xi hadd jehdilhom il-mantell minn fuqhom m'ghandhom iwaqqfuh milli jiehu wkoll il-libsa. Ha jaghtu 'l kull min jitlobhom, u 'il min jehdilhom dak li hu taghhom ma jitolbuhulux lura".

 

Ghalhekk minn din is-silta nistghu naraw kif li tghix bla xejn tieghek ma jikkonsistix biss filli ma jkollokx horga, flus, bastun u affarijiet materjali, izda f'dak l-atteggament li wiehed ikun kapaci jinza' minn kollox anki jekk hemm bzonn mid-drittijiet legittimi tieghu. Biex wiehed jasal li jghix b'dan il-mod irid bilfors ikollu fih dak l-Ispirtu tal-Mulej li bih kien mimli l-qaddis taghna Frangisku, u din hija l-vera u propja hajja ta' penitenza li jirreferi ghalih Missierna San Frangisk.

 

<<|werrej|>>


Dan l-artiklu deher fir-rivista Frangiskana "The Cord" Vol. 46, No. 2 (Marzu - April 1996), 77-86. Il-verzjoni bil-malti dehret fir-rivista Spirtu u Hajja ta' Lulju 1997, 149-152

Assisi 6.7.2003


 

Frangisku

sar Penitenti

li haddan

l-istil

ta' hajja eremitika matul perjodu

ta' sentejn (1206-1208) bejn

il-konverzjoni u l-bidu

tal-fraternit tieghu.

Dan

il-perjodu

ta' hajtu

kien wiehed formattiv,

li kien jghinu jaghti forma lill-hajja tieghu evangelika.